Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012R1231

    Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1231/2012 tas- 17 ta’ Diċembru 2012 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 7/2010 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta’ kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali

    ĠU L 350, 20.12.2012, p. 1–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2013; Imħassar b' 32013R1388

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/1231/oj

    20.12.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 350/1


    REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 1231/2012

    tas-17 ta’ Diċembru 2012

    li jemenda r-Regolament (UE) Nru 7/2010 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta’ kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 31 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

    Billi:

    (1)

    Sabiex ikunu żgurat il-forniment suffiċjenti u bla waqfien ta’ ċerti prodotti li l-produzzjoni tagħhom mhijiex suffiċjenti fl-Unjoni u biex jiġi evitat kwalunkwe tfixkil fis-suq għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali, infetħu kwoti tariffarji awtonomi permezz tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 7/2010 (1). Prodotti li ma jaqbżux il-limiti tal-kwoti tariffarji jistgħu jkunu impurtati b’rati ta’ dazju żero jew mnaqqsa. Għall-istess raġunijiet huwa neċessarju li jinfetħu, b’seħħ mill-1 ta’ Jannar 2013, kwoti tariffarji ġodda b’rata ta’ dazju żero għal volumi xierqa tal-prodotti bin-numri tas-serje 09.2658, 09.2659, 09.2660 u 09.2661.

    (2)

    Il-volumi tal-kwoti tariffarji awtonomi bin-numri tas-serje 09.2628, 09.2634 u 09.2929, mhumiex biżżejjed biex jissodisfaw il-bżonnijiet tal-industrija tal-Unjoni għall-perjodu tal-kwota attwali li jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2012. Konsegwentament, dawn il-volumi tal-kwota għandhom jiżdiedu b’seħħ mill-1 ta’ Lulju 2012. Madankollu, ż-żieda tal-volumi tal-kwota għall-kwota tariffarja awtonoma bin-numru tas-serje 09.2634, m’għandiex titkompla wara l-31 ta’ Diċembru 2012.

    (3)

    Il-volum għall-kwota tariffarja awtonoma bin-numru tas-serje 09.2603 għandu jinbidel bil-volum muri fl-Anness għal dan ir-Regolament.

    (4)

    Mhuwiex aktar fl-interess tal-Unjoni li jibqgħu jingħataw kwoti tariffarji fl-2013 għal prodotti bin-numri tas-serje 09.2615, 09.2636, 09.2640, 09.2813 u 09.2986. Għalhekk, dawk il-kwoti għandhom jingħalqu b’seħħ mill-1 ta’ Jannar 2013 u l-prodotti korrispondenti għandhom jitneħħew mill-Anness għar-Regolament (UE) Nru 7/2010.

    (5)

    Fid-dawl ta’ bosta bidliet li għandhom isiru, fl-interess taċ-ċarezza, l-Anness għar-Regolament (UE) Nru 7/2010 għandu jiġi kompletament sostitwit.

    (6)

    Ir-Regolament (UE) Nru 7/2010 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

    (7)

    Billi l-kwoti tariffarji għandhom jidħlu fis-seħħ mill-1 ta’ Jannar 2013, dan ir-Regolament għandu jibda japplika mill-istess data u jidħol fis-seħħ immedjatament mal-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness għar-Regolament (UE) Nru 7/2010 hu ssostitwit bit-test li jinsab fl-Anness ma’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    B’seħħ mill-1 ta’ Lulju 2012, fl-Anness għar-Regolament (UE) Nru 7/2010:

    (1)

    il-volum għall-kwota tariffarja awtonoma bin-numru tas-serje 09.2628 huwa stabbilit għal 3 000 000 m2;

    (2)

    il-volum għall-kwota tariffarja awtonoma bin-numru tas-serje 09.2634 huwa stabbilit għal 8 000 tunnellata għall-perjodu sal-31 ta’ Diċembru 2012;

    (3)

    il-volum għall-kwota tariffarja awtonoma bin-numru tas-serje 09.2929 huwa stabbilit għal 10 000 tunnellata.

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Huwa għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2013, ħlief għall-Artikolu 2 li għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2012.

    Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Diċembru 2012.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    S. ALETRARIS


    (1)  ĠU L 3, 7.1.2010, p. 1.


    ANNESS

    “ANNESS

    Numru tas-Serje

    Kodiċi NM

    TARIC

    Deskrizzjoni

    Perjodu tal-kwota

    Volum tal-kwota

    Dazju fuq il-kwota (%)

    09.2849

    ex 0710 80 69

    10

    Faqqiegħ tal-ispeċi Auricularia polytricha (mhux imsajjar jew imsajjar bil-fwar jew bit-tgħollija), iffriżat, għall-produzzjoni tal-ikliet ippreparati minn qabel (1)  (2)

    1.1.-31.12.

    700 tunnellata

    0  %

    09.2913

    ex 2401 10 35

    91

    Tabakk naturali mhux ipproċessat, kemm jekk imqatta’ għal daqs regolari, kif ukoll jekk le, b’valur doganali ta’ mhux anqas minn EUR 450 kull 100 kg piż nett, għall-użu bħala binder jew imballaġġ għall-manifattura ta’ oġġetti li jaqgħu taħt is-subintestatura 2402 10 00  (1)

    1.1.-31.12.

    6 000 tunnellata

    0  %

    ex 2401 10 70

    10

    ex 2401 10 95

    11

    ex 2401 10 95

    21

    ex 2401 10 95

    91

    ex 2401 20 35

    91

    ex 2401 20 70

    10

    ex 2401 20 95

    11

    ex 2401 20 95

    21

    ex 2401 20 95

    91

    09.2928

    ex 2811 22 00

    40

    Materjal tal-mili tas-silika, f’forma ta’ granuli, b’kontenut minimu ta’ diossidu tas-silikonju ta’ 97 %

    1.1-31.12

    1 700 tunnellata

    0  %

    09.2703

    ex 2825 30 00

    10

    Ossidi u idrossidi tal-vanadju esklussivament għall-użu fil-ligi (1)

    1.1.-31.12.

    13 000 tunnellata

    0  %

    09.2806

    ex 2825 90 40

    30

    Trijossidu tat-tangsten, inkluż ossidu tat-tangsten blu (CAS RN 1314-35-8 + 39318-18-8)

    1.1.-31.12.

    12 000 tunnellata

    0  %

    09.2929

    2903 22 00

     

    Trikloroetilene (CAS RN 79-01-6)

    1.1-31.12

    10 000 tunnellata

    0  %

    09.2837

    ex 2903 79 90

    10

    Bromoklorometan (CAS RN 74-97-5)

    1.1.-31.12.

    600 tunnellata

    0  %

    09.2933

    ex 2903 99 90

    30

    1,3-Diklorobenżen (CAS RN 541-73-1)

    1.1.-31.12.

    2 600 tunnellata

    0  %

    09.2950

    ex 2905 59 98

    10

    2-Kloroetanol, għall-manifattura ta’ tijoplasti likwidi tas-subintestatura 4002 99 90 , (CAS RN 107-07-3) (1)

    1.1.-31.12.

    15 000 tunnellata

    0  %

    09.2851

    ex 2907 12 00

    10

    O-Kreżol b’purezza ta’ mhux anqas minn 98.5 % tal-piż (CAS RN 95-48-7)

    1.1.-31.12.

    20 000 tunnellata

    0  %

    09.2624

    2912 42 00

     

    Etilvanillin (3-etossi-4-idrossibenżaldeid), (CAS RN 121-32-4)

    1.1.-31.12.

    950 tunnellata

    0  %

    09.2638

    ex 2915 21 00

    10

    Aċtu aċetiku ta’ purità bil-piż ta’ 99 % jew aktar (CAS RN 64-19-7)

    1.1.-31.12.

    1 000 000 tunnellata

    0  %

    09.2972

    2915 24 00

     

    Anidride aċetiku (CAS RN 108-24-7)

    1.1.-31.12.

    20 000 tunnellata

    0  %

    09.2769

    ex 2917 13 90

    10

    Sebakat tad-dimetil (CAS RN 106-79-6)

    1.1.-31.12.

