This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012D0464
2012/464/EU: Commission Decision of 23 July 2012 amending Decisions 2006/861/EC, 2008/163/EC, 2008/164/EC, 2008/217/EC, 2008/231/EC, 2008/232/EC, 2008/284/EC, 2011/229/EU, 2011/274/EU, 2011/275/EU, 2011/291/EU and 2011/314/EU concerning technical specifications for interoperability (notified under document C(2012) 4985) Text with EEA relevance
2012/464/UE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 23 ta’ Lulju 2012 li temenda d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2006/861/KE, 2008/163/KE, 2008/164/KE, 2008/217/KE, 2008/231/KE, 2008/232/KE, 2008/284/KE, 2011/229/UE, 2011/274/UE, 2011/275/UE, 2011/291/UE u 2011/314/UE dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-interoperabbiltà (notifikata bid-dokument numru C(2012) 4985) Test b’relevanza għaż-ŻEE
2012/464/UE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 23 ta’ Lulju 2012 li temenda d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2006/861/KE, 2008/163/KE, 2008/164/KE, 2008/217/KE, 2008/231/KE, 2008/232/KE, 2008/284/KE, 2011/229/UE, 2011/274/UE, 2011/275/UE, 2011/291/UE u 2011/314/UE dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-interoperabbiltà (notifikata bid-dokument numru C(2012) 4985) Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 217, 14.8.2012, pp. 20–45
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 01/01/2015; Impliċitament imħassar minn 32014R1299,32014R1300, 32014R1301, 32014R1302, 32014R1303, 32014R1304, 32014R1305
| Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
|---|---|---|---|---|---|
| Modifies | 32006D0861 | Emenda | anness | 24/01/2013 | |
| Modifies | 32008D0163 | Emenda | anness | 24/01/2013 | |
| Modifies | 32008D0164 | Emenda | anness | 24/01/2013 | |
| Modifies | 32008D0217 | Emenda | anness | 24/01/2013 | |
| Modifies | 32008D0231 | Emenda | anness | 24/01/2013 | |
| Modifies | 32008D0232 | Emenda | anness | 24/01/2013 | |
| Modifies | 32008D0284 | Emenda | anness | 24/01/2013 | |
| Modifies | 32011D0229 | Emenda | anness | 24/01/2013 | |
| Modifies | 32011D0274 | Emenda | anness | 24/01/2013 | |
| Modifies | 32011D0275 | Emenda | anness | 24/01/2013 | |
| Modifies | 32011D0291 | Emenda | anness | 24/01/2013 | |
| Modifies | 32011D0314 | Emenda | anness | 24/01/2013 |
| Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
|---|---|---|---|---|---|
| Modified by | 32012D0757 | Revoka parzjali | |||
| Modified by | 32013R0321 | Revoka parzjali | |||
| Implicitly repealed by | 32014R1299 | 02/01/2015 | |||
| Modified by | 32014R1299 | Revoka parzjali | |||
| Modified by | 32014R1300 | Revoka parzjali | |||
| Implicitly repealed by | 32014R1300 | 02/01/2015 | |||
| Modified by | 32014R1301 | Revoka parzjali | |||
| Implicitly repealed by | 32014R1301 | 02/01/2015 | |||
| Implicitly repealed by | 32014R1302 | 02/01/2015 | |||
| Modified by | 32014R1302 | Revoka parzjali | |||
| Implicitly repealed by | 32014R1303 | 02/01/2015 | |||
| Modified by | 32014R1303 | Revoka parzjali | |||
| Implicitly repealed by | 32014R1304 | 02/01/2015 | |||
| Modified by | 32014R1304 | Revoka parzjali | |||
| Implicitly repealed by | 32014R1305 | 02/01/2015 |
|
14.8.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 217/20 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-23 ta’ Lulju 2012
li temenda d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2006/861/KE, 2008/163/KE, 2008/164/KE, 2008/217/KE, 2008/231/KE, 2008/232/KE, 2008/284/KE, 2011/229/UE, 2011/274/UE, 2011/275/UE, 2011/291/UE u 2011/314/UE dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-interoperabbiltà
