This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32013R1029
Commission Regulation (EU) No 1029/2013 of 23 October 2013 establishing a prohibition of fishing for hake in VI and VII; EU and international waters of Vb; international waters of XII and XIV by vessels flying the flag of the Netherlands
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1029/2013 tat- 23 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi projbizzjoni għas-sajd tal-merluzz fiż-żoni VI u VII; fl-ilmijiet tal-UE u dawk internazzjonali fiż-żona Vb; fl-ilmijiet internazzjonali fiż-żoni XII u XIV minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Pajjiżi l-Baxxi
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1029/2013 tat- 23 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi projbizzjoni għas-sajd tal-merluzz fiż-żoni VI u VII; fl-ilmijiet tal-UE u dawk internazzjonali fiż-żona Vb; fl-ilmijiet internazzjonali fiż-żoni XII u XIV minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Pajjiżi l-Baxxi
ĠU L 283, 25.10.2013, pp. 13–14
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2013
|
25.10.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 283/13 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1029/2013
tat-23 ta’ Ottubru 2013
li jistabbilixxi projbizzjoni għas-sajd tal-merluzz fiż-żoni VI u VII; fl-ilmijiet tal-UE u dawk internazzjonali fiż-żona Vb; fl-ilmijiet internazzjonali fiż-żoni XII u XIV minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Pajjiżi l-Baxxi
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u partikolarment l-Artikolu 36(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 39/2013 tal-21 ta' Jannar 2013 li jiffissa għall-2013, l-opportunitajiet tas-sajd disponibbli għall-bastimenti tal-UE għal ċerti stokkijiet tal-ħut u għal ċerti gruppi ta' stokkijiet tal-ħut li mhumiex suġġetti għal negozjati jew ftehimiet internazzjonali (2), jistabbilixxi l-kwoti għall-2013. |
|
(2) |
Skont l-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, il-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament li saru minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru li hemm referenza għalih hemmhekk jew li huma rreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata għall-2013. |
|
(3) |
Għalhekk, jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Eżawriment tal-kwota
Il-kwota tas-sajd għall-2013 allokata lill-Istat Membru li hemm referenza għalih fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk li hemm referenza għalih hemmhekk għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Projbizzjonijiet
L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk li hemm referenza għalih fl-Anness ta’ dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru li hemm referenza għalih hemmhekk jew li huma rreġistrati fih għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f’dak l-Anness. Partikolarment, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, ittrasportat, jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Ottubru 2013.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
Lowri EVANS
Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd
ANNESS
|
Nru |
59/TQ39 |
|
Stat Membru |
Il-Pajjiżi l-Baxxi |
|
Stokk |
HKE/571214 |
|
Speċi |
Merluzz (Merluccius merluccius) |
|
Żona |
VI u VII; l-ilmijiet tal-UE u dawk internazzjonali fiż-żona Vb; l-ilmijiet internazzjonali fiż-żoni XII u XIV |
|
Data |
7.10.2013 |