Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014D0419

2014/419/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 23 ta' Ġunju 2014 dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata mill-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt stabbilit permezz tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera tat- 22 ta' Lulju 1972 , fir-rigward tas-sostituzzjoni tal-Protokoll 3 għal dak il-Ftehim, dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta' “prodotti oriġinarji” u metodi ta' koperazzjoni amministrattiva, bi Protokoll ġdid li, fir-rigward tar-regoli tal-oriġini, jirreferi għall-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji

ĠU L 196, 3.7.2014, pp. 4–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/419/oj

3.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 196/4


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-23 ta' Ġunju 2014

dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata mill-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt stabbilit permezz tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera tat-22 ta' Lulju 1972, fir-rigward tas-sostituzzjoni tal-Protokoll 3 għal dak il-Ftehim, dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta' “prodotti oriġinarji” u metodi ta' koperazzjoni amministrattiva, bi Protokoll ġdid li, fir-rigward tar-regoli tal-oriġini, jirreferi għall-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji

(2014/419/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4) flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Protokoll 3 għall-Ftehim, bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera (1), (“il-Ftehim”), li jikkonċerna d-definizzjoni tal-kunċett ta' “prodotti oriġinarji” u l-metodi ta' koperazzjoni amministrattiva, (“Protokoll 3”).

(2)

Il-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji (2), minn hawn' il quddiem “il-Konvenzjoni” tistabilixxi dispożizzjonijiet dwar l-oriġini ta' prodotti kkummerċjati skont il-Ftehimiet rilevanti konklużi bejn il-Partijiet Kontraenti.

(3)

L-Unjoni u l-Isvizzera iffirmaw il-Konvenzjoni fil-15 ta' Ġunju 2011.

(4)

L-Unjoni u l-Isvizzera ddepożitaw l-istrumenti tagħhom ta' aċċettazzjoni għand id-depożitarju tal-Konvenzjoni fis-26 ta' Marzu 2012 u t-28 ta' Novembru 2011, rispettivament. Bħala konsegwenza, f'applikazzjoni tal-Artikolu 10(3) tal-Konvenzjoni, il-Konvenzjoni daħlet fis-seħħ b'rabta mal-Unjoni u l-Isvizzera fl-1 ta' Mejju 2012 u fl-1 ta' Jannar 2012, rispettivament.

(5)

L-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni jipprovdi li kull Parti Kontraenti għandha tieħu miżuri xierqa biex tiżgura li l-Konvenzjoni tiġi applikata b'mod effettiv. Għal dan l-għan, il-Kumitat Konġunt stabbilit mill-Ftehim għandu jadotta deċiżjoni li tissostitwixxi l-Protokoll 3 bi Protokoll ġdid li, rigward ir-regoli tal-oriġini, jirreferi għall-Konvenzjoni.

(6)

Konsegwentement, il-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt fil-Kumitat Konġunt għandha tkun ibbażata -fuq l-abbozz ta' Deċiżjoni hawn mehmuż,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt stabbilit permezz tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera, dwar is-sostituzzjoni tal-Protokoll 3 għal dak il-Ftehim, dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta' “prodotti oriġinarji” u metodi ta' koperazzjoni amministrattiva, bi Protokoll ġdid li, rigward ir-regoli tal-oriġini, jirreferi għall-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Tibdiliet minuri fl-abbozz ta' deċiżjoni jistgħu jiġu miftiehma mir-rappreżentanti tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt mingħajr deċiżjoni ulterjuri tal-Kunsill.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-23 ta' Ġunju 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)   ĠU L 300, 31.12.1972, p. 189.

(2)   ĠU L 54, 26.2.2013, p. 4.


ABBOZZ TA'

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT UE-SVIZZERA Nru

ta'

li temenda l-Protokoll 3 għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera, dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta' “prodotti oriġinarji” u dwar il-metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva

IL-KUMITAT KONĠUNT,

Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera, iffirmat fi Brussell fit-22 ta' Lulju 1972 (1) (il-“Ftehim”), u b'mod partikolari l-Artikolu 11 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Protokoll 3 għall-Ftehim dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta' “prodotti oriġinarji” u l-metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva (“il-Protokoll 3”),

Billi:

(1)

L-Artikolu 11 tal-Ftehim jirreferi għall-Protokoll 3 li jistabbilixxi r-regoli tal-oriġini u jipprovdi għal akkumulazzjoni tal-oriġini bejn l-UE, l-Isvizzera (inkluż il-Liechtenstein), l-Islanda, in-Norveġja, it-Turkija, il-Gżejjer Faeroe u l-parteċipanti fis-Sħubija Ewro-Mediterranja (2).

(2)

L-Artikolu 39 tal-Protokoll 3 jipprovdi li l-Kumitat Konġunt previst fl-Artikolu 29 tal-Ftehim jista' jiddeċiedi li jemenda d-dispożizzjonijiet ta' dan il-protokoll.

(3)

Il-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini Pan-Ewro-Mediterranji (3) (“il-Konvenzjoni”), għandha l-għan li tissostitwixxi l-protokolli dwar ir-regoli tal-oriġini li jinsabu fis-seħħ bħalissa fost il-pajjiżi taż-żona Pan-Ewro-Mediterranja, f' att legali wieħed.

(4)

L-UE u l-Isvizzera ffirmaw il-Konvenzjoni fil-15 ta' Ġunju 2011.

(5)

L-UE u l-Isvizzera ddepożitaw l-istrumenti tagħhom ta' aċċettazzjoni għand id-depożitarju ta' din il-Konvenzjoni fis-26 ta' Marzu 2012 u fit-28 ta' Novembru 2013, rispettivament. B'konsegwenza, fl-applikazzjoni tal-Artikolu 10(3) tagħha, l-Konvenzjoni daħlet fis-seħħ f'relazzjoni mal-UE u l-Isvizzera fl-1 ta' Mejju 2012 u fl-1 ta' Jannar 2012 rispettivament.

