This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014D0343
2014/343/EU: Council Decision of 24 March 2014 on the signing, on behalf of the European Union, and provisional application of the Agreement on the participation of the Republic of Croatia in the European Economic Area, and of three related agreements
2014/343/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 24 ta' Marzu 2014 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja fiż-Żona Ekonomika Ewropea, u tat-tliet ftehimiet relatati
2014/343/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 24 ta' Marzu 2014 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja fiż-Żona Ekonomika Ewropea, u tat-tliet ftehimiet relatati
ĠU L 170, 11.6.2014, p. 3–4
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/343/oj
11.6.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 170/3 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-24 ta' Marzu 2014
dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja fiż-Żona Ekonomika Ewropea, u tat-tliet ftehimiet relatati
(2014/343/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 217 flimkien mal-Artikolu 218(5) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 218(8) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Att ta' Adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja, u b'mod partikolari l-Artikolu 6(2) u 6(5) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (1) ("il-Ftehim ŻEE") kien iffirmat f'Oporto fit-2 ta' Mejju 1992. |
(2) |
Ir-Repubblika tal-Kroazja saret Stat Membru tal-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Lulju 2013. |
(3) |
Wara l-adeżjoni tagħha mal-Unjoni Ewropea, ir-Repubblika tal-Kroazja applikat sabiex issir Parti Kontraenti fil-Ftehim ŻEE, skont l-Artikolu 128 tiegħu. |
(4) |
Għalhekk, il-Kummissjoni nnegozjat, f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, mal-Islanda, il-Prinċipat ta' Liechtenstein, ir-Renju tan-Norveġja l-Ftehim dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja fiż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim”) u tliet Protokolli Addizzjonali relatati, jiġifieri (a) il-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn ir-Renju tan-Norveġja u l-Unjoni Ewropea dwar Mekkaniżmu Finanzjarju Norveġiż għall-perjodu 2009-2014 b'konsegwenza tal-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja fiż-Żona Ekonomika Ewropea, (b) il-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Islanda b'konsegwenza tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea u (c) il-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja b'konsegwenza tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (“il-Protokolli relatati”). |
(5) |
Il-Ftehim u l-Protokolli relatati għandhom jiġu ffirmati u applikati fuq bażi proviżorja, sakemm jitlestew il-proċeduri għall-konklużjoni tagħhom, |
ADDOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
B'dan, qed jiġi awtorizzat l-iffirmar, f'isem l-Unjoni tal-Ftehim dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja fiż-Żona Ekonomika Ewropea u l-Protokolli relatati, soġġett għall-konklużjoni tagħhom.
It-testi tal-Ftehim u tal-Protokolli relatati, kif ukoll tal-Ftehimiet fil-forma ta' Skambji ta' Ittri li jikkonċernaw l-applikazzjoni proviżorja tagħhom, huma mehmuża ma' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill b'dan qed jawtorizza li jaħtar persuna(i) li għandhom is-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim u l-Protokolli relatati, kif ukoll il-Ftehimiet fil-forma ta' Skambji ta' Ittri li jikkonċernaw l-applikazzjoni proviżorja tagħhom, f'isem l-Unjoni.
Artikolu 3
Il-Ftehim u l-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn ir-Renju tan-Norveġja u l-Unjoni Ewropea dwar Mekkaniżmu Finanzjarju Norveġiż għall-perjodu 2009-2014 b'konsegwenza tal-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja fiż-Żona Ekonomika Ewropea għandhom japplikaw fuq bażi proviżorja mill-jum ta' wara d-data li fiha jkun tlesta l-aħħar Skambju ta' Ittri, sakemm jitlestew il-proċeduri għall-konklużjoni tal-Ftehim u tal-Protokoll imsemmijin.
Il-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Islanda b'konsegwenza tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea u l-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja b'konsegwenza tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea għandhom japplikaw fuq bażi proviżorja mill-ewwel jum tat-tielet xahar wara d-depożitu tal-aħħar notifika fir-rigward tal-applikazzjoni proviżorja, skont l-Artikolu 4 taż-żewġ Protokolli Addizzjonali.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Marzu 2014.
Għall-Kunsill
Il-President
A. TSAFTARIS