Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013R0242

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 242/2013 tat- 18 ta’ Marzu 2013 li jemenda għall-189 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta’ Al Qaida

    ĠU L 75, 19.3.2013, p. 25–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/242/oj

    19.3.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 75/25


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 242/2013

    tat-18 ta’ Marzu 2013

    li jemenda għall-189 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta’ Al Qaida

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta’ Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta’ Al-Qaida (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a), l-Artikolu 7(1)(b) u l-Artikolu 7a(5) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament.

    (2)

    Fit-12 ta' Marzu 2013, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU) iddeċieda li jneħħi persuna fiżika waħda mil-lista tiegħu ta’ persuni, gruppi u entitajiet li għalihom għandu japplika l-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi, wara li kkunsidra t-talba li għamlet din il-persuna biex titneħħa minn fuq il-lista u r-Rapport Komprensiv tal-Ombudsperson li ġie stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni Nru 1904(2009) tal-KSNU.

    (3)

    Il-Latvja talbet li għandhom jiġu emendati d-dettalji tal-indirizz tal-awtoritajiet kompetenti tagħha.

    (4)

    L-Annessi I u II mar-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandhom b’hekk jiġu aġġornati kif xieraq,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    L-Anness I huwa emendat skont l-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

    (2)

    L-Anness II huwa emendat skont l-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Marzu 2013.

    Għall-Kummissjoni, F’isem il-President,

    Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija


    (1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9


    ANNESS I

    L-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 881/2002, huwa emendat kif ġej:

    Titħassar l-annotazzjoni li ġejja taħt l-intestatura "Persuni fiżiċi":

    “Mamoun Darkazanli (psewdonimu (a) Abu Ilyas, (b) Abu Ilyas Al Suri, (c) Abu Luz, (d) Abu Al Loh, (e) Abu Ylias). Indirizz: Uhlenhorster Weg 34, Hamburg, 22085 Germany. Data tat-twelid: 4.8.1958. Post tat-twelid: Damasku, is-Sirja. Nazzjonalità: (a) Sirjan, (b) Ġermaniż. Numru tal-passaport: 1310636262 (Il-passaport Ġermaniż skada fid-29.10.2005). Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: 1312072688 (Il-passaport Ġermaniż skada fid-29.10.2005). Informazzjoni oħra: Isem il-missier hu Mohammed Darkazanli. Isem l-omm huwa Nur Al-Huda Sheibani Altgelbi. Id-data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 17.10.2001.”


    ANNESS II

    L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat kif ġej:

    Id-dettalji tal-indirizz taħt l-intestatura "il-Latvja" għandhom jiġu sostitwiti bi:

    ‘Latvijas Republikas Ārlietu Ministrija

    K.Valdemāra iela 3

    Rīga LV-1395, Latvija

    Tel: (+371) 67 016 201

    Faks: (+371) 67 828 121

    mfa.cha@mfa.gov.lv

    Noziedzīgi iegūtu līdzekļu legalizācijas novēršanas dienests

    Raiņa bulvāris 15

    Rīga LV-1050, Latvija

    Tel: (+371) 67 044 430

    Faks: (+371) 67 324 497

    kd@kd.gov.lv’


    Top