    1 300 tunnellata

    0  %

    09.2634

    ex 2917 19 90

    40

    Aċidu dodekanedjojku, ta’ purità bil-piż ta’ aktar minn 98,5 % (CAS RN 693-23-2)

    1.1-31.12

    4 600 tunnellata

    0  %

    09.2808

    ex 2918 22 00

    10

    Aċtu o-aċetisaliċiliku (CAS RN 50-78-2)

    1.1.-31.12.

    120 tunnellata

    0  %

    09.2975

    ex 2918 30 00

    10

    Dianidrid benżofenon-3,3’,4,4’-tetrakarbossiliku (CAS RN 2421-28-5)

    1.1.-31.12.

    1 000 tunnellata

    0  %

    09.2632

    ex 2921 22 00

    10

    Eksametilenediammina (CAS RN 124-09-4)

    1.1.-31.12.

    40 000 tunnellata

    0  %

    09.2602

    ex 2921 51 19

    10

    o-Fenilenediammina (CAS RN 95-54-5)

    1.1.-31.12.

    1 800 tunnellata

    0  %

    09.2977

    2926 10 00

     

    Akrilonitril (CAS RN 107-13-1)

    1.1.-31.12.

    75 000 tunnellata

    0  %

    09.2917

    ex 2930 90 13

    90

    Ċistina (CAS RN 56-89-3)

    1.1.-31.12.

    600 tunnellata

    0  %

    09.2603

    ex 2930 90 99

    79

    Bis(3-tritossisililpropil)tetrasulfid (CAS RN 40372-72-3)

    1.1-31.12

    9 000 tunnellata

    0  %

    09.2810

    2932 11 00

     

    Tetraidrofuran (CAS RN 109-99-9)

    1.1.-31.12.

    20 000 tunnellata

    0  %

    09.2955

    ex 2932 19 00

    60

    Flurtamon (ISO) (CAS RN 96525-23-4)

    1.1.-31.12.

    300 tunnellata

    0  %

    09.2812

    ex 2932 20 90

    77

    Eżan-6-olidu (CAS RN 502-44-3)

    1.1.-31.12.

    4 000 tunnellata

    0  %

    09.2658

    ex 2933 99 80

    73

    5-(aċetaċetilammiku)benżimidażolon (CAS RN 26576-46-5)

    1.1-31.12

    200 tunnellata

    0  %

    09.2945

    ex 2940 00 00

    20

    D-Ksilożju (CAS RN 58-86-6)

    1.1.-31.12.

    400 tunnellata

    0  %

    09.2659

    ex 3802 90 00

    19

    Trab tad-dijatomi kalċinat fil-fluss tas-soda

    1.1-31.12

    30 000 tunnellata

    0  %

    09.2908

    ex 3804 00 00

    10

    Linjosulfonat tas-sodju

    1.1.-31.12.

    40 000 tunnellata

    0  %

    09.2889

    3805 10 90

     

    Turpentina tas-sulfat

    1.1.-31.12.

    25 000 tunnellata

    0  %

    09.2935

    ex 3806 10 00

    10

    Rożin u aċidi tar-reżin miksuba minn oleoreżini friski

    1.1.-31.12.

    280 000 tunnellata

    0  %

    09.2814

    ex 3815 90 90

    76

    Katalizzatur magħmul mid-dijossidu tat-titanju u t-trijossidu tat-tungstenu

    1.1.-31.12.

    3 000 tunnellata

    0  %

    09.2829

    ex 3824 90 97

    19

    Estratt solidu ta’ materjal residwu li ma jinħallx f’solventi alifatiċi miksuba matul l-estrazzjoni tar-resin mill-injam, li għandu l-karatteristiċi li ġejjin:

    kontenut tal-aċidu tar-reżin li ma jaqbiżx it-30 % tal-piż,

    numru tal-aċidu li ma jaqbiżx il-110,

    kif ukoll

    punt tat-tidwib ta’ 100 °C jew aktar

    1.1.-31.12.

    1 600 tunnellata

    0  %

    09.2907

    ex 3824 90 97

    86

    Taħlita ta’ fitosteroli, fi trab, li fihom, bil-piż:

    75 % jew aktar ta steroli,

    mhux aktar minn 25 % ta’ stanoli għal użu fil-manifattura tal-istanoli/steroli jew tal-esteri tal-istanoli/steroli (1)

    1.1.-31.12.

