Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012R0223

    Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 223/2012 tal- 14 ta’ Marzu 2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2003/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-fertilizzanti bl-għan li jiġu adottati l-Annessi I u IV għall-progress tekniku Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 75, 15.3.2012, p. 12–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 15/07/2022; Impliċitament imħassar minn 32019R1009

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/223/oj

    15.3.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 75/12


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 223/2012

    tal-14 ta’ Marzu 2012

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2003/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-fertilizzanti bl-għan li jiġu adottati l-Annessi I u IV għall-progress tekniku

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2003/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 2003 dwar il-fertilizzanti (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 31(1) u (3) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003 jistipula li fertilizzant li jagħmel parti minn tip ta' fertilizzant elenkat fl-Anness I mehmuż miegħu u li jikkonforma mal-kundizzjonijiet stipulati f'dak ir-Regolament jista' jissejjaħ fertilizzant tal-KE.

    (2)

    It-tipi ta' fertilizzanti mniżżla fl-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 2003/2003 jinkludu xi tipi li jistgħu jinbiegħu biss fil-forma ta trab fin, u tipi oħra li jistgħu wkoll jinbiegħu fil-forma ta' sospensjonijiet. Il-fertilizzanti fil-forma ta' sospensjonijiet jippreżentaw inqas riskju għas-saħħa tal-bdiewa meta jintużaw f'kundizzjonijiet li taħthom l-użu ta' trab fin ikun jirriżulta fit-teħid 'il ġewwa man-nifs ta' trabijiet. Biex jitnaqqas l-esponiment tal-bdiewa għat-trabijiet, l-alternattiva li jintużaw is-sospensjonijiet għandha tiġi estiża biex tinkludi t-tipi ta' fertilizzanti abbażi ta' mikronutrittivi tal-managaniż, waqt li l-medda ta' ingredjenti permessi fis-sospensjonijiet ta' fertilizzanti eżistenti ta' boron u ta' ram għandha wkoll tiġi estiża.

    (3)

    Ir-Regolament (KE) Nru 2003/2003 jipprevedi l-użu ta' aġenti kumplessanti bħala ingredjenti fil-fertilizzanti abbażi ta' mikronutrittivi. Madankollu, l-ebda fertilizzant mhu qed jiġi kklassifikat bħala fertilizzant tal-KE billi l-ebda lista ta' aġenti kumplessanti awtorizzati għadha ma ġiet stabbilita fl-Anness I ma' dak ir-Regolament u minħabba li ma hemm l-ebda deżinjazzjoni tat-tip għall-fertilizzanti li fihom l-aġenti komplessanti. Billi aġenti kumplessanti xierqa (imluħa tal-aċidu linjusulfoniku - minn issa ’l quddiem "LS") huma issa disponibbli, għandhom jiżdiedu mal-lista tal-aġenti kumplessanti awtorizzati u għandhom jinħolqu deżinjazzjonijiet ta' tip korrispondenti. Id-deżinjazzjonijiet attwali tat-tip għat-taħlitiet tal-fertilizzanti għandhom ukoll ikunu adattati biex jippermettu l-użu ta' aġenti kumplessanti, iżda kull taħlita ma għandux ikollha aktar minn aġent kumplessant wieħed biex ikunu ffaċilitati l-kontrolli uffiċjali.

    (4)

    Ir-regoli l-ġodda għat-taħlitiet u sospensjonijiet ta' mikronutrittivi jeħtieġu t-tikkettjar ta' dawn it-tipi ta' fertilizzanti. Madankollu, il-ħażniet ta' fertilizzanti ttikkettjati skont ir-regoli l-qodma għandhom jibqgħu jeżistu għal xi żmien. Il-manifatturi għandhom għalhekk jingħataw biżżejjed żmien biex iħejju tikketti ġodda u biex ibigħu l-istokkijiet eżistenti kollha.

    (5)

    Ir-Regolament (KE) Nru 2003/2003 jipprovdi sensiela ta' regoli għall-ittikkettjar ta' fertilizzanti abbażi ta' mikronutrittivi mħallta iżda ma jipprovdix għad-deżinjazzjonijiet korrispondenti tat-tip fl-Anness I tiegħu. Ir-Regolament (UE) Nru 137/2011 introduċa t-Tabella E.2.4 fit-Taqsima E.2 tal-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 2003/2003 li fiha d-dominazzjonijiet korrispondenti tat-tip u regoli aktar ċari għat-taħlitiet ta' fertilizzanti abbażi ta' mikronutrittivi. Madankollu, it-Tabella E.2.4 teħtieġ xi tagħrif dwar l-ittikkettjar, li f'ċerti każijiet ma jkunx konformi ma' dak mitlub mill-Artikoli 6(6) u 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003. It-Tabella E.2.4 għandha għalhekk tiġi emendata kif xieraq. Għandu jingħata perjodu tranżitorju biex jippermetti lill-operaturi ekonomiċi jadattaw għar-regoli l-ġodda u jbigħu l-ħażniet tagħhom ta' fertilizzati abbażi ta' mikronutrittivi.