(6)

Il-Konvenzjoni inkludiet parteċipanti fil-Proċess ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni fiż-żona tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranja ta' akkumulazzjoni.

(7)

Fejn it-tranżizzjoni lejn il-Konvenzjoni ma tkunx simultanja għall-Partijiet Kontraenti kollha fiż-żona ta' akkumulazzjoni, dan magħandux iwassal għal sitwazzjoni anqas favorevoli minn qabel taħt il-Protokoll.

(8)

Il-Protokoll 3 għall-Ftehim għandu għalhekk jiġi emendat sabiex jagħmel referenza għall-Konvenzjoni.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Protokoll 3 għall-Ftehim, dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta' 'prodotti oriġinarji' u metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva huma sostitwiti bit-test stabbilit fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Hija tapplika minn.

Magħmul fi

Għall-Kumitat Konġunt

Il-President


(1)   ĠU L 300, 31.12.1972, p. 189.

(2)  L-Alġerija, l-Eġittu, l-Iżrael, il-Ġordan, il-Lebanon, il-Marokk, il-Palestina, Is-Sirja u t-Tuneżija.

(3)   ĠU L 54, 26.2.2013, p. 4.

ANNESS

Protokoll 3

dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta' “prodotti oriġinarji” u dwar metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva

Artikolu 1

Ir-regoli tal-oriġini applikabbli

Għall-fini tal-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim, japplikaw l-Appendiċi I u d-dispożizzjonijiet rilevanti ta' Appendiċi II għall-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji (1) (“il-Konvenzjoni”).

Ir-referenzi kollha għal “ftehim rilevanti” f'Appendiċi I u fid-disposizzjonijiet rilevanti ta' Appendiċi II għall-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini Pan-Ewro-Mediterranji jiġu interpretati bħala li jfissru dan il-Ftehim.

Artikolu 2

Riżoluzzjoni ta' Tilwim

Fejn iqumu tilwimiet b'rabta mal-proċeduri ta' verifikazzjoni tal-Artikolu 32 tal-Appendiċi I għall-Konvenzjoni li ma jkunux jistgħu jissolvew bejn l-awtoritajiet doganali li jkunu qed jitolbu l-verifikazzjoni u l-awtoritajiet doganali li jkunu responsabbli milli jwettqu din il-verifikazzjoni, jiġu sottomessi lill-Kumitat Konġunt.

Fil-każijiet kollha s-soluzzjonijiet tat-tilwim bejn l-importatur u l-awtoritajiet doganali tal-pajjiż tal-importazzjoni jsiru skont il-leġiżlazzjoni tal-pajjiż imsemmi.

Artikolu 3

Emendi għall-Protokoll

Il-Kumitat Konġunt jista' jiddeċiedi li jemenda d-dispożizzjonijiet ta' dan il-Protokoll.

Artikolu 4

Irtirar mill-Konvenzjoni

1.   Jekk l-UE jew l-Isvizzera jagħtu avviż bil-miktub lid-depożitarju tal-Konvenzjoni dwar l-intenzjoni tagħhom li jirtiraw mill-Konvenzjoni skont l-Artikolu 9 tagħha, l-UE u s-Serbja jidħlu minnufih f'negozjati dwar ir-regoli tal-oriġini għall-iskop tal-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim.

2.   Sad-dħul fis-seħħ ta' dawn ir-regoli tal-oriġini appena nnegozjati, ir-regoli tal-oriġini li jinsabu f'Appendiċi I u, fejn xieraq, id-dispożizzjonijiet rilevanti ta' Appendiċi II tal-Konvenzjoni, applikabbli fil-mument ta' rtirar, jibqgħu japplikaw għal dan il-Ftehim. Madankollu, mill-mument ta' rtirar, ir-regoli tal-oriġini li jinsabu f'Appendiċi I u, fejn xieraq, id-dispożizzjonijiet rilevanti ta' Appendiċi II tal-Konvenzjoni jiġu interpretati fis-sens li jippermettu akkumulazzjoni bilaterali bejn l-UE u l-Isvizzera biss.

Artikolu 5

Dispożizzjonijiet ta' tranżizzjoni — akkumulazzjoni

1.   Minkejja l-Artikolu 3 tal-Appendiċi I għall-Konvenzjoni, ir-regoli dwar l-akkumulazzjoni previsti fl-Artikoli 3 u 4 tal-Protokoll 3 għal dan il-Ftehim, kif emendati bid-Deċiżjoni Nru 3/2005 tal-Kumitat Konġunt UE-Svizzera tal-15 ta' Diċembru 2005 (2), ikomplu japplikaw bejn l-UE u l-Isvizzera sakemm il-Konvenzjoni tidħol fis-seħħ fir-rigward tal-Partijiet Kontraenti kollha elenkati fl-Artikoli 3 u 4 tal-Protokoll 3 għall-Ftehim.

2.   Minkejja l-Artikoli 16(5) u 21(3) tal-Appendiċi I tal-Konvenzjoni, fejn l-akkumulazzjoni tinvolvi biss l-Istati tal-EFTA, il-Gżejjer Faroe, l-UE, it-Turkija u l-parteċipanti fil-Proċess ta' Stabbilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni, il-prova tal-oriġini tista' tkun ċertifikat ta' moviment EUR.1 jew dikjarazzjoni tal-oriġini.


(1)   ĠU L 54, 26.2.2013, p. 4.

(2)   ĠU L 45, 15.2.2006, p. 2.


Top