EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013R0484

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 484/2013 tal- 24 ta’ Mejju 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 718/2007 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1085/2006 li jistabbilixxi strument għall-assistenza ta’ qabel l-adeżjoni (IPA)

ĠU L 139, 25.5.2013, p. 11–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/484/oj

25.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 139/11


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 484/2013

tal-24 ta’ Mejju 2013

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 718/2007 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1085/2006 li jistabbilixxi strument għall-assistenza ta’ qabel l-adeżjoni (IPA)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1085/2006 tas-17 ta’ Lulju 2006 li jistabbilixxi Strument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA) (1) (“ir-Regolament dwar l-IPA”) u b’mod partikolari l-Artikolu 3(3) tiegħu;

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 718/2007 tat-12 ta’ Ġunju 2007 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1085/2006 li jistabbilixxi strument għall-assistenza ta’ qabel l-adeżjoni (IPA) (2) jipprovdi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament dwar l-IPA.

(2)

Sabiex jinkisbu l-objettivi fl-oqsma ta’ assistenza tal-komponent ta’ assistenza ta’ tranżizzjoni u bini tal-istituzzjonijiet, għal xi operazzjonijiet, bħal dawk li jikkontribwixxu biex tkun risolta l-problema ta’ akkomodazzjoni għar-refuġġjati u għall-persuni spostati fil-Balkanai tal-Punent l-eliġġibbiltà tan-nefqa għax-xiri ta’ art u binjiet eżistenti hija indispensabbli u tikkostitwixxi parti importanti tal-azzjoni. L-eliġibilità tan-nefqa għax-xiri ta’ art u binjiet eżistenti għandha tkun prevista f’deroga ġdida.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 718/2007 għandu għaldaqstant jiġi emendat skont dan.

(4)

Id-dispożizzjonijiet stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tal-IPA,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 66(3) tar-Regolament (KE) Nru 718/2007,, jiżdied il-punt (d) li ġej:

“(d)

xiri ta’ art u binjiet eżistenti meta ġġustifikat min-natura tal-operazzjoni”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Mejju 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 210, 31.7.2006, p. 82.

(2)  ĠU L 170, 29.6.2007, p. 1.


Top