    (6)

    L-aċidu-N,N'-di(2-idrossibenżil)etilendiammina-N,N' diaċetiku (minn issa ’l quddiem "HBED") huwa aġent organiku kelant (chelating) għall-mikronutrittivi. B'mod partikolari, il-ħadid kelati bl-HBED jintuża biex jagħmel tajjeb għan-nuqqasijiet ta' ħadid u biex jirrimedja l-klorożi ferriku għal varjetà kbira ta' siġar tal-frott. L-eliminazzjoni ta' klorożi ferriku u s-sintomi tiegħu jiżgura weraq aħdar, u tkabbir u żvilupp tajjeb tal-frott. Il-forma ta' ħadid kelat ta' HBED ġiet awtorizzata fil-Polonja bla ma tikkawża l-ebda ħsara għall-ambjent. L-HBED għalhekk għandu jiżdied mal-lista ta' aġenti organiċi kelanti għall-mikronutrittivi fl-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 2003/2003. Madankollu, huwa xieraq li jiġi stabbilit perjodu tranżitorju biex l-HBED jiġi awtorizzat wara l-pubblikazzjoni tan-norma EN korrispondenti.

    (7)

    Id-diċiandiammid/1,2,4 triażol (minn issa ’l quddiem “DCD/TZ”) u l-1,2,4 triażol/3-metilpirażol (minn issa ’l quddiem “TZ/MP”) huma inibituri ta' nitrifikazzjoni li jintużaw flimkien ma' fertilizzanti li fihom in-nitroġenu nutrijenti fil-forma ta' urea u/jew l-imluħa tal-ammonju. Dawn l-inibituri jtawwlu d-disponibbiltà ta' nitroġenu għall-uċuħ tar-raba, inaqqsu l-lissija tan-nitrati, u jnaqqsu l-emissjonijiet tal-ossidu tan-nitroġenu fl-atmosfera.

    (8)

    It-triammid N-(2-nitrofenil)fosforiku (minn issa ’l quddiem "2-NPT") huwa inibitur tal-ureżi magħmul għall-fertilizzanti tan-nitroġenu li fihom l-urea biex iżid id-disponibbiltà tan-nitroġenu għall-pjanti waqt li jnaqqas l-emissjonijiet tal-ammonja fl-atmosfera.

    (9)

    Id-DCD/TZ, it-TZ/MP u t-2-NPT intużaw fil-Ġermanja waqt li d-DCD/TZ u t-TZ/MP intużaw fir-Repubblika Ċeka għal ħafna snin fejn urew li kienu effiċjenti u li ma jagħmlu l-ebda ħsara għall-ambjent. Id-DCD/TZ, it-TZ/MP u t-2-NPT għandhom għalhekk jiżdiedu mal-lista tal-inibituri ta' nitrifikazzjoni u ta' ureżi awtorizzati fl-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 2003/2003 biex ikunu disponibbli fuq medda usa' għall-bdiewa madwar l-Unjoni kollha.

    (10)

    Ir-Regolament (KE) Nru 2003/2003 jitlob il-kontroll tal-fertilizzanti tal-KE b'konformità mal-metodi ta' teħid ta' kampjuni u ta' analiżi li huma deskritti fl-Anness IV tiegħu. Madankollu, xi wħud minn dawn il-metodi mhumiex rikonoxxuti internazzjonalment u għandhom jiġu sostitwiti minn standards EN żviluppati dan l-aħħar mill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni.

    (11)

    In-normi EN huma normalment ivvalidati permezz ta' tqabbil interlaboratorju biex jiġu kkwantifikati r-riproduttività u r-repetizzjoni tal-metodi analitiċi. Għalhekk għandha ssir distinzjoni bejn Standards EN ivvalidati u metodi mhux validati biex jiġu identifikati dawk l-Istandards EN li taw prova tal-affidabbiltà tal-istatistika.

    (12)

    Biex tiġi ssimplifikata l-leġiżlazzjoni u tiġi ffaċilitata reviżjoni fil-ġejjieni, huwa xieraq li t-test sħiħ tal-metodi analitiċi fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003 jiġi sostitwit b’referenzi għall-istandards EN li se jiġu ppubblikati mill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni.

    (13)

    Ir-Regolament (KE) Nru 2003/2003 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

    (14)

    Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Emendi

    1.   L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003 huwa emendat skont l-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

    2.   L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003 huwa emendat skont l-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dħul fis-seħħ

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Il-punti (1)(a), (b)(i), (c)(i), (c)(ii), (d)(i), (e)(i), (f)(i) u l-punt (2) tal-Anness I għandhom japplikaw sal-4 ta' April 2013.

    L-annotazzjoni 11 tal-punt (3) tal-Anness I għandha tapplika mill-4 ta' Lulju 2012.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Marzu 2012.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    José Manuel BARROSO


    (1)  ĠU L 304, 21.11.2003, p. 1.


