This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32013D0235
2013/235/EU: Commission Implementing Decision of 23 May 2013 amending Decision 2009/821/EC as regards the lists of border inspection posts and veterinary units in Traces (notified under document C(2013) 2905) Text with EEA relevance
2013/235/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat- 23 ta’ Mejju 2013 li temenda d-Deċiżjoni 2009/821/KE fir-rigward tal-listi ta’ postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera u l-unitajiet veterinarji fi Traces (notifikata bid-dokument C(2013) 2905) Test b’relevanza għaż-ŻEE
2013/235/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat- 23 ta’ Mejju 2013 li temenda d-Deċiżjoni 2009/821/KE fir-rigward tal-listi ta’ postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera u l-unitajiet veterinarji fi Traces (notifikata bid-dokument C(2013) 2905) Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 139, 25.5.2013, p. 29–34
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 13/12/2019; Impliċitament imħassar minn 32019R1014
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32009D0821 | Emenda | anness I | ||
Modifies | 32009D0821 | Emenda | anness II |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Implicitly repealed by | 32019R1014 | 14/12/2019 |
25.5.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 139/29 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-23 ta’ Mejju 2013
li temenda d-Deċiżjoni 2009/821/KE fir-rigward tal-listi ta’ postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera u l-unitajiet veterinarji fi Traces
(notifikata bid-dokument C(2013) 2905)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2013/235/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar veterinarju u żootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Kommunitarju ta’ ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u partikolarment l-Artikolu 20(1) u (3) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta’ kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE (2), u partikolarment it-tieni sentenza tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(4) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta’ Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (3), u partikolarment l-Artikolu 6(2) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/821/KE tat-28 ta’ Settembru 2009 dwar it-tfassil ta’ lista approvata ta’ postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera, li tistabbilixxi ċerti regoli dwar l-ispezzjonijiet imwettqa mill-esperti veterinarji tal-Kummissjoni u tistabbilixxi l-unitajiet veterinarji fi TRACES (4), tistabbilixxi lista ta’ postijiet ta’ spezzjoni fil-fruntiera approvati b’konformità mad-Direttivi 91/496/KEE u 97/78/KE. Din il-lista hija stabbilita fl-Anness I ta’ dik id-Deċiżjoni. |
(2) |
Id-Danimarka kkomunikat li ċentru ta’ spezzjoni ġdid ġie miżjud fil-post ta’ spezzjoni fuq il-funtiera fil-port ta’ Esbjerg. Għalhekk, il-lista ta’ annotazzjonijiet għal dak l-Istat Membru kif stabbilita fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE għandha tiġi emendata skont dan. |
(3) |
Wara komunikazzjoni mill-Ġermanja, Spanja, Franza, l-Italja, il-Latvja, il-Pajjiżi l-Baxxi u l-Portugall, l-annotazzjonijiet għall-postijiet ta’ spezzjoni fil-fruntiera f’dawk l-Istati Membri għandhom jiġu emendati fil-lista stabbilita fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE. |
(4) |
Is-servizz ta’ verifika tal-Kummissjoni (li qabel kien magħruf bħala s-servizz ta’ spezzjoni tal-Kummissjoni), l-Uffiċċju Alimentari u Veterinarju, wettaq verifika fi Spanja, wara li għamel għadd ta’ rakkomandazzjonijiet lil dak l-Istat Membru. Spanja kkomunikat li port u diversi postijiet ta’ spezzjoni fil-fruntiera fl-ajruporti għandhom jiġu temporanjament sospiżi. Għalhekk, l-annotazzjonijiet għal dawk il-postijiet ta’ spezzjoni fil-fruntieri stabbiliti fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE għandhom jiġu emendati skont dan. |
(5) |
L-Italja kkomunikat li l-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera fil-port ta’ Brindisi għandu jitħassar mil-lista ta’ annotazzjonijiet għal dak l-Istat Membru. Il-Portugall ikkomunika li l-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera fil-port ta’ Viana do Castelo għandu jitħassar mil-lista ta’ annotazzjonijiet għal dak l-Istat Membru. Il-listi ta’ annotazzjonijiet għal dawk l-Istati Membri kif stabbilit fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE għandhom jiġu emendati skont dan. |
(6) |
Ir-Renju Unit ikkomunika li l-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera ta’ Hull għandu jiġi sospiż temporanjament. Il-lista ta’ annotazzjonijiet għal dak l-Istat Membru kif stabbilita fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE għandha tiġi emendata skont dan. |
(7) |
Wara verifika sodisfaċenti mwettqa mill-Uffiċċju Alimentari u Veterinarju fil-Litwanja, l-approvazzjoni ta’ post ta’ spezzjoni fil-fruntiera f’Kybartai, li jiftaħ uffiċjalment fil-21 ta’ Mejju 2013, tista’ tiġi estiża għal annimali ħajjin għall-kategoriji kollha (U, E u O). Għalhekk, l-annotazzjoni rilevanti għal dak l-Istat Membru kif stabbilita fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE għandha tiġi emendata skont dan. |
(8) |
L-Anness II tad-Deċiżjoni 2009/821/KE jistabbilixxi l-lista tal-unitajiet ċentrali, l-unitajiet reġjonali u l-unitajiet lokali fis-sistema veterinarja kompjuterizzata integrata (Traces). |
(9) |
Wara komunikazzjonijiet mid-Danimarka, il-Ġermanja, l-Italja, il-Pajjiżi l-Baxxi, l-Awstrija u r-Renju Unit, għandhom isiru ċerti bidliet fil-lista ta’ unitajiet ċentrali, reġjonali u lokali fi Traces għal dawn l-Istati Membri stipulati fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2009/821/KE. |
(10) |
Għalhekk, id-Deċiżjoni 2009/821/KE għandha tiġi emendata skont dan. |
(11) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2009/821/KE huma emendati skont l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
L-emenda stabbilita fil-punt (1)(a) tal-Anness għandha tapplika mill-21 ta’ Mejju 2013.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Mejju 2013.
Għall-Kummissjoni
Tonio BORG
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.
(2) ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56.
(4) ĠU L 296, 12.11.2009, p. 1.
ANNESS
L-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2009/821/KE huma emendati kif ġej:
(1) |
L-Anness I huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
L-Anness II jiġi emendat kif ġej:
|