Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014D0719

    2014/719/PESK: Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà EUTM MALI/3/2014 tad- 9 ta' Ottubru 2014 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Missjoni tal-UE għall-missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi Armati ta' Mali (EUTM Mali) u li tħassar id-Deċiżjoni EUTM MALI/1/2014

    ĠU L 300, 18.10.2014, p. 49–50 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 27/07/2015; Imħassar b' 32015D0955

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/719/oj

    18.10.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 300/49


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ EUTM MALI/3/2014

    tad-9 ta' Ottubru 2014

    dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Missjoni tal-UE għall-missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi Armati ta' Mali (EUTM Mali) u li tħassar id-Deċiżjoni EUTM MALI/1/2014

    (2014/719/PESK)

    IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 38 tiegħu,

    Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/34/PESK tas-17 ta' Jannar 2013 dwar missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi Armati ta' Mali (EUTM Mali) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5 tagħha,

    Billi:

    (1)

    Skont l-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni 2013/34/PESK, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS), f'konformità mal-Artikolu 38 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, sabiex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti rigward il-kontroll politiku u tat-tmexxija strateġika ta' EUTM Mali, inklużi d-deċiżjonijiet dwar il-ħatra tal-Kmandanti tal-Missjoni tal-UE sussegwenti.

    (2)

    Fit-18 ta' Marzu 2014, il-KPS adotta d-Deċiżjoni EUTM MALI/1/2014 (2) li taħtar lill-Brigadier Ġeneral Marc RUDKIEWICZ bħala Kmandant tal-Missjoni tal-UE għall-EUTM Mali.

    (3)

    Fis-26 ta' Settembru 2014, Spanja pproponiet il-ħatra tal-Brigadier Ġeneral Alfonso GARCÍA-VAQUERO PRADAL bħala l-Kmandant il-ġdid tal-Missjoni tal-UE għall-EUTM Mali biex jissostitwixxi l-Brigadier Ġeneral Marc RUDKIEWICZ.

    (4)

    Fit-30 ta' Settembru 2014, il-Kumitat Militari tal-UE rrakkomanda li l-KPS jaħtar lill-Brigadier Ġeneral Alfonso GARCÍA-VAQUERO PRADAL bħala Kmandant tal-Missjoni tal-UE biex jissostitwixxi l-Brigadier Ġeneral Marc RUDKIEWICZ.

    (5)

    Id-Deċiżjoni EUTM MALI/1/2014 għandha titħassar.

    (6)

    F'konformità mal-Artikolu 5 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tipparteċipax fl-elaborazzjoni u fl-implementazzjoni ta' deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni li jkollhom implikazzjonijiet ta' difiża.

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-Brigadier Ġeneral Alfonso GARCÍA-VAQUERO PRADAL huwa b'dan maħtur Kmandant tal-Missjoni tal-UE għall-missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex jikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi Armati ta' Mali (EUTM MALI) mill-24 ta' Ottubru 2014.

    Artikolu 2

    Id-Deċiżjoni EUTM MALI/1/2014 hija b'dan imħassra.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi, Brussell, id-9 ta' Ottubru 2014.

    Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà

    Il-President

    W. STEVENS


    (1)  ĠU L 14, 18.1.2013, p. 19.

    (2)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà EUTM MALI/1/2014 tat-18 ta' Marzu 2014 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Missjoni tal-UE għall-missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi Armati ta' Mali (EUTM Mali) (ĠU L 95, 29.3.2014, p. 30).


    Top