    ANNESS I

    L-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 2003/2003 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    It-Taqsima E.1 hija emendata kif ġej:

    (a)

    Fit-Taqsima E.1.1, l-annotazzjoni 1f tinbidel b’dan li ġej:

    "1f

    Fertilizzant li fih il-borat f'sospensjoni

    Prodott miksub permezz tas-sospensjoni tat-tipi 1a u/jew 1b u/jew 1c u/jew 1d fl-ilma

    2 % tat-total ta' B

    Id-deżinjazzjoni għandha tinkludi l-isem tal-kostitwenti preżenti

    total ta' boron (B)

    Boron li jinħall fl-ilma (B) jekk preżenti"

    (b)

    It-Taqsima E.1.2 hija emendata kif ġej:

    (i)

    l-annotazzjoni 2c tinbidel b'dan li ġej:

    "2c

    Taħlita fertilizzanti tal-kobalt

    Soluzzjoni tal-ilma ta' tipi 2a u/jew tipi 2b jew 2d

    2 % ta’ Co li jinħall fl-ilma

    Meta t-tipi 2a u 2d jitħalltu, il-frazzjoni kumplessata għandha tkun ta' mill-inqas 40 % tas-CO li jinħall fl-ilma

    Id-deżinjazzjoni għandha tinkludi:

    (1)

    l-isem/ismijiet tal-anjonu/i minerali, jekk preżenti

    (2)

    l-isem ta' kwalunkwe aġent kelant awtorizzat li jikkela minn tal-inqas 1 % tal-kobalt li jinħall fl-ilma, jekk dan ikun preżenti, u li jista' jkun identifikat u kwantifikat minn standard Ewropew

    jew

    l-isem tal-aġent kumplessant awtorizzat li jista' jiġi identifikat minn standard Ewropew, jekk preżenti

    Kobalt li jinħall fl-ilma (Co)

    Kobalt (Co) kelat minn kull aġent kelant awtorizzat li jikkela minn tal-inqas 1 % tal-kobalt li jinħall fl-ilma u li jista' jkun identifikat u kwantifikat minn standard Ewropew

    Kobalt (Co) kumplessat bl-aġent kumplessanti awtorizzat li jista' jiġi identifikat minn Standard Ewropew

    Fakultattiv: total ta' kobalt (Co) kelat minn aġent(i) kelant(i) awtorizzat(i)"

    (ii)

    tiżdied l-annotazzjoni 2d li ġejja:

    "2d

    Kumpless tal-Kobalt

    Prodott li jinħall fl-ilma li fih il-kobalt imħallat kimikament ma' aġent kumplessant awtorizzat

    5 % tas-Co li jinħall fl-ilma u l-frazzjoni kumplessata għandha tkun ta' mill-inqas 80 % tal-kobalt li jinħall fl-ilma

    Id-deżinjazzjoni trid tinkludi l-isem tal-aġent kumplessant awtorizzat li jista' jiġi identifikat minn standard Ewropew

    Kobalt (Co) li jinħall fl-ilma

    Total ta' kobalt (Co) kumplessat"

    (c)

    It-Taqsima E.1.3 hija emendata kif ġej:

    (i)

    l-annotazzjoni 3f tinbidel b'dan li ġej:

    "3f

    Taħlita fertilizzanti tar-ram

    Soluzzjoni tal-ilma ta' tipi 3a u/jew tipi 3d jew 3i

    2 % ta’ Cu li jinħall fl-ilma

    Meta t-tipi 3a u 3i jitħalltu, il-frazzjoni kumplessata għandha tkun ta' mill-inqas 40 % tas-Cu li jinħall fl-ilma

    Id-deżinjazzjoni għandha tinkludi:

    (1)

    l-isem/ismijiet tal-anjonu/i minerali, jekk preżenti

    (2)

    l-isem ta' kwalunkwe aġent kelant awtorizzat li jikkela minn tal-inqas 1 % tar-ram li jinħall fl-ilma, jekk dan ikun preżenti, li jista' jkun identifikat u kwantifikat minn standard Ewropew

    jew

    l-isem tal-aġent kumplessant awtorizzat li jista' jiġi identifikat minn standard Ewropew

    Ram li jinħall fl-ilma (Cu)

    Ram (Cu) kelat minn kull aġent kelant awtorizzat li jikkela minn tal-inqas 1 % tar-ram li jinħall fl-ilma u li jista' jkun identifikat u kwantifikat minn standard Ewropew

    Kobalt (Cu) kumplessat bl-aġent kumplessant awtorizzat li jista' jiġi identifikat minn Standard Ewropew

    Fakultattiv: Total ta' ram (Cu) kelat minn aġent(i) kelant(i) awtorizzat(i)"

    (ii)

    l-annotazzjoni 3h tinbidel b'dan li ġej:

    "3h

    Fertilizzant tar-ram f'sospensjoni

    Prodott miksub permezz tas-sospensjoni tat-tipi 3a u/jew 3b u/jew 3c u/jew 3d u/jew 3g fl-ilma

    17 % tat-total ta' Cu

    Id-deżinjazzjoni għandha tinkludi:

    1)

    l-isem/ismijiet tal-anjoni, jekk preżenti

    2)

    l-isem ta' kwalunkwe aġent kelant awtorizzat li jikkela minn tal-inqas 1% tar-ram li jinħall fl-ilma, jekk dan ikun preżenti, u li jista' jkun identifikat u kwantifikat minn standard Ewropew

    Total ta' ram (Cu)

    Ram li jinħall fl-ilma (Cu) jekk preżenti

    Ram (Cu) kelat minn kull aġent kelant awtorizzat li jikkela minn tal-inqas 1 % tar-ram li jinħall fl-ilma u li jista' jkun identifikat u kwantifikat minn standard Ewropew"

    (iii)

    tiżdied l-annotazzjoni 3i li ġejja:

