Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014D0090

2014/90/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal- 14 ta’ Frar 2014 li temenda l-Anness I tad- Deċiżjoni 2004/558/KE fir-rigward tal-approvazzjoni ta’ programm ta’ kontroll għall-qerda tar-rinotraċeite bovina infettiva f’reġjun fl-Italja (notifikata bid-dokument C(2014) 737) Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 46, 18.2.2014, pp. 10–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021; Impliċitament imħassar minn 32021R0620

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2014/90/oj

18.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 46/10


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-14 ta’ Frar 2014

li temenda l-Anness I tad- Deċiżjoni 2004/558/KE fir-rigward tal-approvazzjoni ta’ programm ta’ kontroll għall-qerda tar-rinotraċeite bovina infettiva f’reġjun fl-Italja

(notifikata bid-dokument C(2014) 737)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2014/90/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa tal-annimali li jaffettwaw il-kummerċ ta’ annimali bovini u suwini ġewwa l-Komunità (1), u partikolarment l-Artikolu 9(2) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 64/432/KEE tistipula regoli għall-kummerċ fl-Unjoni tal-annimali bovini. L-Artikolu 9 tagħha jipprevedi li Stat Membru li għandu programm ta’ kontroll nazzjonali obbligatorju għal waħda mill-mard li jittieħed elenkat fl-Anness E(II) magħha, jista’ jressaq il-programm tiegħu lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni. Din il-lista tinkludi rhinotracheitis bovina infettiva. Ir-rinotraċeite infettiva bovina hija d-deskrizzjoni tal-aktar sinjali kliniċi prominenti tal-infezzjoni bil-herpesvirus bovin tip 1 (BHV1).

(2)

L-Artikolu 9 tad-Direttiva 64/432/KEE jistipula wkoll id-definizzjoni ta’ garanziji addizzjonali li jistgħu jkunu mitluba fil-kummerċ fi ħdan l-Unjoni.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/558/KE (2) tapprova l-programmi għall-kontroll u l-qerda tal-BHV1 imressqa mill-Istati Membri elenkati fl-Anness I magħha għar-reġjuni elenkati f’dak l-ANness u li għalihom japplikaw garanziji addizzjonali skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva 64/432/KEE.

(4)

L-Italja ssottomettiet lill-Kummissjoni programm għall-kontroll u l-qerda tal-BHV1 fir-Reġjun Awtonomu ta’ Valle d’Aosta. Dan il-programm jikkonforma mal-kriterji stipulati fl-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 64/432/KEE. Dan il-programm jipprevedi wkoll regoli għall-moviment tal-annimali bovini fi ħdan u ġewwa dak ir-reġjun li huma ekwivalenti għal dawk implimentati preċedentement fil-Provinċja ta’ Bolzano fl-Italja, li rnexxielhom jeqirdu l-marda f’dik il-Provinċja.

(5)

Il-programm ippreżenatat mir-Reġjun Awtonomu ta’ Valle d’Aosta u l-garanziji addizjonali ppreżentati bi qbil mal-Artikolu 9 tad-Direttiva 64/432/KEE, għandhom jiġu approvati.

(6)

L-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/558/KE għandu għalhekk jiġi emendat.

(7)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness I li jinsab mad-Deċiżjoni 2004/558/KE huwa sostitwit bit-test tal-Anness li jinsab ma’ din id-Deċżijoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Frar 2014.

Għall-Kummissjoni

Tonio BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU 121, 29.7.1964, p. 1977/64.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/558/KE tal-15 ta’ Lulju 2004 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE fir-rigward ta’ garanziji addizzjonali għall-kummerċ intra-Komunitarju ta’ annimali bovini li jirrelataw ma’ rhinotracheitis bovina infettiva u l-approvazzjoni tal-programmi ta’ qerda ppreżentati minn ċerti Stati Membri (ĠU L 249, 23.7.2004, p. 20).


ANNESS

L-Anness I għad-Deċiżjoni 2004/558/KE hu sostitwit b’dan li ġej:

“ANNESS I

L-Istati Membri

Ir-reġjuni ta’ Stati Membri li għalihom japplikaw il-garanziji addizzjonali għar-rhinotracheitis bovina infettiva skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva 64/432/KEE

Ir-Repubblika Ċeka

Ir-reġjuni kollha

Il-Ġermanja

Ir-reġjuni kollha, minbarra l-istat federali tal-Bavarja

L-Italja

Ir-Reġjun tal-Friuli-Venezia Giulia

Ir-Reġjun tal-Valle d’Aosta

Il-Provinċja ta’ Trento”


Top