(notifikata bid-dokument numru C(2012) 4985)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2012/464/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 dwar l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja fil-Komunità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tagħha,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 881/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji (ir-Regolament tal-Aġenzija) (2) jeħtieġ li l-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea (li minn hawn ’il quddiem sejra tissejjaħ “l-Aġenzija”) tiżgura li l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-interoperabbiltà (li minn hawn ’il quddiem sejrin jissejħu ‘TSIs’ — Technical Specifications for Interoperability) jiġu adattati għall-progress tekniku u x-xejriet tas-suq u għar-rekwiżiti soċjali u li tipproponi lill-Kummissjoni dawk l-emendi għat-TSIs li hi tqis bħala neċessarji. |
|
(2) |
Permezz tad-Deċiżjoni C(2007)3371 tat-13 ta’ Lulju 2007, il-Kummissjoni tat mandat ta’ qafas lill-Aġenzija sabiex twettaq ċerti attivitajiet skont id-Direttiva tal-Kunsill 96/48/KE tat-23 ta’ Lulju 1996 fuq l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja trans-Ewropea ta’ veloċità għolja (3) u d-Direttiva 2001/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Marzu 2001 fuq l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja konvenzjonali trans-Ewropea (4). Skont it-termini tal-mandat ta’ qafas, l-Aġenzija ntalbet tirrevedi t-TSIs dwar il-vetturi ferrovjarji b’veloċità għolja, il-vaguni tal-merkanzija, il-vetturi ferrovjarji lokomottivi u tal-passiġġiera, l-istorbju, l-infrastruttura, l-enerġija, tal-kmand tal-kontroll u s-sinjalar, il-ġestjoni tal-operazzjoni u t-traffiku, l-applikazzjonijiet telematiċi għal servizzi ta’ merkanzija u ta’ ġarr ta’ passiġġiera, is-sikurezza fil-mini ferrovjarji u l-aċċessibilità għal persuni b’mobilità mnaqqsa. |
|
(3) |
Fil-31 ta’ Marzu 2011, l-Aġenzija ħarġet rakkomandazzjoni dwar l-ispeċifikazzjoni tar-reġistru tal-infrastruttura, il-proċedura għall-wiri tal-livell ta’ konformità mal-parametri bażiċi tat-TSIs għal-linji eżistenti u emendi sussegwenti għat-TSIs (ERA/REC/04-2011/INT). |
|
(4) |
Fid-9 ta’ Ġunju 2011, il-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 29(1) tad-Direttiva 2008/57/KE ta opinjoni pożittiva dwar l-abbozz tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-reġistru Ewropew tat-tipi ta’ vetturi ferrovjarji awtorizzati u dwar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-ispeċifikazzjonijiet komuni tar-reġistru tal-infrastruttura ferrovjarja. Wara l-adozzjoni taż-żewġ atti tal-Kummissjoni bbażati fuq dawn l-abbozzi, b’mod partikolari d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/633/UE tal-15 ta’ Settembru 2011 dwar l-ispeċifikazzjonijiet komuni tar-reġistru tal-infrastruttura ferrovjarja (5) u d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/665/UE tal-4 ta’ Ottubru 2011 dwar ir-reġistru Ewropew tat-tipi ta’ vetturi ferrovjarji awtorizzati (6), it-TSIs rilevanti jridu jiġu aġġornati sabiex tkun żgurata konsistenza globali. |
|
(5) |
L-Appendiċi A tat-TSIs attwali dwar il-Ġestjoni tal-Operazzjoni u t-Traffiku jirreferi għar-regoli operazzjonali tal-verżjoni 1 tas-Sistema Ewropea tal-Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjarju (ERTMS — European Railway Traffic Management System) li ġew żviluppati fuq il-bażi tal-verżjoni 2.2.2 tal-Ispeċifikazzjonijiet tar-Rekwiżiti tas-Sistema (SRS — System Requirements Specifications) tas-Sistema Ewropea ta’ Kontroll tal-Ferroviji (ETCS — European Train Control System). |
