This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012D0768
Council Decision 2012/768/CFSP of 9 March 2012 on the signing and conclusion of the Agreement between the European Union and the former Yugoslav Republic of Macedonia establishing a framework for the participation of the former Yugoslav Republic of Macedonia in European Union crisis management operations
Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/768/PESK tad- 9 ta’ Marzu 2012 dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja li jistabbilixxi qafas għall-parteċipazzjoni ta’ dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja f’operazzjonijiet tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżijiet
Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/768/PESK tad- 9 ta’ Marzu 2012 dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja li jistabbilixxi qafas għall-parteċipazzjoni ta’ dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja f’operazzjonijiet tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżijiet
ĠU L 338, 12.12.2012, p. 1–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/768/oj
Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/768/PESK tad- 9 ta’ Marzu 2012 dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja li jistabbilixxi qafas għall-parteċipazzjoni ta’ dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja f’operazzjonijiet tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżijiet - Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja li jistabbilixxi qafas għall-parteċipazzjoni ta’ dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja f’operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għall-immaniġġar ta’ kriżijiet
Official Journal L 338 , 12/12/2012 P. 0001 - 0010
Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/768/PESK tad- 9 ta’ Marzu 2012 dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja li jistabbilixxi qafas għall-parteċipazzjoni ta’ dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja f’operazzjonijiet tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżijiet IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu, Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 218(5) u (6) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà ("RGħ"), Billi: (1) Il-kondizzjonijiet rigward il-parteċipazzjoni ta’ Stati terzi f’operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għall-immaniġġar ta’ kriżijiet għandhom ikunu stipulati fi ftehim li jistabbilixxi qafas għal tali parteċipazzjoni possibbli fil-futur, pjuttost minn definizzjoni każ b’każ rigward dawk il-kondizzjonijiet għal kull operazzjoni kkonċernata. (2) Wara l-adozzjoni ta’ Deċiżjoni mill-Kunsill fis- 26 ta’ April 2010 li tawtorizza l-ftuħ tan-negozjati, ir-RGħ nnegozja ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja li jistabbilixxi qafas għall-parteċipazzjoni ta’ dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja f’operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għall-immaniġġar ta’ kriżijiet ("il-Ftehim"). (3) Il-Ftehim għandu jiġi approvat, ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja li jistabbilixxi qafas għall-parteċipazzjoni ta’ dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja fl-operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea tal-immaniġġar ta’ kriżijiet ("il-Ftehim") huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni. It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat li jinnomina l-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim sabiex tintrabat l-Unjoni. Artikolu 3 Il-President tal-Kunsill, f’isem l-Unjoni, għandu jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 16(1) tal-Ftehim. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha. Magħmul fi Brussell, id- 9 ta’ Marzu 2012. Għall-Kunsill Il-President I. Auken -------------------------------------------------- +++++ TIFF +++++ COUNCIL OF THE EUROPEAN UNION Brussels, 29 October 2012 H.E. Mr. Nikola POPOSKI, Minister of Foreign Affairs of the former Yugoslav Republic of Macedonia. Sir, I have the honour to propose that, if it is acceptable to your Government, this letter and your confirmation shall together take the place of signature of the Agreement between the European Union and the former Yugoslav Republic of Macedonia establishing a framework for the participation of the former Yugoslav Republic of Macedonia in European Union crisis management operations. The text of the aforementioned Agreement, herewith annexed, has been approved for signature and conclusion, on behalf of the European Union, by a