    2 500 tunnellata

    0  %

    09.2644

    ex 3824 90 97

    96

    Preparazzjoni li skont il-piż fiha:

    55 % jew aktar iżda mhux iżjed minn 78 % ta’ gluterat tad-dimetil

    10 % jew aktar iżda mhux aktar minn 28 % ta’ adipat dimetiliku u

    mhux aktar minn 25 % ta’ suċċinat tad-dimetil

    1.1-30.6.2013

    7 500 tunnellata

    0  %

    09.2140

    ex 3824 90 97

    98

    Taħlita ta’ ammini terzjarji li fihom, skont il-piż:

    2,0-4,0 % ta’ N,N-dimetil-1-ottanammina

    mhux anqas minn 94 % N,N-dimetil-1-dekanammina

    massimu ta’ 2 % N,N-dimetil-1-dodekanammina

    1.1.-31.12.

    4 500 tunnellata

    0  %

    09.2660

    ex 3902 30 00

    96

    Kopolimer tal-etilen-propilen, b’viskożità tat-tidwib mhux aktar minn 1 700 mPa waqt 190 °C, kif iddeterminata bil-metodu ASTM D 3236

    1.1-31.12

    500 tunnellata

    0  %

    09.2639

    3905 30 00

     

    Poli(alkoħol tal-vinil), kemm jekk fih gruppi ta’ aċetat mhux idrolizzati u kemm jekk le

    1.1.-31.12.

    18 000 tunnellata

    0  %

    09.2616

    ex 3910 00 00

    30

    Polidimetilsilossan bi grad ta’ polimerizzazzjoni ta’ 2 800 unità monomerika (± 100)

    1.1.-31.12.

    1 300 tunnellata

    0  %

    09.2816

    ex 3912 11 00

    20

    Frak tal-aċetat taċ-ċellulożju

    1.1.-31.12.

    75 000 tunnellata

    0  %

    09.2641

    ex 3913 90 00

    87

    Jaluronat tas-sodju, mhux sterili, b’:

    piż molekulari medju (Mw) ta’ mhux iktar minn 900 000 ,

    b’livell ta’ endotossin li ma jaqbiżx 0,008 unitajiet ta’ Endotossin (EU)/mg,

    b’kontenut ta’ etanol li ma jaqbiżx 1 % bħala piż,

    b’kontenut ta’ isopropanol li ma jaqbiżx 0,5 % bħala piż

    1.1.-31.12.

    200  kg

    0  %

    09.2661

    ex 3920 51 00

    50

    Folji ta’ polimetilmetakrilat li jikkonformaw ma’

    EN 4364 (MIL-P-5425E) u DTD5592 A, jew

    EN 4365 (MIL-P-8184) u DTD5592 A

    1.1-31.12

    100 tunnellata

    0  %

    09.2645

    ex 3921 14 00

    20

    Blokk ċellulari ta’ ċelluloża riġenerata, mimlija bl-ilma li fih il-klorur tal-manjesju u komposti tal-ammonju kwaternarji, b’kejl ta’ 100 ċm (± 10 ċm) × 100 ċm (± 10 ċm) x 40 ċm (± 5 ċm)

    1.1-31.12

    1 300 tunnellata

    0  %

    09.2818

    ex 6902 90 00

    10

    Briks li jirreżistu s-sħana

    b’xifer twil iktar minn 300 mm u

    b’kontenut f’piż ta’ TiO2 ta’ mhux aktar minn 1 % u

    b’kontenut ta’ Al2O3 ta’ mhux iktar minn 0,4 % skont il-piż u

    b’varjazzjoni fil-volum ta’ anqas minn 9 % f’1 700  °C

    1.1.-31.12.

    75 tunnellata

    0  %

    09.2628

    ex 7019 52 00

    10

    Xibka tal-ħġieġ minsuġa minn fibri tal-ħġieġ miksija bil-plastik, b’piż ta’ 120 gm/m2 (± 10 gm/m2), ta’ tip li jintuża fl-iskrins ta’ kontra n-nemus, li għandhom qafas fiss u li jistgħu jitgerrbu

    1.1.-31.12.