|
(6) |
L-SRS tal-ETCS waslu għal verżjoni stabbli 2.3.0.d. Din trid tiġi riflessa mir-regoli operazzjonali aġġornati tal-ERTMS fit-TSIs dwar il-ġestjoni tal-operazzjoni u t-traffiku, kemm għal ferroviji konvenzjonali kif ukoll għal dawk ta’ veloċità għolja. |
|
(7) |
Fl-20 ta’ Lulju 2011, l-Aġenzija ħarġet rakkomandazzjoni dwar il-prinċipji u r-regoli operazzjonali riveduti tal-ERTMS” fit-TSIs dwar il-ġestjoni tal-Operazzjoni u t-Traffiku għal ferroviji konvenzjonali u ferroviji ta’ veloċità għolja (ERA/REC/08-2011/INT-ERTMS). |
|
(8) |
Fit-8 ta’ Settembru 2011, l-Aġenzija ħarġet rakkomandazzjoni dwar emendi ulterjuri għat-TSIs sabiex tikkoreġi l-iżbalji u n-nuqqasijiet (ERA/REC/07-2011/INT). |
|
(9) |
Għal raġunijiet prattiċi, ikun aħjar li tiġi emendata serje ta’ TSIs permezz ta’ Deċiżjoni tal-Kummissjoni waħda sabiex jiġu implimentati korrezzjonijiet u aġġornamenti partikolari fit-testi legali. Dawn il-korrezzjonijiet u l-aġġornamenti mhumiex ġejjin minn reviżjoni globali tat-TSIs jew mill-estensjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni ġeografika tagħhom. |
|
(10) |
Għaldaqstant, huwa neċessarju li jiġu emendati d-Deċiżjonijiet li ġejjin:
|
|
(11) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 29(1) tad-Direttiva 2008/57/KE, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness għad-Deċiżjoni 2006/861/KE huwa emendat skont l-Anness I għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
L-Anness għad-Deċiżjoni 2008/163/KE huwa emendat skont l-Anness II għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 3
L-Anness għad-Deċiżjoni 2008/164/KE huwa emendat skont l-Anness III għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 4
L-Anness għad-Deċiżjoni 2008/217/KE huwa emendat skont l-Anness IV għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 5
L-Anness għad-Deċiżjoni 2008/231/KE huwa emendat skont l-Anness V għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 6
L-Anness għad-Deċiżjoni 2008/232/KE huwa emendat skont l-Anness VI għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 7
L-Anness għad-Deċiżjoni 2008/284/KE huwa emendat skont l-Anness VII għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 8
L-Anness għad-Deċiżjoni 2011/229/UE huwa emendat skont l-Anness VIII għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 9
L-Anness għad-Deċiżjoni 2011/274/UE huwa emendat skont l-Anness IX għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 10
L-Anness għad-Deċiżjoni 2011/275/UE huwa emendat skont l-Anness X għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 11
L-Anness għad-Deċiżjoni 2011/291/UE huwa emendat skont l-Anness XI għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 12
L-Anness għad-Deċiżjoni 2011/314/UE huwa emendat skont l-Anness XII għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 13
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-24 ta’ Jannar 2013.
Artikolu 14
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Lulju 2012.
Għall-Kummissjoni
Siim KALLAS
Viċi President
(2) ĠU L 164, 30.4.2004, p. 1.
(3) ĠU L 235, 17.9.1996, p. 6.
(4) ĠU L 110, 20.4.2001, p. 1.
(5) ĠU L 256, 1.10.2011, p. 1.
(6) ĠU L 264, 8.10.2011, p. 32.
(7) ĠU L 344, 8.12.2006, p. 1.
(10) ĠU L 77, 19.3.2008, p. 1.
(11) ĠU L 84, 26.3.2008, p. 1.
(12) ĠU L 84, 26.3.2008, p. 132.
(13) ĠU L 104, 14.4.2008, p. 1.
(14) ĠU L 99, 13.4.2011, p. 1.
(15) ĠU L 126, 14.5.2011, p. 1.
(16) ĠU L 126, 14.5.2011, p. 53.