decision of the Council of the European Union on 9 March 2012 and is, consequently, binding on the Union. Pending its entry into force, this Agreement, in accordance with its Article 16.2, shall be provisionally applied from today’s date. Please accept, Sir, the assurance of my highest consideration. For the European Union +++++ TIFF +++++ Pierre Vimont Executive Secretary General European External Action Service Encl. 175 Rue de la Loi, 1048 Brussels, Belgium -------------------------------------------------- TRADUZZJONI Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja li jistabbilixxi qafas għall-parteċipazzjoni ta’ dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja f’operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għall-immaniġġar ta’ kriżijiet L-UNJONI EWROPEA minn naħa waħda, u DIK LI KIENET IR-REPUBBLIKA JUGOSLAVA TAL-MAĊEDONJA min-naħa l-oħra, minn hawn ’il quddiem imsejħin il-"Partijiet", BILLI: (1) L-Unjoni Ewropea tista’ tiddeċiedi li tieħu azzjoni fil-qasam tal-immaniġġar ta’ kriżijiet. (2) L-Unjoni Ewropea għandha tiddeċiedi jekk Stati terzi jkunux mistiedna jipparteċipaw f’operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżijiet. Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja tista’ taċċetta l-istedina tal-Unjoni Ewropea u toffri l-kontribut tagħha. F’tali każ, l-Unjoni Ewropea tiddeċiedi dwar jekk taċċettax dak il-kontribut propost. (3) Il-kondizzjonijiet rigward il-parteċipazzjoni ta’ dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja f’operazzjonijiet tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżijiet għandhom ikunu stipulati fi ftehim li jistabbilixxi qafas għal tali parteċipazzjoni fil-futur, pjuttost minn definizzjoni każ b’każ rigward dawn il-kondizzjonijiet għal kull operazzjoni kkonċernata. (4) Tali ftehim għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-awtonomija tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-Unjoni Ewropea, u ma għandux jippreġudika n-natura każ b’każ tad-deċiżjoni li tipparteċipa f’operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżijiet. (5) Tali ftehim għandu jindirizza biss operazzjonijiet tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżijiet fil-futur u għandu jkun mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe ftehimiet eżistenti li jirregolaw il-parteċipazzjoni ta’ dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja f’operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżijiet li tkun diġà nbdiet. FTIEHMU KIF ĠEJ: TAQSIMA I DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI Artikolu 1 Deċiżjonijiet relatati mal-parteċipazzjoni 1. Wara d-deċiżjoni tal-Unjoni Ewropea li tistieden lil dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja biex tipparteċipa f’operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżijiet, u ladarba l-Istat tal-aħħar ikun iddeċieda li jipparteċipa, tali Stat għandu jipprovdi informazzjoni dwar il-kontribut propost tiegħu lill-Unjoni Ewropea. 2. Il-valutazzjoni mill-Unjoni Ewropea tal-kontribut propost għandha ssir b’konsultazzjoni ma’ dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja. 3. L-Unjoni Ewropea għandha tipprovdi lil dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja indikazzjoni bikrija tal-kontribuzzjoni probabbli għall-ispejjeż komuni tal-operazzjoni mill-aktar fis possibli bil-ħsieb li tgħin lil dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja fil-formulazzjoni tal-offerta tagħha. 4. L-Unjoni Ewropea għandha tikkomunika l-eżitu ta’ dik il-valutazzjoni lil dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja permezz ta’ ittra bil-ħsieb li tiżgura l-parteċipazzjoni tagħha skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim. Artikolu 2 Qafas 1. Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja għandha tassoċja ruħha mad-Deċiżjoni tal-Kunsill li biha l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jiddeċiedi li l-Unjoni Ewropea twettaq l-operazzjoni għall-immaniġġar ta’ kriżijiet, u ma’ kwalunkwe deċiżjoni oħra li biha l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jiddeċiedi li jestendi l-operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżijiet, skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim u kwalunkwe arranġament implimentattiv meħtieġ. 