This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32013R0488
Council Regulation (EU) No 488/2013 of 27 May 2013 amending Regulation (EU) No 204/2011 concerning restrictive measures in view of the situation in Libya
Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 488/2013 tas- 27 ta’ Mejju 2013 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 204/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja
Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 488/2013 tas- 27 ta’ Mejju 2013 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 204/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja
ĠU L 141, 28.5.2013, p. 1–3
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 19/01/2016; Impliċitament imħassar minn 32016R0044
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32011R0204 | Sostituzzjoni | artikolu 8 | 29/05/2013 | |
Modifies | 32011R0204 | Żieda | artikolu 13.3 | 29/05/2013 | |
Modifies | 32011R0204 | Żieda | artikolu 9.1 punt D) | 29/05/2013 | |
Modifies | 32011R0204 | Sostituzzjoni | artikolu 3 | 29/05/2013 | |
Modifies | 32011R0204 | Żieda | artikolu 9.1 punt C) | 29/05/2013 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Implicitly repealed by | 32016R0044 | 20/01/2016 |
28.5.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 141/1 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 488/2013
tas-27 ta’ Mejju 2013
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 204/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/137/PESK tat-28 ta’ Frar 2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja (1),
Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 204/2011 tat-2 ta' Marzu 2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja (2) jagħmel effettivi l-miżuri previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/137/PESK. |
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/45/PESK tat-22 ta' Jannar 2013 (3) temenda d-Deċiżjoni 2011/137/PESK sabiex ikun permess ir-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati fejn dawn ikunu meħtieġa biex tingħata tweġiba għal deċiżjoni ġudizzjarja jew amministrattiva mogħtija fl-Unjoni, jew għal deċiżjoni ġudizzjarja infurzabbli fi Stat Membru. |
(3) |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/182/PESK tat-22 ta’ April 2013 (4) temenda d-Deċiżjoni 2011/137/PESK b’konformità mar-Riżoluzzjoni 2095 (2013) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU) li temenda l-eżenzjonijiet mill-embargo fuq l-armi previst fil-paragrafu 9(a) tar-Riżoluzzjoni 1970 (2011) tal-KSNU u fil-paragrafu 13(a) tar-Riżoluzzjoni 2009(2011) tal-KSNU. |
(4) |
Uħud minn dawk il-miżuri jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u għalhekk hija meħtieġa azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni għall-implimentazzjoni tagħhom, b'mod partikolari bil-għan li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħhom mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha. |
(5) |
Ir-Regolament (UE) Nru 204/2011 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) Nru 204/2011 huwa emendat kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej: "Artikolu 3 1. Huma pprojbiti:
2. B’deroga mill-paragrafu 1, il-projbizzjonijiet stabbiliti fih m’għandhomx japplikaw għal:
3. B'deroga mill-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri, kif elenkati fl-Anness IV, jistgħu jawtorizzaw l-għoti ta’ għajnuna teknika, finanzjament u għajnuna finanzjarja relatati ma' tagħmir li jista’ jintuża għal repressjoni interna, taħt dawk il-kundizzjonijiet li jqisu xierqa, jekk jiddeterminaw li tali tagħmir huwa maħsub biss għal użu umanitarju jew protettiv. |
(2) |
L-Artikolu 8 huwa sostitwit b'dan li ġej: "Artikolu 8 1. B'deroga mill-Artikolu 5, fir-rigward ta' persuni, entitajiet jew korpi elenkati fl-Anness II, l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri, kif elenkati fl-Anness IV, jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jekk ikunu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:
2. B'deroga mill-Artikolu 5, fir-rigward ta' persuni, entitajiet jew korpi elenkati fl-Anness III, l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri, kif elenkati fl-Anness IV, jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jekk ikunu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:
3. L-Istat Membru rilevanti għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni b'kull awtorizzazzjoni mogħtija taħt dan l-Artikolu."; |
(3) |
Fl-Artikolu 9(1) jiżdiedu l-punti li ġejjin:
|
(4) |
Fl-Artikolu 13 jiżdied il-paragrafu li ġej: "3. Il-paragrafu 2 ma għandux jimpedixxi lill-Istati Membri milli jikkondividu dak it-tagħrif, b'konformità mal-liġijiet nazzjonali tagħhom, mal-awtoritajiet rilevanti tal-Libja u ma' Stati Membri oħrajn fejn dan ikun meħtieġ bħala għajnuna fl-irkupru ta' assi misapproprjati.". |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Mejju 2013.
Għall-Kunsill
Il-President
C. ASHTON
(3) ĠU L 20, 23.1.2013, p. 60.
(4) ĠU L 111, 23.4.2013, p. 50.