ANNESS I
L-Anness għad-Deċiżjoni 2006/861/KE (WAG TSI) huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
Fil-Klawżola 3.4.3 “KOMPATIBILITÀ TEKNIKA”, l-għaxar inċiż tas-sitt paragrafu huwa mħassar |
|
(2) |
Il-Klawżola 4.2.3.2 hija sostitwita b’dan li ġej: “4.2.3.2 Tagħbija statika tal-fus, massa għat-tul tal-unità u karatteristiċi ġeometriċi tal-ispazjar tal-fus It-tagħbija permissibbli li vagun jista’ jġorr, għal linji ferrovjarji li jaslu sa 25t, għandha tiġi determinata mill-applikazzjoni tal-Klawżoli 6.1 u 6.2 tal-EN 15528:2008. Għall-karatteristiċi tas-sistemi ta’ detezzjoni tal-ferroviji, huma imposti rekwiżiti addizzjonali fuq il-vaguni (ara l-Appendiċi 1 tal-Anness A għat-TSI tas-CCS)”. |
|
(3) |
Fil-Klawżola 4.2.4.1.2.2 “Elementi ta’ Prestazzjoni tal-Ibbrejkar”, is-subklawżola “Perċentwal tal-massa tal-brejk”, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Il-metodu ta’ determinazzjoni tal-massa tal-brejk/perċentwal tal-massa tal-brejk għandu jibqa’ applikabbli flimkien mal-metodu ta’ profili ta’ tnaqqis tal-veloċità; il-manifattur għandu jipprovdi dawn il-valuri”. |
|
(4) |
Fil-Klawżola 4.2.4.1.2.8 “Brejk tal-Ipparkjar”, il-paragrafu ħdax huwa sostitwit b’dan li ġej: “Il-prestazzjoni minima tal-brejk tal-ipparkjar, mingħajr riħ, għandha tiġi determinata mill-kalkoli kif definit fil-Klawżola 6 tal-EN 14531-6:2009. Il-prestazzjoni minima tal-brejk tal-ipparkjar għandha tiġi mmarkata fuq l-unità. L-immarkar għandu jikkonforma mal-EN 15877-1:2010 (Klawżola 4.5.25)”. |
|
(5) |
Fil-Klawżola 4.2.6.1.1 “Ġenerali”, it-tielet paragrafu huwa mħassar. |
|
(6) |
Fil-Klawżola 4.2.8 “MANUTENZJONI: IL-FAJL TAL-MANUTENZJONI”, il-ħames paragrafu huwa mħassar. |
|
(7) |
Fil-Klawżola 4.2.8.1.2 “Ġestjoni tal-Fajl tal-Manutenzjoni”, l-ewwel inċiż huwa mħassar. |
|
(8) |
Il-Klawżola 4.3.2.1 hija sostitwita b’dan li ġej: “4.3.2.1 Tagħbija statika tal-fus, massa għat-tul tal-unità u karatteristiċi ġeometriċi tal-ispazjar tal-fus (taqsima 4.2.3.2) It-Taqsima 4.2.3.2 ta’ din it-TSI tispeċifika l-massa għat-tul tal-unità u l-karatteristiċi ġeometriċi tal-ispazjar tal-fus, inklużi rekwiżiti imposti fuq il-vaguni (ara l-Appendiċi 1 tal-Anness A għat-TSI tas-CCS) għall-karatteristiċi tas-sistemi ta’ detezzjoni tal-ferroviji”. |
|
(9) |
Fil-Klawżola 4.3.3.9 “Kundizzjonijiet Ambjentali”, l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Meta jinqabeż limitu tal-kundizzjonijiet klimatiċi definiti fit-taqsima 4.2.6.1.2 ta’ din it-TSI, is-sistema tkun f’modalità degradata. F’dan il-każ, għandhom jiġu kkunsidrati restrizzjonijiet operazzjonali u għandu jingħata tagħrif lill-Impriża Ferrovjarja jew lill-konduttur tal-ferrovija”. |
|
(10) |