    "3i

    Kumpless tar-ram

    Prodott li jinħall fl-ilma li fih ir-ram imħallat kimikament ma' aġent kumplessant awtorizzat

    5 % tas-Cu li jinħall fl-ilma u l-frazzjoni kumplessata għandha tkun ta' mill-inqas 80 % tar-ram li jinħall fl-ilma

    Id-deżinjazzjoni trid tinkludi l-isem tal-aġent kumplessant awtorizzat li jista' jiġi identifikat minn standard Ewropew

    Ram li jinħall fl-ilma (Cu)

    Total ta' ram (Cu) kumplessat"

    (d)

    It-Taqsima E.1.4 hija emendata kif ġej:

    (i)

    l-annotazzjoni 4c tinbidel b'dan li ġej:

    "4c

    Taħlita fertilizzanti tal-ħadid

    Soluzzjoni tal-ilma ta' tipi 4a u/jew tipi 4b jew 4d

    2 % ta' Fe li jinħall fl-ilma

    Meta t-tipi 4a u 4d jitħalltu, il-frazzjoni kumplessata għandha tkun ta' mill-inqas 40 % tal-Fe li jinħall fl-ilma

    Id-deżinjazzjoni għandha tinkludi:

    (1)

    l-isem/ismijiet tal-anjonu/i minerali, jekk preżenti;

    (2)

    l-isem ta' kwalunkwe aġent kelant awtorizzat li jikkela minn tal-inqas 1 % tal-ħadid li jinħall fl-ilma, jekk preżenti, u li jista' jiġi identifikat u kwantifikat minn standard Ewropew;

    jew

    l-isem tal-aġent kumplessant awtorizzat li jista' jiġi identifikat minn standard Ewropew

    Ħadid li jinħall fl-ilma (Fe)

    Ħadid (Fe) kelat minn kull aġent kelant awtorizzat li jikkela minn tal-inqas 1 % tal-ħadid li jinħall fl-ilma u li jista' jiġi identifikat u kwantifikat minn standard Ewropew

    Ħadid (Fe) kumplessat bl-aġent kumplessant awtorizzat li jista' jiġi identifikat minn Standard Ewropew

    Fakultattiv: total ta' ħadid (Fe) kelat minn aġent(i) kelant(i) awtorizzat(i)"

    (ii)

    tiżdied l-annotazzjoni 4d li ġejja:

    "4d

    Kumpless tal-ħadid

    Prodott li jinħall fl-ilma li fih il-ħadid imħallat kimikament ma' aġent kumplessant awtorizzat

    5 % tal-Fe li jinħall fl-ilma u l-frazzjoni kumplessa għandha tkun ta' mill-inqas 80 % tal-ħadid li jinħall fl-ilma

    Id-deżinjazzjoni trid tinkludi l-isem tal-aġent kumplessant awtorizzat li jista' jiġi identifikat minn standard Ewropew

    Ħadid li jinħall fl-ilma (Fe)

    Total ta' ħadid (Fe) kumplessat"

    (e)

    It-Taqsima E.1.5 hija emendata kif ġej:

    (i)

    l-annotazzjoni 5e tinbidel b'dan li ġej:

    "5e

    Taħlita fertilizzanti tal-manganiż

    Soluzzjoni tal-ilma ta' tipi 5a u/jew tipi 5b jew 5g

    2% ta’ Mn li jinħall fl-ilma

    Meta t-tipi 5a u 5g jitħalltu, il-frazzjoni kumplessata għandha tkun ta' mill-inqas 40 % tal-Mn li jinħall fl-ilma

    Id-deżinjazzjoni għandha tinkludi:

    (1)

    l-isem/ismijiet tal-anjonu/i minerali, jekk preżenti;

    (2)

    l-isem ta' kwalunkwe aġent kelant awtorizzat li jikkela minn tal-inqas 1 % tal-manganiż li jinħall fl-ilma, jekk preżenti, u li jista' jiġi identifikat u kwantifikat minn standard Ewropew;

    jew

    l-isem tal-aġent kumplessant awtorizzat li jista' jiġi identifikat minn standard Ewropew

    Manganiż li jinħall fl-ilma (Mn)

    Manganiż (Mn) kelat minn kull aġent kelant awtorizzat li jikkela minn tal-inqas 1 % tal-manganiż li jinħall fl-ilma u li jista' jiġi identifikat u kwantifikat minn standard Ewropew

    Manganiż (Mn) kumplessat bl-aġent kumplessant awtorizzat li jista' jiġi identifikat minn Standard Ewropew

    Fakultattiv: totali ta' manganiż (Mn) kelat minn aġent(i) kelant(i) awtorizzat(i)"

    (ii)

    jiżdiedu l-annotazzjonijiet 5f u 5g li ġejjin:

    "5f

    Fertilizzant tal-manganiż f'sospensjoni

    Prodott miksub permezz tas-sospensjoni tat-tipi 5a u/jew 5b u/jew 5c fl-ilma

    17 % tat-total ta' Mn

    Id-deżinjazzjoni għandha tinkludi:

    (1)

    l-isem/ismijiet tal-anjoni, jekk preżenti;

    (2)

    l-isem ta' kwalunkwe aġent kelant awtorizzat li jikkela minn tal-inqas 1 % tal-manganiż li jinħall fl-ilma, jekk preżenti, u li jista' jiġi identifikat u kwantifikat minn standard Ewropew

