Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013R0551

    Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 551/2013 tal- 11 ta’ Ġunju 2013 li jistabbilixxi projbizzjoni temporanja għas-sajd tar-redfish fiż-żona NAFO 3M minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Unjoni Ewropea

    ĠU L 164, 18.6.2013, p. 3–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2013

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/551/oj

    18.6.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 164/3


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 551/2013

    tal-11 ta’ Ġunju 2013

    li jistabbilixxi projbizzjoni temporanja għas-sajd tar-redfish fiż-żona NAFO 3M minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Unjoni Ewropea

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u partikolarment l-Artikolu 36(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 40/2013 tal-21 ta’ Jannar 2013 li jiffissa għall-2013 l-opportunitajiet tas-sajd disponibbli fl-ilmijiet tal-UE u, għall-bastimenti tal-UE, f’ċerti ilmijiet mhux tal-UE għal ċerti stokkijiet tal-ħut li huma suġġetti għal negozjati (2), jistabbilixxi l-kwoti għall-2013.

    (2)

    Skont l-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, il-qabdiet li saru tal-istokk imsemmi fl-Anness ta’ dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Unjoni Ewropea jew huma rreġistritati fiha eżawrew il-kwota ta’ nofs il-perjodu allokata lilhom għall-perjodu qabel l-1 ta’ Lulju 2013.

    (3)

    Għalhekk, jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk sat-30 ta’ Ġunju 2013,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Eżawriment tal-kwota

    Il-kwota tas-sajd għall-perjodu qabel l-1 ta’ Lulju 2013 allokata lill-Istati Membri msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

    Artikolu 2

    Projbizzjonijiet

    L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istati Membri msemmija hemmhekk jew irreġistrati fihom għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f’dak l-Anness sat-30 ta’ Ġunju 2013 inkluża. Partikolarment, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi mqiegħed f’post ieħor, ittrasbordat jew żbarkat ħut minn dak l-istokk maqbud minn dawk il-bastimenti bejn dawk id-dati.

    Artikolu 3

    Dħul fis-seħħ

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Ġunju 2013.

    Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

    Lowri EVANS

    Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


    (1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

    (2)  ĠU L 23, 25.1.2013, p. 54.


    ANNESS

    Nru

    03/TQ40

    Stat Membru

    L-Unjoni Ewropea (Kull Stat Membru)

    Stokk

    RED/N3M

    Speċi

    Redfish (Sebastes spp)

    Żona

    NAFO 3M

    Data tal-Għeluq

    3.5.2013 sat-30.6.2013


    Top