It-titolu tal-Klawżola 4.3.5.4 huwa sostitwit b’dan li ġej: “4.3.5.4 Tagħbija statika tal-fus, massa għat-tul tal-unità u karatteristiċi ġeometriċi tal-ispazjar tal-fus ” |
|
(11) |
It-taqsima 4.8 hija sostitwita b’dan li ġej: “4.8. REĠISTRU TAL-INFRASTRUTTURA U REĠISTRU EWROPEW TAT-TIPI TA’ VETTURI AWTORIZZATI Id-dejta li għandha tiġi pprovduta għar-reġistru speċifikat fl-Artikolu 34 tad-Direttiva 2008/57/KE hija dik indikata fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/665/UE tal-4 ta’ Ottubru 2011 dwar ir-reġistru Ewropew tat-tipi ta’ vetturi ferrovjarji awtorizzati (*1). |
|
(12) |
It-taqsima 7.6.5 hija sostitwita b’dan li ġej: 7.6.5. Anke jekk vagun ikun ġie awtorizzat għat-tqegħid għas-servizz, hemm il-ħtieġa li jiġi żgurat li jitħaddem fuq infrastrutturi kompatibbli”. |
|
(13) |
Fl-Anness C, it-Taqsima C.4 “ĦXUNA BEJN IL-BINARJI GA, GB, GC TAL-VETTURI”, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Tagħbijiet u vetturi li jikkonformaw mal-ħxuna mkabbra ta’ bejn il-binarji GA, GB jew GC għandhom jitħallew biss fuq linji mwessa’ għal dawn il-qisien. Iċ-ċaqliq kollu tal-GA, GB u GC fuq dawn il-linji li ma jintweriex f’din il-lista għandu jiġi ttrattat bħala kunsinna speċjali”. |
|
(14) |
L-Anness D huwa mħassar. |
|
(15) |
L-Anness H huwa mħassar. |
|
(16) |
Fl-Anness I, il-Figura I.5 hija sostitwita b’din li ġejja: “
|
|
(17) |
Fl-Anness P, it-Tabella P.3 hija emendata kif ġej:
|
|
(18) |
Fl-Anness Q, it-Tabella Q.1 hija emendata kif ġej:
|
|
(19) |
Fl-Anness T, it-Taqsima T.1.1 “Introduzzjoni”, l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Il-qisien tal-vaguni tal-merkanzija li ġejjin huma disponibbli fuq il-linji fir-Renju Unit: W6, W7, W8 u W9. Il-qisien huma deskritti aktar ’l isfel fit-Taqsima A —W6, Taqsima B —Kalkolu tal-Kampjun, Taqsima C —W7 u W8, Taqsima D —W9. L-applikazzjoni ta’ dawn il-qisien hija limitata għal vetturi li ċ-ċaqliq u x-xengil tagħhom f’sospensjoni laterali huma minimi. Il-vetturi b’sospensjoni laterali ratba u/jew xengil sostanzjali għandhom jiġu evalwati b’mod dinamiku skont l-Istandards Nazzjonali Notifikati”. |
|
(20) |
Fl-Anness V, it-Taqsima V.2 hija emendata kif ġej:
|
|
(21) |
L-Anness AA huwa emendat kif ġej:
|
|
(22) |
L-Anness FF huwa emendat kif ġej:
|
|
(23) |
L-Anness KK huwa mħassar. |
ANNESS II
L-Anness għad-Deċiżjoni 2008/163/KE (SRT TSI) huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
It-titolu “ABBOZZ TA’ SPEĊIFIKAZZJONI TEKNIKA GĦALL-INTEROPERABBILTÀ” huwa sostitwit b’dan li ġej: “SPEĊIFIKAZZJONI TEKNIKA GĦALL-INTEROPERABBILTÀ”. |
|
(2) |
Fil-Klawżola 4.2.4.1 “Rilevaturi tal-kaxxa ta’ fus jaħraq”, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “L-IM (Infrastructure Manager) għandu jagħżel rilevaturi tal-kaxxa ta’ fus jaħraq maġenb il-linja ferrovjarja u l-post tagħhom. L-RU (Railway Undertaing) għandha tinkludi tagħrif dwar dawn fil-Ktieb tar-Rotta”. |