2. Il-kontribut ta’ dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja għal operazzjonijiet tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżijiet għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-awtonomija fit-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-UE. Artikolu 3 Status ta’ persunal u forzi 1. L-istatus ta’ persunal issekondat għal operazzjoni ċivili tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżijiet u/jew tal-forzi kkontribwiti lill-operazzjoni militari tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżijiet minn dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja għandhom ikunu regolati mill-ftehim dwar l-istatus tal-forzi/missjoni, jekk konkluż, bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istat(i) li fih(om) titwettaq l-operazzjoni. 2. L-istatus tal-persunal ikkontribwit għall-kwartieri ġenerali jew elementi ta’ kmand li jinsabu barra l-Istat(i) li fih(om) titwettaq l-operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżijiet, għandu jkun regolat minn arranġamenti bejn il-kwartieri ġenerali u l-elementi ta’ kmand ikkonċernati u dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja. 3. Mingħajr preġudizzju għall-ftehim dwar l-istatus tal-forzi/missjoni msemmi fil-paragrafu 1, dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja għandha teżerċita ġurisdizzjoni fuq il-persunal tagħha li jipparteċipa fl-operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżijiet. F’każijiet fejn il-forzi ta’ dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja joperaw abbord bastiment jew inġenju tal-ajru ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, dan l-Istat tal-aħħar għandu jeżerċita l-ġurisdizzjoni f’konformità mal-liġijiet u l-proċeduri interni tiegħu. 4. Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja għandha tkun responsabbli biex tirrispondi għal kull talba marbuta mal-parteċipazzjoni f’operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżijiet, li tiġi minn jew li tikkonċerna xi membru tal-persunal tagħha u għandha tkun responsabbli biex tressaq kwalunkwe azzjoni, b’mod partikolari legali jew dixxiplinarja, kontra membri tal-persunal tagħha skont il-liġijiet u r-regolamenti tagħha. 5. Il-Partijiet jaqblu li jirrinunzjaw għat-talbiet kollha, ħlief għal dawk kuntrattwali, kontra xulxin għal dannu, telf, jew distruzzjoni ta’ assi ta’ proprjetà ta’/operati minn Parti jew oħra, jew għall-korriment jew mewt ta’ persunal ta’ Parti jew oħra, li jirriżultaw mit-twettiq tad-dmirijiet uffiċjali tagħhom konnessi mal-attivitajiet taħt dan il-ftehim, ħlief fil-każ ta’ negliġenza serja jew imġiba ħażina volontarja. 6. Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja tintrabat li tagħmel dikjarazzjoni fir-rigward tar-rinunzja ta’ talbiet kontra kull Stat li jipparteċipa f’operazzjoni ta’ immaniġġar ta’ kriżijiet tal-UE li fiha tipparteċipa dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, u li tagħmel dan meta tiffirma dan il-Ftehim. 7. L-Unjoni Ewropea tintrabat li tiżgura li l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea jagħmlu dikjarazzjoni fir-rigward tar-rinunzja ta’ drittijiet, għal kull parteċipazzjoni futura ta’ dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja f’operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżijiet, u li jagħmlu dan meta jiffirmaw dan il-Ftehim. Artikolu 4 Informazzjoni klassifikata Il-Ftehim bejn il-gvern ta’ dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u l-Unjoni Ewropea dwar il-proċeduri ta’ sigurtà għall-iskambju tal-informazzjoni klassifikata, magħmul fi Skopje fil- 25 ta’ Marzu 2005, għandu japplika fil-kuntest tal-operazzjonijiet tal-UE ta’ immaniġġar ta’ kriżijiet. TAQSIMA II DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-PARTEĊIPAZZJONI F’OPERAZZJONIJIET ĊIVILI GĦALL-IMMANIĠĠAR TA’ KRIŻIJIET Artikolu 5 Persunal issekondat lil operazzjoni ċivili tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżijiet 1. Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja: (a) għandha tiżgura li l-persunal tagħha ssekondat lil operazzjoni ċivili tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżijiet jidħol għall-missjoni tiegħu b’mod konformi ma’: - id-Deċiżjoni tal-Kunsill u emendi sussegwenti kif imsemmi fl-Artikolu 2(1). - il-Pjan tal-Operazzjoni. - il-miżuri implimentattivi. (b) għandha tinforma fi żmien debitu lill-Kap tal-Missjoni tal-operazzjoni ċivili tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżijiet (il-"Kap tal-Missjoni") u lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà ("RGħ") bi kwalunkwe bidla fil-kontribut tagħha lill-operazzjoni ċivili tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżijiet. 