This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32013D0238
2013/238/EU: Council Decision of 21 May 2013 appointing four United Kingdom members and three United Kingdom alternate members of the Committee of the Regions
2013/238/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 21 ta’ Mejju 2013 li taħtar erba' membri mir-Renju Unit u tliet membri supplenti mir-Renju Unit fil-Kumitat tar-Reġjuni
2013/238/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 21 ta’ Mejju 2013 li taħtar erba' membri mir-Renju Unit u tliet membri supplenti mir-Renju Unit fil-Kumitat tar-Reġjuni
ĠU L 141, 28.5.2013, p. 42–42
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 21/05/2015
28.5.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 141/42 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-21 ta’ Mejju 2013
li taħtar erba' membri mir-Renju Unit u tliet membri supplenti mir-Renju Unit fil-Kumitat tar-Reġjuni
(2013/238/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern tar-Renju Unit,
Billi:
(1) |
Fit-22 ta' Diċembru 2009 u fit-18 ta' Jannar 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet 2009/1014/UE (1) u 2010/29/UE (2) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2010 sal-25 ta' Jannar 2015. |
(2) |
Konsegwentement għat-tmiem tal-mandati tas-Sinjura Amanda BYRNE, is-Sinjura Christine CHAPMAN, is-Sinjura Flo CLUCAS u s-Sur Roger KNOX saru vakanti s-siġġijiet ta' erba' membri fil-Kumitat tar-Reġjuni. Konsegwentement għat-tmiem tal-mandati tas-Sur Peter MOORE u s-Sur Sandy PARK, saru vakanti s-siġġijiet ta' żewġ membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni. Konsegwentement għall-ħatra tas-Sinjura Paula BAKER bħala membru fil-Kumitat tar-Reġjuni, ser isir vakanti siġġu ta' membru supplenti, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Huma b'dan maħturin fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta' Jannar 2015:
a) |
bħala membri:
u |
b) |
bħala membri supplenti:
|
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Mejju 2013.
Għall-Kunsill
Il-President
E. GILMORE
(1) ĠU L 348, 29.12.2009, p. 22.
(2) ĠU L 12, 19.1.2010, p. 11.