    Total ta' manganiż (Mn)

    Manganiż li jinħall fl-ilma (Mn) jekk preżenti

    Manganiż (Mn) kelat minn kull aġent kelant awtorizzat li jikkela minn tal-inqas 1 % tal-manganiż li jinħall fl-ilma u li jista' jiġi identifikat u kwantifikat minn standard Ewropew

    5g

    Kumpless tal-manganiż

    Prodott li jinħall fl-ilma li fih il-manganiż imħallat kimikament ma' aġent kumplessant awtorizzat

    5 % tal-Mn li jinħall fl-ilma u l-frazzjoni kumplessata għandha tkun ta' mill-inqas 80 % tal-manganiż li jinħall fl-ilma

    Id-deżinjazzjoni trid tinkludi l-isem tal-aġent kumplessant awtorizzat li jista' jiġi identifikat minn standard Ewropew

    Manganiż li jinħall fl-ilma (Mn)

    Total ta' manganiż (Mn) kumplessat"

    (f)

    It-Taqsima E.1.7 hija emendata kif ġej:

    (i)

    l-annotazzjoni 7 tinbidel b'dan li ġej:

    "7e

    Taħlita fertilizzanti taż-żingu

    Soluzzjoni tal-ilma ta' tipi 7a u/jew tipi 7b jew 7g

    2% ta’ Zn li jinħall fl-ilma

    Meta t-tipi 7a u 7g jitħalltu, il-frazzjoni kumplessata għandha tkun ta' mill-inqas 40 % taz-Zn li jinħall fl-ilma

    Id-deżinjazzjoni għandha tinkludi:

    (1)

    l-isem/ismijiet tal-anjonu/i minerali, jekk preżenti;

    (2)

    l-isem ta' kwalunkwe aġent kelant awtorizzat li jikkela minn tal-inqas 1 % taż-żingu li jinħall fl-ilma, jekk dan ikun preżenti, u li jista' jiġi identifikat u kwantifikat minn standard Ewropew;

    jew

    l-isem tal-aġent kumplessant awtorizzat li jista' jiġi identifikat minn standard Ewropew

    Żingu li jinħall fl-ilma (Zn)

    Żingu (Zn) kelat minn kull aġent kelant awtorizzat li jikkela minn tal-inqas 1 % taż-żingu li jinħall fl-ilma u li jista' jkun identifikat u kwantifikat minn standard Ewropew

    Żingu (Zn) kumplessat bl-aġent kumplessant awtorizzat li jista' jiġi identifikat minn Standard Ewropew

    Fakultattiv: totali ta' żingu (Zn) kelat minn aġent(i) kelant(i) awtorizzat(i)"

    (ii)

    tiżdied l-annotazzjoni 7g li ġejja:

    “7g

    Kumpless taż-żingu

    Prodott li jinħall fl-ilma li fih iż-żingu imħallat kimikament ma' aġent kumplessant awtorizzat

    5 % taż-żingu li jinħall fl-ilma u l-frazzjoni kumplessata għandha tkun ta' mill-inqas 80 % taż-żingu li jinħall fl-ilma

    Id-deżinjazzjoni trid tinkludi l-isem tal-aġent kumplessant awtorizzat li jista' jiġi identifikat minn standard Ewropew

    Żingu li jinħall fl-ilma (Zn)

    Total ta' żingu (Zn)”

    (2)

    Fit-Taqsima E.2, it-Tabella E.2.4 tinbidel b’dan li ġej:

    “Nru

    Deżinjazzjoni tat-tip

    Dejta dwar il-metodu ta’ produzzjoni u r-rekwiżiti essenzjali

    Kontenut minimu ta’ nutrittivi (perċentwali skont il-piż)

    Dejta dwar l-espressjoni tan-nutrittivi

    Rekwiżiti oħra

    Dejta oħra dwar id-deżinjazzjoni tat-tip

    Kontenut tan-nurittivi li għandu jiġi ddikjarat

    Forom u solubilitajiet tal-mikronutrittivi

    Kriterji oħra

    1

    2

    3

    4

    5

    6

    1

    Taħlita ta' mikronutrittivi

    Prodott miksub permezz ta' taħlita ta' żewġ tipi E.1 jew aktar ta' fertilizzanti jew miksub billi jinħallu jew permezz ta' sospensjoni ta' żewġ tipi E.1 jew aktar ta' fertilizzanti fl-ilma

    (1)

    5 % ta' kontenut total għal taħlita solida

    jew

    (2)

    2 % ta' kontenut total għal taħlita solida

    Mikronutrittivi individwali skont it-Taqsima E.2.1

    Isem ta' kull mikronutrittiv u s-simbolu kimiku tiegħu elenkat f'ordni alfabetika tas-simboli kimiċi tagħhom segwit mill-isem/ismijiet tal-kontrajonju/i) tiegħu eżatt wara d-deżinjazzjoni tat-tip.

    Kontenut totali ta' kull mikronutrittiv espress bħala perċentwal tal-fertilizzant bil-massa, għajr meta mikronutrittiv jinħall totalment fl-ilma.