2. Il-persunal issekondat lill-operazzjoni ċivili tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżijiet għandu jissottometti ruħu għal eżami mediku, vaċċinazzjoni u jkun medikament iċċertifikat b’saħħtu għax-xogħol minn awtoritá kompetenti minn dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja. Il-persunal issekondat lill-operazzjoni ċivili tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżijiet għandu jipproduċi kopja ta’ dik iċ-ċertifikazzjoni. Artikolu 6 Linja ta’ kmand 1. Persunal issekondat mill-Istat parteċipanti għandu jwettaq id-dmirijiet tiegħu u jġib ruħu billi jżomm f’moħħu biss l-interessi tal-operazzjoni ċivili tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżijiet. 2. Il-persunal kollu għandu jibqa’ taħt il-kmand sħiħ tal-awtoritajiet nazzjonali tiegħu. 3. L-awtoritajiet nazzjonali għandhom jittrasferixxu l-kontroll operattiv lill-Unjoni Ewropea. 4. Il-Kap tal-Missjoni għandu jieħu r-responsabbiltà u jeżerċita kmand u kontroll tal-operazzjoni ċivili tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżijiet fuq il-post. 5. Il-Kap tal-Missjoni għandu jmexxi l-operazzjoni ċivili tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżijiet u jieħu f’idejh l-amministrazzjoni tagħha ta’ kuljum. 6. Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja għandu jkollha l-istess drittijiet u obbligi f’termini ta’ amministrazzjoni ta’ kuljum tal-operazzjoni bħall-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea li jkunu qed jipparteċipaw fl-operazzjoni, skont l-istrumenti legali msemmija fl-Artikolu 2(1). 7. Il-Kap tal-Missjoni għandu jkun responsabbli għall-kontroll dixxiplinari tal-persunal tal-operazzjonijiet ċivili tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżijiet. Fejn meħtieġ, għandha tittieħed azzjoni dixxiplinarja mill-awtoritá nazzjonali kkonċernata. 8. Għandu jinħatar Punt ta’ Kuntatt mal-Kontinġent Nazzjonali ("NPC") minn dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja biex jirrappreżenta l-kontinġent nazzjonali tagħha fl-operazzjoni. L-NPC għandu jirrapporta lill-Kap tal-Missjoni dwar kwistjonijiet nazzjonali u għandu jkun responsabbli għad-dixxiplina ta’ kuljum tal-kontinġent. 9. Id-deċiżjoni li tintemm l-operazzjoni għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea, wara konsultazzjoni ma’ dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja jekk hija tkun għadha qed tikkontribwixxi għall-operazzjoni ċivili tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżijiet fid-data tat-terminazzjoni tal-operazzjoni. Artikolu 7 Aspetti finanzjarji 1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 8, l-Istat parteċipanti għandu jassumi l-ispejjeż kollha assoċjati mal-parteċipazzjoni tiegħu fl-operazzjoni ħlief għall-ispejjeż kurrenti, kif stabbilit fil-baġit operattiv tal-operazzjoni. 2. F’każ ta’ mewt, korriment, telf jew ħsara lil persuni fiżiċi jew ġuridiċi mill-Istat(i) li fih(om) titwettaq l-operazzjoni, dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja għandha, meta r-responsabbiltà tagħha tkun ġiet stabbilita, tħallas kumpens skont il-kondizzjonijiet previsti fil-ftehim applikabbli dwar l-status tal-missjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 3(1). Artikolu 8 Kontribuzzjoni għall-baġit operattiv 1. Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja għandha tikkontribwixxi għall-finanzjament tal-baġit operattiv tal-operazzjoni ċivili ta’ immaniġġar ta’ kriżijiet tal-UE. 2. Tali kontribuzzjoni lill-baġit operattiv għandha tiġi kkalkolata abbażi tal-formoli li ġejjin, skont liema tipproduċi l-inqas ammont: (a) is-sehem tal-ammont ta’ referenza li jkun proporzjonali għall-proporzjon tad-dħul nazzjonali gross ta’ dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja fit-total tal-ING tal-Istati kollha li jkunu qegħdin jikkontribwixxu għall-baġit operattiv tal-operazzjoni; jew (b) is-sehem tal-ammont ta’ referenza għall-baġit operattiv li jkun proporzjonali għall-proporzjon tan-numru tal-persunal ta’ dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja li jkunu qegħdin jipparteċipaw fl-operazzjoni għan-numru totali ta’ persunal tal-Istati kollha parteċipanti fl-operazzjoni. 3. Minkejja l-paragrafi 1 u 2, l-Istat parteċipanti ma għandu jagħmel l-ebda kontribuzzjoni għall-finanzjament ta’ allowances per diem imħallsa lill-persunal tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea. 4. Minkejja l-paragrafu 1, l-Unjoni Ewropea għandha, bħala prinċipju, teżenta lill-Istat parteċipanti minn kontribuzzjonijiet finanzjarji għal operazzjoni ċivili partikolari tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżijiet meta: (a) l-Unjoni Ewropea tiddeċiedi li dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja tipprovdi kontribuzzjoni sinifikattiva li hija essenzjali għal din l-operazzjoni, jew (b) dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja jkollha ING per capita li ma jaqbiżx dak ta’ ebda Stat Membru tal-Unjoni Ewropea. 