Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013R0831

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 831/2013 tad- 29 ta’ Awwissu 2013 li jemenda għall-199 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta' Al Qaida

ĠU L 233, 31.8.2013, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/831/oj

31.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 233/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 831/2013

tad-29 ta’ Awwissu 2013

li jemenda għall-199 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta' Al Qaida

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta' Al-Qaida, (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) u 7a(5) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi skont dan ir-Regolament.

(2)

Fid-19 ta' Awwissu 2013, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU) ddeċieda li jneħħi persuna fiżika mil-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet li għalihom għandu japplika l-iffriżar ta’ fondi u ta' riżorsi ekonomiċi wara li ġiet ikkunsidrata talba għat-tħassir minn fuq il-lista ppreżentata minn din il-persuna u r-Rapport Komprensiv tal-Ombudsperson stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1904(2009). Barra minn hekk, fil-5 ta' Awwissu 2013, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-KSNU ddeċieda li jemenda tliet entitajiet mil-lista.

(3)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Awwissu 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija


(1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.


ANNESS

L-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 881/2002, huwa emendat kif ġej:

(1)

Titħassar l-annotazzjoni li ġejja taħt l-intestatura "Persuni fiżiċi":

"Mohammed Daki. Indirizz: Casablanca, il-Marokk. Data tat-twelid: 29.3.1965. Post tat-twelid: Casablanca, il-Marokk. Nazzjonalità: Marokkina. Numru tal-passaport: (a) G 482731 (passaport Marokkin), (b) L446524 (passaport Marokkin). In-Numru ta' Identifikazzjoni Nazzjonali: BE-400989 (Karta tal-Identità Marokkina). Informazzjoni oħra: (a) Isem il-missier huwa Lahcen; (b) Isem l-omm huwa Izza Brahim; Deportat mill-Italja lejn il-Marokk fl-10.12.2005. Data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 12.11.2003."

(2)

L-intestatura "Ata Abdoulaziz Rashid (alias (a) Ata Abdoul Aziz Barzingy, (b) Abdoulaziz Ata Rashid). Data tat-twelid: 1.12.1973. Post tat-twelid: Sulaimaniya, l-Iraq. Nazzjonalità: Iraqina. Numru tal-passaport: Dokument ta' vjaġġar ("Reiseausweis") A 0020375. Informazzjoni oħra: (a) Fil-ħabs fil-Ġermanja; (b) Membru tal-Ansar Al-Islam. Data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 6.12.2005." taħt l-intestatuta "Persuni fiżiċi" għandu jinbidel b'li ġej:

"Ata Abdoulaziz Rashid (alias (a) Ata Abdoul Aziz Barzingy, (b) Abdoulaziz Ata Rashid). Data tat-twelid: 1.12.1973. Post tat-twelid: Sulaimaniya, l-Iraq. Nazzjonalità: Iraqina. Indirizz: Il-Ġermanja Data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 6.12.2005."

(3)

L-intestatura "Ibrahim Mohamed Khalil (alias (a) Khalil Ibrahim Jassem, (b) Khalil Ibrahim Mohammad, (c) Khalil Ibrahim Al Zafiri, (d) Khalil). Data tat-twelid: (a) 2.7.1975, (b) 2.5.1972, (c) 3.7.1975, (d) 1972, (e) 2.5.1975. Post tat-twelid: (a) Mosul, l-Iraq (b) Bagdad, l-Iraq. Nazzjonalità: Iraqina. Numru tal-passaport: Dokument ta' vjaġġar ("Reiseausweis") A 0003900. Indirizz: Il-Ġermanja Informazzjoni oħra: (a) Fil-ħabs fil-Ġermanja; Data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 6.12.2005." taħt l-intestatura "Persuni fiżiċi" għandu jinbidel b'li jmiss:

"Ibrahim Mohamed Khalil (alias (a) Khalil Ibrahim Jassem, (b) Khalil Ibrahim Mohammad, (c) Khalil Ibrahim Al Zafiri, (d) Khalil). Data tat-twelid: (a) 2.7.1975, (b) 2.5.1972, (c) 3.7.1975, (d) 1972, (e) 2.5.1975. Post tat-twelid: (a) Day Az-Zawr, is-Sirja, (b) Bagdad, l-Iraq, (c) Mosul, l-Iraq. Nazzjonalità: Sirjana. Numru tal-passaport: T04338017 (Awtorizzazzjoni provviżorja għal applikanti għal ażil maħruġa mill-Uffiċċju tal-Barranin tal-belt ta' Mainz, skadiet fit-8.5.2013). Indirizz: Il-post ta' kenn għar-Refuġjati Alte Ziegelei, 55128 Mainz, il-Ġermanja. Data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 6.12.2005."

(4)

L-intestatura ‘Atilla Selek (alias Muaz). Indirizz: Kauteräckerweg 5, 89077 Ulm, il-Ġermanja Data tat-twelid: 28.2.1985. Post tat-twelid: Ulm, il-Ġermanja. Nazzjonalità: Ġermaniża. Numru tal-passaport: 7020142921 (passaport Ġermaniż maħruġ f'Ulm, il-Ġermanja, validu sat-3.12.2011). Nru. ta' Identifikazzjoni Nazzjonali: 702092811 (karta tal-identità nazzjonali Ġermaniża (Bundespersonalausweis), maħruġa f'Ulm, il-Ġermanja, skadiet fis-6.4.2010). Informazzjoni oħra: (a) Membru tal-Unjoni tal-Jihad Islamiku (IJU), magħrufa anki bħala l-Grupp tal-Jihad Islamiku; (b) F'detenzjoni sa minn Ġunju 2010. Data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 18.6.2009. taħt l-intestatura 'Persuni fiżiċi’ għandu jinbidel b'dan li ġej:

"Atilla Selek (alias Muaz). Data tat-twelid: 28.2.1985. Post tat-twelid: Ulm, il-Ġermanja. In-Numru ta' Identifikazzjoni Nazzjonali: L1562682 (Dokument ta' identità maħruġ mill-Awtorità tal-Barranin fi Freiburg, il-Ġermanja). Indirizz: Kurwaldweg 1, 75365 Calw, il-Ġermanja. Data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 18.6.2009."


Top