EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013D0134

Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/134/PESK tat- 18 ta’ Marzu 2013 li temenda d-Deċiżjoni 2011/173/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Bosnja-Ħerzegovina

ĠU L 75, 19.3.2013, p. 33–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2013/134(1)/oj

19.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 75/33


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2013/134/PESK

tat-18 ta’ Marzu 2013

li temenda d-Deċiżjoni 2011/173/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Bosnja-Ħerzegovina

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat tal-Unjoni Ewropea u partikolarment l-Artikolu 29 tiegħu,

Billi:

(1)

Fil-21 ta’ Marzu 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/173/PESK (1).

(2)

Abbażi ta’ rieżami tad-Deċiżjoni 2011/173/PESK, il-miżuri restrittivi għandhom jiġġeddu sat-22 ta’ Marzu 2014.

(3)

Id-Deċiżjoni 2011/173/PESK għandha tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni 2011/173/PESK, it-tieni paragrafu jinbidel b’dan li ġej:

“Din id-Deċiżjoni għandha tibqa’ tapplika sat-22 ta’ Marzu 2014.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Marzu 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

S. COVENEY


(1)  ĠU L 76, 22.3.2011, p. 68.


Top