Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013D0300

    2013/300/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 18 ta’ Ġunju 2013 li taħtar żewġ membri Awstrijaċi u żewġ membri supplenti Awstrijaċi fil-Kumitat tar-Reġjuni

    ĠU L 169, 21.6.2013, p. 70–70 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 25/01/2015

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2013/300/oj

    21.6.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 169/70


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    tat-18 ta’ Ġunju 2013

    li taħtar żewġ membri Awstrijaċi u żewġ membri supplenti Awstrijaċi fil-Kumitat tar-Reġjuni

    (2013/300/UE)

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern Awstrijak,

    Billi:

    (1)

    Fit-22 ta’ Diċembru 2009 u fit-18 ta’ Jannar 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet 2009/1014/UE (1) u 2010/29/UE (2) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2010 sal-25 ta’ Jannar 2015.

    (2)

    Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sur Gerhard DÖRFLER u tas-Sur Josef PÜHRINGER saru vakanti s-siġġijiet ta’ żewġ membri fil-Kumitat tar-Reġjuni. Konsegwentement għat-tmiem tal-mandati tas-Sur Viktor SIGL u s-Sur Wolfgang WALDNER, saru vakanti s-siġġijiet ta’ żewġ membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Huma b’dan maħturin membri fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2015:

    (a)

    bħala membri:

    Dr Peter KAISER, Landeshauptmann

    Dr Michael STRUGL, MBA, Landesrat

    u

    (b)

    bħala membri supplenti:

    Is-Sur Herwig SEISER, Landtagsabgeordneter

    Is-Sur Viktor SIGL, Landtagspräsident.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fil-Lussemburgu, it-18 ta’ Ġunju 2013.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    P. HOGAN


    (1)  ĠU L 348, 29.12.2009, p. 22.

    (2)  ĠU L 12, 19.1.2010, p. 11.


    Top