5. Għandu jiġi ffirmat arranġament dwar il-ħlas tal-kontribuzzjonijiet ta’ dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja għall-baġit operattiv tal-operazzjoni ċivili tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżijiet bejn il-Kap tal-Missjoni u s-servizzi amministrattivi rilevanti ta’ dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja. Dak l-arranġament għandu jinkludi, inter alia, id-dispożizzjonijiet li ġejjin: (a) l-ammont ikkonċernat, (b) l-arranġamenti għall-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja, (c) il-proċedura tal-verifika tal-kontijiet. TAQSIMA III DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-PARTEĊIPAZZJONI F’OPERAZZJONIJIET MILITARI GĦALL-IMMANIĠĠAR TA’ KRIŻIJIET Artikolu 9 Parteċipazzjoni fl-operazzjoni militari tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżijiet 1. Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonjagħandha tiżgura li l-forzi tagħa u l-persunal li jipparteċipaw fl-operazzjoni militari tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżijiet jidħlu għall-missjoni tagħhom b’mod konformi ma’: (a) id-Deċiżjoni tal-Kunsill u emendi sussegwenti kif previst fl-Artikolu 2(1), (b) il-Pjan tal-Operazzjoni, (c) il-miżuri implimentattivi. 2. Il-persunal issekondat mill-Istati parteċipanti għandu jwettaq id-doveri tiegħu u jġib ruħu billi jżomm f’moħħu biss l-interessi tal-operazzjoni militari tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżijiet. 3. Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja għandha tinforma lill-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE fi żmien xieraq dwar kull bidla fil-parteċipazzjoni tagħha fl-operazzjoni. Artikolu 10 Linja ta’ kmand 1. Il-forzi u l-persunal kollha li jipparteċipaw fl-operazzjoni militari tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżijiet għandhom jibqgħu taħt il-kmand sħiħ tal-awtoritajiet nazzjonali tagħhom. 2. L-awtoritajiet nazzjonali għandhom jittrasferixxu l-kmand Operattiv u Tattiku u/jew il-kontroll tal-forzi u tal-persunal tagħhom lill-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE, li għandu d-dritt li jiddelega l-awtorità tiegħu. 3. Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja għandha jkollha l-istess drittijiet u obbligi f’termini ta’ tmexxija ta’ kuljum tal-operazzjoni bħal Stati Membri parteċipanti tal-Unjoni Ewropea. 4. Il-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE jista’, wara konsultazzjonijiet ma’ dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, fi kwalunkwe ħin jitlob l-irtirar tal-kontribut tal-Istat parteċipanti. 5. Rappreżentant Militari Superjuri ("SMR") għandu jiġi maħtur minn dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja sabiex jirrappreżenta l-kontinġent nazzjonali tagħha fl-operazzjoni militari ta’ maniġġar ta’ kriżijiet immexxija mill-UE. L-SMR għandu jikkonsulta mal-Kmandant tal-Forza tal-UE dwar il-kwistjonijiet kollha li jolqtu l-operazzjoni u għandu jkun responsabbli għad-dixxiplina ta’ kuljum tal-kontinġent ta’ dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja. Artikolu 11 Aspetti finanzjarji 1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 12 ta’ dan il-Ftehim, l-Istat parteċipanti għandu jassumi l-ispejjeż kollha assoċjati mal-parteċipazzjoni tiegħu fl-operazzjoni sakemm l-ispejjeż ma jkunux suġġetti għal finanzjament komuni kif previst fl-istrumenti legali msemmija fl-Artikolu 2(1), kif ukoll fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/871/PESK tad- 19 ta’ Diċembru 2011 li tistabbilixxi mekkaniżmu sabiex jiġi amministrat il-finanzjament tal-ispejjeż komuni tal-operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea li jkollhom implikazzjonijiet militari jew ta’ difiża (Athena) [1]. 2. F’każ ta’ mewt, korriment, telf jew dannu lil persuni fiżiċi jew ġuridiċi mill-Istat(i) li fih(om) titwettaq l-operazzjoni, dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja għandha, meta r-responsabbiltà tagħha tkun ġiet stabbilita, tħallas kumpens skont il-kondizzjonijiet previsti fil-ftehim applikabbli dwar l-istatus tal-forzi, imsemmi fl-Artikolu 3(1). Artikolu 12 Kontribuzzjoni għall-ispejjeż komuni 1. Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja għandha tikkontribwixxi għall-finanzjament tal-ispejjeż komuni tal-operazzjoni militari tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżijiet. 