Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014D0079

2014/79/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 11 ta’ Frar 2014 li taħtar tliet membri Daniżi u ħames membri supplenti Daniżi fil-Kumitat tar-Reġjuni

ĠU L 44, 14.2.2014, p. 48–48 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 25/01/2015

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/79(1)/oj

14.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 44/48


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-11 ta’ Frar 2014

li taħtar tliet membri Daniżi u ħames membri supplenti Daniżi fil-Kumitat tar-Reġjuni

(2014/79/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Daniż,

Billi:

(1)

Fit-22 ta’ Diċembru 2009 u fit-18 ta’ Jannar 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet 2009/1014/UE (1) u 2010/29/UE (2) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2010 sal-25 ta’ Jannar 2015.

(2)

Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sur Knud ANDERSEN, is-Sur Jens Arne HEDEGAARD JENSEN u s-Sur Henning JENSEN saru vakanti s-siġġijiet ta’ tliet membri fil-Kumitat tar-Reġjuni.

(3)

Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sur Hans Freddie Holmgaard MADSEN, is-Sinjura Tatiana SORENSEN u s-Sur Ole B. SORENSEN saru vakanti s-siġġijiet ta’ tliet membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni.

(4)

Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sur Simon Mønsted STRANGE u s-Sur Erik FLYVHOLM saru vakanti s-siġġijiet ta’ żewġ membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dawn li ġejjin huma b’dan maħturin fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2015:

(a)

bħala membri:

Is-Sur Erik FLYVHOLM, Mayor of Lemvig Municipality

Is-Sur Bent HANSEN, Chairman of the Regional Council, Region Central Denmark

Is-Sur Simon Mønsted STRANGE, Member of the City Council of Copenhagen

u

(b)

bħala membri supplenti:

Is-Sur Anker BOYE, Mayor of Odense Municipality

Is-Sinjura Jane FINDAHL, Councillor, Fredericia Municipality

Is-Sur Carl HOLST, President of the Regional Council of the Region of Southern Denmark

Is-Sur Lars KRARUP, Mayor of Herning

Is-Sur Michael ZIEGLER, Mayor of Høje-Taastrup Kommune.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Frar 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

E. VENIZELOS


(1)  ĠU L 348, 29.12.2009, p. 22.

(2)  ĠU L 12, 19.1.2010, p. 11.


Top