    Il-kontenut li jinħall fl-ilma ta' kull mikronutrittiv, espress bħala perċentwali tal-fertilizzant bil-massa, meta l-kontenut li jinħall ikun għall-inqas nofs il-kontenut totali. Meta l-mikronutrittiv jinħall kompletament fl-ilma, għandu jiġi ddikjarat il-kontenut li jinħall fl-ilma biss.

    Meta mikronutrittiv ikun mgħaqqad kimikament ma' molekola organika, il-mikronutrittiv għandu jiġi ddikjarat minnufih wara l-kontenut li jinħall fl-ilma bħala perċentwali tal-fertilizzant bil-massa, segwit minn wieħed mit-termini "kelat bi", jew "kumplessat bi", bl-isem ta' kull aġent kelant jew kumplessant awtorizzat kif imfisser fit-taqsima E.3. L-isem tal-molekola organika jista' jinbidel bl-inizjali tagħha.

    L-istqarrija li ġejja hija indikata taħt id-dikjarazzjonijiet obbligatorji jew fakultattivi: "Jintuża biss meta jkun hemm ħtieġa rikonuxxuta. Teċċedix ir-rati ta' doża xierqa." ”

    (3)

    It-Taqsima E.3.1tinbidel b' dan li ġej:

    "E.3.1.   Aġenti kelanti (1)

    Aċidi, jew imluħ tas-sodju, tal-potassju jew tal-ammonju ta':

    Nru

    Deżinjazzjoni

    Deżinjazzjoni alternattiva

    Formula kimika

    In-numru CAS tal-aċidu (2)

    1

    Aċidu etilendjamminatetraaċetiku

    EDTA

    C10H16O8N2

    60-00-4

    2

    aċidu 2-idrossietilethilenedjamminatriaċetiku

    HEEDTA

    C10H18O7N2

    150-39-0

    3

    aċidu dietilenetriamminapentaaċetiku

    DTPA

    C14H23O10N3

    67-43-6

    4

    aċidu etilenedjammina-N,N’-di[(orto-idrossifenil)aċetiku]

    [o,o] EDDHA

    C18H20O6N2

    1170-02-1

    5

    aċidu etilenedjammina-N-[(orto-idrossiyfenil)aċetiku]- aċidu N’-[(para-idrossifenil)aċetiku]

    [o,p] EDDHA

    C18H20O6N2

    475475-49-1

    6

    aċidu etilenedjammina-N,N’-di[(orto-idrossi-metilfenil)aċetiku]

    [o,o] EDDHMA

    C20H24O6N2

    641632-90-8

    7

    aċidu etilenedjammina-N-[(orto-idrossi-metilfenil)aċetiku]- aċidu N’-[(para-idrossi-metilfenil)aċetiku]

    [o,p] EDDHMA

    C20H24O6N2

    641633-41-2

    8

    aċidu etilenedjammina-N,N’-di[(5-karbossi-2-idrossifenil)aċetiku]

    EDDCHA

    C20H20O10N2

    85120-53-2

    9

    aċidu etilenedjammina-N,N’-di[(2-idrossi-5-sulfofenil)aċetiku] u l-prodotti ta’ kondensazzjoni tiegħu

    EDDHSA

    C18H20O12N2S2 + n*(C12H14O8N2S)

    57368-07-7 u 642045-40-7

    10

    Aċidu iminodisuċċiniku

    IDHA

    C8H11O8N

    131669-35-7

    11

    aċidu N,N'-di(2-idrossibenżil)etilenedjammina-N,N'-djaċetiku

    HBED

    C20H24N2O6

    35998-29-9

    (1)  L-aġenti kelanti għandhom jiġu identifikati u kwantifikati mill-Istandards Ewropej li jkopru l-aġenti kelanti msemmija.”"

    (4)

    It-Taqsima E.3.2 tinbidel b'dan li ġej:

    "E.3.2.   Aġenti kumplessanti (3)

    L-aġenti kumplessanti li ġejjin huma biss permessi fi prodotti għall-fertigazzjoni u/jew għall-applikazzjoni fuq il-weraq, għajr għaz-Zn linjusulfonat, l-Fe linjusulfonat, is-Cu linjusulfonat u l-Mn linjusulfonat li jistgħu jiġu applikati direttament lill-ħamrija.

    Aċidi, jew imluħa tas-sodju, tal-potassju jew tal-ammonju ta':

    Nru

    Deżinjazzjoni

    Deżinjazzjoni alternattiva

    Formula kimika

    In-numru CAS tal-aċidu (4)

    1

    Aċidu linjusulfoniku

    LS

    L-ebda formula kimika disponibbli

    8062-15-5

    (3)  L-aġenti kumplessanti għandhom jiġu identifikati mill-Istandards Ewropej li jkopru l-aġenti kumplessanti msemmija.”"

    (5)

    Fit-Taqsima F.1, jiżdiedu l-annotazzjonijiet li ġejjin:

    "2

    Prodott li fih id-dicyandiamide (DCD) u l-1,2,4-triażol (TZ)

    EC# EINECS No 207-312-8

    EC# EINECS No 206-022-9

    Minimu 2,0

    Massimu 4,0

     

    Il-proporzjon tat-taħlita 10:1

    (DCD:TZ)

    3

    Prodott li fih il-1,2,4-triażol (TZ) u t-3-metilpirażol (MP)

    EC# EINECS No 206-022-9

    EC# EINECS No 215-925-7

    Minimu 0,2

    Massimu 1,0

     

    Il-proporzjon tat-taħlita 2:1

    (TZ:MP)"

    (6)

    Fit-Taqsima F.2, tiżdied l-annotazzjoni li ġejja:

    “2

    triammid N-(2-nitrofenil)fosforiku (2-NPT)

    EC# EINECS No 477-690-9

    Minimu 0,04

    Massimu 0,15”

     

     


    (2)  Għat-tagħrif biss.