2. Tali kontribuzzjoni għall-ispejjeż komuni għandha tiġi kkalkolata abbażi ta’ waħda miż-żewġ formoli li ġejjin, skont liema waħda tipproduċi l-inqas ammont: (a) is-sehem tal-ispejjeż komuni li jkun proporzjonali għall-proporzjon tal-ING ta’ dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja fit-total tal-ING tal-Istati kollha li jkunu qegħdin jikkontribwixxu għall-ispejjeż komuni tal-operazzjoni; jew (b) is-sehem tal-ispejjeż komuni li jkun proporzjonali għall-proporzjon tan-numru tal-persunal minn dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja li jkunu qegħdin jipparteċipaw fl-operazzjoni għan-numru totali ta’ persunal tal-Istati kollha parteċipanti fl-operazzjoni. Fejn tintuża l-formula taħt il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu u dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja tikkontribwixxi biss persunal għall-Operazzjoni jew għall-Kwartieri Ġenerali tal-Forzi, il-proporzjon użat għandu jkun dak tal-persunal tiegħu għal dak tan-numru totali tal-persunal rispettiv tal-kwartieri ġenerali. F’każijiet oħra, il-proporzjon għandu jkun dak tal-persunal kollu kkontribwit mill-Istat parteċipanti għal dak tal-persunal totali tal-operazzjoni. 3. Minkejja l-paragrafu 1 hawn fuq, l-Unjoni Ewropea għandha, bħala prinċipju, teżenta lill-Istat parteċipanti minn kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-ispejjeż komuni ta’ operazzjoni militari partikolari tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżijiet meta: (a) l-Unjoni Ewropea tiddeċiedi li dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja tipprovdi kontribuzzjoni sinifikanti għall-assi u/jew għall-kapaċitajiet li jkunu essenzjali għall-operazzjoni; jew (b) dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja jkollha ING per capita li ma jaqbiżx dak ta’ ebda Stat Membru tal-Unjoni Ewropea. 4. Għandu jiġi konkluż arranġament bejn l-Amministratur previst fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/871/PESK u l-awtoritajiet amministrattivi kompetenti ta’ dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja. Dak l-arranġament għandu jinkludi, inter alia, dispożizzjonijiet dwar: (a) l-ammont ikkonċernat, (b) l-arranġamenti għall-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja, (c) il-proċedura tal-verifika tal-kontijiet. TAQSIMA IV DISPOŻIZZJONIJIET FINALI Artikolu 13 Arranġamenti biex jiġi implimentat il-Ftehim Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 8(5) u 12(4) kwalunkwe arranġament tekniku u amministrattiv meħtieġ għall-implementazzjoni ta’ dan il-Ftehim għandu jiġi konkluż bejn ir-RGħ u l-awtoritajiet adegwati ta’ dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja. Artikolu 14 Nonkonformità Jekk waħda mill-Partijiet tonqos milli tikkonforma mal-obbligi tagħha taħt dan il-Ftehim, il-Parti l-oħra jkollha d-dritt li ttemm dan il-Ftehim billi tibgħat avviż bil-miktub minn xahar qabel. Artikolu 15 Riżoluzzjoni ta’ Tilwim Tilwim li jikkonċernaw l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim għandhom jiġu riżolti b’mezzi diplomatiċi bejn il-Partijiet. Artikolu 16 Dħul fis-seħħ 1. Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tal-ewwel xahar wara li l-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin bit-tlestija tal-proċeduri legali interni meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tiegħu. 2. Dan il-Ftehim għandu jiġi applikat b’mod provviżorju mid-data tal-firma. 3. Dan il-Ftehim għandu jkun suġġett għal reviżjoni regolari. 4. Dan il-Ftehim jista’ jiġi emendat abbażi ta’ ftehim reċiproku bil-miktub bejn il-Partijiet. 5. Dan il-Ftehim jista’ jiġi ddenunzjat minn kull Parti b’notifika bil-miktub ta’ denunzja mogħtija lill-Parti l-oħra. Tali denunzja għandha jkollha effett sitt xhur wara li l-Parti l-oħra tirċievi n-notifika. Magħmul fi Brussell, fid- disgħa u għoxrin jum ta’ Ottubru tas-sena elfejn u tnax bil-lingwa Ingliża fi 2 kopji. [1] ĠU L 343, 23.12.2011, p. 35. -------------------------------------------------- +++++ TIFF +++++ РЕПУБЛИКА МАКЕДОНИЈА МИНИСТЕРСТВО ЗА НАДВОРЕШНИ РАБОТИ REPUBLIC PF MACEDONIA MINISTRY OF FOREIGN AFFAIRS Министер/ Minister Brussels, 29 October 2012 Sir, On behalf of the Government of the Republic of Macedonia I have the honour to acknowledge receipt of your letter dated 29 of October 2012 regarding the signature of the Agreement between the Republic of Macedonia and the European Union establishing a framework for the participation of the Republic of Macedonia in European Union crisis management operations. I hereby confirm that the Government of the Republic of