    3 000 000  m2

    0  %

    09.2799

    ex 7202 49 90

    10

    Ferro-kromju li fih 1,5 % jew aktar iżda mhux aktar minn 4 % tal-piż f’karbonju u mhux aktar minn 70 % ta’ kromju

    1.1.-31.12.

    50 000 tunnellata

    0  %

    09.2629

    ex 7616 99 90

    85

    Manku teleskopiku tal-aluminju għall-użu fil-manifattura tal-bagalji (1)

    1.1.-31.12.

    800 000 unità

    0  %

    09.2763

    ex 8501 40 80

    30

    Mutur kommutatur tal-elettriku AC, monofażi, b’rendiment ta’ aktar minn 750 W, u input enerġetiku ta’ aktar minn 1 600  W imma mhux aktar minn 2 700  W, dijametru estern ta’ aktar minn 120 mm (± 0,2 mm) imma mhux aktar minn 135 mm (± 0,2 mm), b’rata ta’ veloċità ta’ aktar minn 30 000 rpm imma mhux aktar minn 50 000 rpm, mgħammar b’ventilatur għall-ajra, għall-użu fil-produzzjoni tal-vacuum cleaners (1)

    1.1.-31.12.

    2 000 000 unità

    0  %

    09.2642

    ex 8501 40 80

    40

    Assemblaġġ, li jikkonsisti f’

    mutur kommutatur tal-elettriku AC, monofażi, b’rendiment ta’ 480 W jew aktar, iżda mhux aktar minn 1 400  W, u saħħa tal-input ta’ aktar minn 900 W imma mhux aktar minn 1 600  W, dijametru estern ta’ aktar minn 119,8 mm imma mhux aktar minn 135,2 mm u b’veloċità ratata ta’ aktar minn 30 000 rpm imma mhux aktar minn 50 000 rpm, u

    ventilatur għad-dħul tal-arja, għall-użu fil-manifattura tal-vacuum cleaners (1)

    1.1.-31.12.

    120 000 unità

    0  %

    09.2633

    ex 8504 40 82

    20

    Rettifikatur tal-elettriku, b’kapaċità ta’ mhux aktar minn 1 kVA, biex jintuża fil-manifattura ta’ apparat li jneħħi x-xagħar (1)

    1.1.-31.12.

    4 500 000 unità

    0  %

    09.2643

    ex 8504 40 82

    30

    Bords għall-provvista tal-enerġija għall-użu fil-manifattura ta’ oġġetti li jaqgħu taħt l-intestatura 8521  u 8528  (1)

    1.1.-31.12.

    1 038 000 unità

    0  %

    09.2620

    ex 8526 91 20

    20

    Muntaġġ għal sistema tal-GPS li għandha l-funzjoni li tiddetermina pożizzjoni

    1.1.-31.12.

    3 000 000 unità

    0  %

    09.2003

    ex 8543 70 90

    63

    Ġeneratur tal-frekwenzi kkontrollat bil-vultaġġ, li jikkonsisti f’elementi attivi u passivi mmuntati fuq ċirkwit stampat, miżmum f’qafas b’dimensjonijiet esterni ta’ mhux iktar minn 30 x 30 mm

    1.1.-31.12.

    1 400 000 unità

    0  %

    09.2635

    ex 9001 10 90

    20

    Fibri ottiċi għall-manifattura tal-kejbils magħmulin mill-fibri tal-ħġieġ taħt l-intestatura 8544  (1)

    1.1.-31.12.

    3 300 000  km

    0  %

    09.2631

    ex 9001 90 00

    80

    Lentijiet, priżmi u elementi nkullati għall-użu fil-manifattura ta’ prodotti tal-kodiċijiet NM 9002 , 9005 , 9013 10  u 9015  (1)

    1.1.-31.12.

    5 000 000 unità

    0  %


    (1)  Is-sospensjoni tad-dazji hija soġġetta għall-Artikoli 291 sa 300 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (ĠU L 253 11.10.1993, p. 1).

    (2)  Madankollu, il-miżura mhix permessa meta l-ipproċessar isir mill-impriżi tal-catering jew li jbigħu bl-imnut.”


    Top