    (4)  Għat-tagħrif biss.


    ANNESS II

    It-Taqsima B tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003 hija emendata kif ġej:

    (1)

    Il-metodi 3.1.1 sa 3.1.4 jinbidlu b'dan li ġej:

    "Metodu 3.1.1

    Estrazzjoni tal-fosfru li jinħall f’aċidi minerali

    EN 15956: Fertilizzanti — Estrazzjoni tal-fosfru li jinħall f’aċidi minerali

    Lil dan il-metodu ta’ analiżi sarlu t-test taċ-ċirku.

    Metodu 3.1.2

    Estrazzjoni tal-fosfru li jinħall fi 2 % ta' aċidu formiku

    EN 15919: Fertilizzanti — Estrazzjoni tal-fosfru li jinħall fi 2 % ta' aċidu formiku

    Lil dan il-metodu ta’ analiżi ma sarlux it-test taċ-ċirku.

    Metodu 3.1.3

    Estrazzjoni tal-fosfru li jinħall fi 2 % ta' aċidu ċitriku

    EN 15920: Fertilizzanti — Estrazzjoni tal-fosfru li jinħall fi 2 % ta' aċidu ċitriku

    Lil dan il-metodu ta’ analiżi ma sarlux it-test taċ-ċirku.

    Metodu 3.1.4

    Estrazzjoni tal-fosfru li jinħall fiċ-ċitrat tal-ammonju newtrali

    EN 15957: Fertilizzanti — Estrazzjoni tal-fosfru li jinħall fiċ-ċitrat tal-ammonju newtrali

    Lil dan il-metodu ta’ analiżi sarlu t-test taċ-ċirku.”

    (2)

    Il-metodi 3.1.5.1 sa 3.1.5.3 jinbidlu b'dan li ġej:

    "Metodu 3.1.5.1

    Estrazzjoni tal-fosfru li jinħall skont Petermann f'65 °C

    EN 15921: Fertilizzanti — Estrazzjoni tal-fosfru skont Petermann f'65 °C

    Lil dan il-metodu ta’ analiżi ma sarlux it-test taċ-ċirku.

    Metodu 3.1.5.2

    Estrazzjoni tal-fosfru li jinħall f'temperatura ambjentali skont Petermann

    EN 15922: Fertilizzanti — Estrazzjoni tal-fosfru f'temperatura ambjentali skont Petermann

    Lil dan il-metodu ta’ analiżi ma sarlux it-test taċ-ċirku.

    Metodu 3.1.5.3

    Estrazzjoni tal-fosfru li jinħall fiċ-ċitrat tal-ammonju alkalin Joulie

    EN 15923: Fertilizzanti — Estrazzjoni tal-fosfru fiċ-ċitrat tal-ammonju alkalin Joulie

    Lil dan il-metodu ta’ analiżi ma sarlux it-test taċ-ċirku.”

    (3)

    Il-Metodu 3.1.6 jinbidel b’dan li ġej:

    "Metodu 3.1.6

    Estrazzjoni tal-fosfru li jinħall fl-ilma

    EN 15958: Fertilizzanti — Estrazzjoni tal-fosfru li jinħall fl-ilma

    Lil dan il-metodu ta’ analiżi sarlu t-test taċ-ċirku.”

    (4)

    Il-Metodu 3.2 jinbidel b'dan li ġej:

    “Metodu 3.2

    Kalkolu tal-fosfru estratt

    EN 15959: Fertilizzanti — Kalkolu tal-fosfru estratt

    Lil dan il-metodu ta’ analiżi sarlu t-test taċ-ċirku.”

    (5)

    Il-metodi 7.1 u 7.2 jinbidlu b’dan li ġej:

    “Metodu 7.1

    Kalkolu ta’ kemm tkun fina t-taħna (proċedura xotta)

    EN 15928: Fertilizzanti — Kalkolu ta’ kemm tkun fina t-taħna (proċedura xotta)

    Lil dan il-metodu ta’ analiżi ma sarlux it-test taċ-ċirku.

    Metodu 7.2

    Kalkolu tal-finezza għat-taħna ta’ fosfati naturali rotob

    EN 15924: Fertilizzanti — Kalkolu tal-finezza għat-taħna ta’ fosfati naturali rotob

    Lil dan il-metodu ta’ analiżi ma sarlux it-test taċ-ċirku. ”

    (6)

    Il-punti 8.1 sa 8.5 jinbidlu b'dan li ġej:

    “Metodu 8.1

    Estrazzjoni tat-total ta' kalċju, total ta' manjeżju, total ta' sodju u t-total ta' kubrit fl-għamliet ta' sulfati

    EN 15960: Fertilizzanti — Estrazzjoni tat-total ta' kalċju, total ta' magneżju, total ta' sodju u t-total ta' kubrit fl-għamliet ta’ sulfati

    Lil dan il-metodu ta’ analiżi ma sarlux it-test taċ-ċirku.