Macedonia agrees with the provisions of the aforementioned Agreement, and considers the said Agreement as being signed with your letter and this letter of confirmation. However, I declare that the Republic of Macedonia does not accept the denomination used for my country in the text of the above-mentioned Agreement having in view that the constitutional name of my country is the Republic of Macedonia. Please accept, Sir, the assurances of my highest consideration. Nikola Poposki +++++ TIFF +++++ To Mr. Pierre Vimont Executive Secretary General European External Action Service COUNCIL OF THE EUROPEAN UNION -------------------------------------------------- +++++ TIFF +++++ COUNCIL OF THE EUROPEAN UNION Brussels, 29 October 2012 H.E. Mr. Nikola POPOSKI, Minister of Foreign Affairs of the former Yugoslav Republic of Macedonia. Sir, I have the honour to acknowledge receipt of your letter of today's date. The European Union notes that the Exchange of Letters between the European Union and the former Yugoslav Republic of Macedonia, which takes the place of signature of the Agreement between the European Union and the former Yugoslav Republic of Macedonia establishing a framework for the participation of the former Yugoslav Republic of Macedonia in European Union crisis management operations, has been accomplished and that this cannot be interpreted as acceptance or recognition by the European Union in whatever form or content of a denomination other than the "former Yugoslav Republic of Macedonia". Please accept, Sir, the assurance of my highest consideration. For the European Union +++++ TIFF +++++ Pierre Vimont Executive Secretary General European External Action Service 175 Rue de la Loi, 1048 Brussels, Belgium -------------------------------------------------- DIKJARAZZJONIJIET Dikjarazzjoni mill-istati membri tal-UE: "L-Istati Membri tal-UE li japplikaw Deċiżjoni tal-Kunsill tal-UE dwar operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżijiet li fiha tipparteċipa dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja ser jippruvaw, sa fejn is-sistemi legali interni tagħhom hekk jippermettu, jirrinunzjaw sa fejn possibbli għal pretensjonijiet kontra dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja għal korriment, mewt ta’ persunal tagħhom, jew dannu lil, jew telf ta’, kwalunkwe assi li jkunu proprjetà tagħhom u użati mill-operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżijiet jekk tali korriment, mewt, dannu jew telf: - kienu kkawżati minn persunal minn dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja fit-twettiq tad-dmirijiet tiegħu f’konnessjoni mal-operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżijiet, ħlief f’każ ta’ negliġenza serja jew ta’ kondotta skorretta volontarja, - jew irriżultaw mill-użu ta’ kwalunkwe assi li jkunu proprjetà ta’ dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, sakemm l-assi jkunu ntużaw b’konnessjoni mal-operazzjoni u ħlief f’każ ta’ negliġenza serja jew kondotta skorretta volontarja tal-persunal tal-operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżijiet minn dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja li juża dawk l-assi." Dikjarazzjoni minn dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja: "Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, waqt li tapplika Deċiżjoni tal-Kunsill tal-UE dwar operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżijiet ser tipprova, sa fejn is-sistema legali interna tagħha hekk tippermetti, tirrinunzja, sa fejn possibbli, għal pretensjonijiet kontra kwalunkwe Stat ieħor li jipparteċipa fl-operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżijiet għal korriment, mewt ta’ persunal tiegħu, jew dannu lil, jew telf ta’, kwalunkwe assi li jkunu proprjetà tagħha stess u użati mill-operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżijiet jekk tali korriment, mewt, dannu jew telf: - kienu kkawżati minn persunal fl-eżekuzzjoni tad-dmirijiet tagħhom b’konnessjoni mal-operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżijiett, ħlief f’każ ta’ negliġenza serja jew ta’ kondotta skorretta volontarja, jew - irriżultaw mill-użu ta’ kwalunkwe assi li jkunu proprjetà tal-Istati parteċipanti fl-operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżijiet, sakemm l-assi jkunu ntużaw b’konnessjoni mal-operazzjoni u ħlief f’każ ta’ negliġenza serja jew kondotta skorretta volontarja tal-persunal tal-operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżijiet li juża dawk l-assi." --------------------------------------------------