    Metodu 8.2

    Estrazzjoni tat-total ta' kubrit preżenti f’diversi għamliet

    EN 15925: Fertilizzanti — Estrazzjoni tat-total ta' kubrit preżenti f’diversi għamliet

    Lil dan il-metodu ta’ analiżi ma sarlux it-test taċ-ċirku.

    Metodu 8.3

    Estrazzjoni tal-kalċju, il-manjeżju, is-sodju u l-kubrit li jinħallu fl-ilma (fil-għamla ta’ sulfati)

    EN 15961: Fertilizzanti — Estrazzjoni tal-kalċju, il-manjeżju, is-sodju u l-kubrit li jinħallu fl-ilma (fl-għamla ta' sulfati)

    Lil dan il-metodu ta’ analiżi ma sarlux it-test taċ-ċirku.

    Metodu 8.4

    Estrazzjoni tal-kubrit li jinħall fl-ilma meta l-kubrit ikun f’diversi għamliet

    EN 15926: Fertilizzanti — Estrazzjoni tal-kubrit li jinħall fl-ilma meta l-kubrit ikun f’diversi għamliet

    Lil dan il-metodu ta’ analiżi ma sarlux it-test taċ-ċirku.

    Metodu 8.5

    Estrazzjoni u kalkolu tal-kubrit elementali

    EN 16032: Fertilizzanti — Estrazzjoni u kalkolu tal-kubrit elementali

    Lil dan il-metodu ta’ analiżi ma sarlux t-test taċ-ċirku.”

    (7)

    Jiddaħħal il-metodu 8.11 li ġej:

    “Metodu 8.11

    Kalkolu ta' kalċju u ta' format fil-format tal-kalċju

    EN 15909: Fertilizzanti — Kalkolu ta' kalċju u ta' format fil-fertilizzanti tal-kalċju għall-weraq

    Lil dan il-metodu ta’ analiżi sarlu t-test taċ-ċirku.”

    (8)

    Il-Metodu 11.3 qed jinbidel b'dan li ġej:

    “Metodu 11.3

    Kalkolu ta’ ħadid ikkelat minn o,o-EDDHA, o,o-EDDHMA u HBED

    EN 13368-2: Fertilizzanti — Kalkolu ta’ aġenti kelanti fil-fertilizzanti mill-kromatografija. Parti 2: Kalkolu ta’ Fe li jikkela minn o,o-EDDHA, o,o-EDDHMA u HBED permezz ta' kromatografija li topera b’par jonji (ion pair-chromatography).

    Lil dan il-metodu ta’ analiżi sarlu t-test taċ-ċirku.”

    (9)

    Jiddaħħlu l-metodi 11.6, 11.7 u 11.8 li ġejjin:

    “Metodu 11.6

    Kalkolu ta' IDHA

    EN 15950: Fertilizzanti — Kalkolu ta' aċidu N-(1,2-dikarbossietil)-D,L-aspartiku (aċidu iminodisuċċiniku, IDHA) permezz ta' kromatografija b'fażi likwida ta' rendiment għoli (HPLC)

    Lil dan il-metodu ta’ analiżi sarlu test taċ-ċirku.

    Metodu 11.7

    Kalkolu ta' linjusulfonati

    EN 16109: Fertilizzanti — Kalkolu ta' joni mikronutrittivi kumplessati fil-fertilizzanti — Identifikazzjoni ta' linjusulfonati

    Lil dan il-metodu ta’ analiżi sarlu test taċ-ċirku.

    Metodu 11.8

    Kalkolu tal-kontenut mikronutrittiv kumplessat u tal-frazzjoni kumnplessata tal-mikronutrittivi

    EN 15962: Fertilizzanti — Kalkolu tal-kontenut mikronutrittiv kumplessat u tal-frazzjoni kumplessata ta' mikronutrittivi

    Lil dan il-metodu ta’ analiżi sarlu t-test taċ-ċirku.”

    (10)

    Jiddaħħlu l-metodi 12.3, 12.4 u 12.5 li ġejjin:

    “Metodu 12.3

    Kalkolu ta' 3-metilpirażol

    EN 15905: Fertilizzanti — Kalkolu ta' 3-metilpirażol (MP) permezz ta' kromatografija b'fażi likwida ta' rendiment għoli (HPLC)

    Lil dan il-metodu ta’ analiżi sarlu test taċ-ċirku.

    Metodu 12.4

    Kalkolu ta' TZ

    EN 16024: Fertilizzanti — Kalkolu ta' 1H,1,2,4-triażol fl-urea u fil-fertilizzanti li fihom l-urea — Metodu li jagħmel użu minn kromatografija b'fażi likwida ta' rendiment għoli (HPLC)

    Lil dan il-metodu ta’ analiżi sarlu test taċ-ċirku.

    Metodu 12.5

    Kalkolu ta' 2-NPT

    EN 16075: Fertilizzanti — Kalkolu ta' triammid N-(2-nitrofenil)fosforiku (2-NPT) fl-urea u l-fertilizzanti li fihom l-urea — Metodu li jagħmel użu minn kromatografija b'fażi likwida ta' rendiment għoli (HPLC)

    Lil dan il-metodu ta’ analiżi sarlu t-test taċ-ċirku.”


    Top