|
(3) |
Il-Klawżola 4.2.5.9 hija sostitwita b’dan li ġej: “4.2.5.9. Sistema ta’ dwal ta’ emerġenza fil-ferrovija Id-dispożizzjonijiet fil-Klawżola 4.2.7.12 ‘Dwal ta’ emerġenza’ tal-HS RST TSI japplikaw anki għall-vetturi ferrovjarji tal-passiġġieri konvenzjonali, ħlief li hija meħtieġa awtonomija ta’ 90 minuta wara l-provvista ewlenija tal-enerġija tkun falliet.” |
|
(4) |
Fil-Klawżola 4.3.2 “Interfaċċji mas-subsistema tal-Infrastruttura”, l-intestatura tal-ewwel kolonna fit-tabella hija sostitwita b’“SRT TSI”. |
|
(5) |
Il-Klawżola 4.3.2.1 hija sostitwita b’dan li ġej: “4.3.2.1 Passaġġi ta’ ħruġ Id-definizzjoni ta’ passaġġi ta’ ħruġ hija spjegata fit-taqsima 4.2.2.7 ta’ din it-TSI.” |
|
(6) |
Fil-Klawżola 4.3.3 “Interfaċċji mas-subsistema tal-Enerġija”, l-intestatura tal-ewwel kolonna fit-tabella hija sostitwita b’“SRT TSI”. |
|
(7) |
Fil-Klawżola 4.3.4 “Interfaċċji mas-subsistema ta’ Sinjalar tal-Kmand tal-Kontroll”, l-intestatura tal-ewwel kolonna fit-tabella hija sostitwita b’“SRT TSI”. |
|
(8) |
Fil-Klawżola 4.3.5 “Interfaċċji mas-subsistema ta’ Ġestjoni u Operazzjoni tat-Traffiku”, l-intestatura tal-ewwel kolonna fit-tabella hija sostitwita b’“SRT TSI”. |
|
(9) |
Il-Klawżola 4.3.6 “Interfaċċji mas-subsistema ta’ vetturi ferrovjarji” hija emendata kif ġej:
|
|
(10) |
Fil-Klawżola 4.3.7 “Interfaċċji mas-subsistema PRM”, l-intestatura tal-ewwel kolonna fit-tabella hija sostitwita b’“SRT TSI”. |
|
(11) |
It-taqsima 4.8 hija sostitwita b’dan li ġej: “4.8 Reġistru tal-infrastruttura u reġistru Ewropew tat-tipi ta’ vetturi awtorizzati Id-dejta li trid tiġi pprovduta għar-reġistri speċifikati fl-Artikoli 34 u 35 tad-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1) hija dik indikata fid-Deċiżjoni ta Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/633/UE tal-15 ta’ Settembru 2011 dwar l-ispeċifikazzjonijiet komuni tar-reġistru tal-infrastruttura ferrovjarja (*2) u d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/665/UE tal-4 ta’ Ottubru 2011 dwar ir-reġistru Ewropew tat-tipi ta’ vetturi ferrovjarji awtorizzati (*3). (*1) ĠU L 191, 18.7.2008, p. 1." |
|
(12) |
Fil-Klawżola 6.2.1 “Valutazzjoni (ġenerali) ta’ konformità”, it-test “CR SRT TSI” jiġi sostitwit b’“SRT TSI”. |
|
(13) |
L-Anness A huwa mħassar. |
|
(14) |
L-Anness B huwa mħassar. |
|
(15) |
L-Anness F huwa emendat kif ġej:
|
(*1) ĠU L 191, 18.7.2008, p. 1.
ANNESS III
L-Anness għad-Deċiżjoni 2008/164/KE (PRM TSI) huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
Il-Klawżola 4.1.2.18.1 hija sostitwita b’dan li ġej: “4.1.2.18.1. L-għoli tal-pjattaforma Għall-pjattaformi fuq netwerk ta’ Veloċità Għolja fejn il-ferroviji li jikkonformaw mat-TSI ta’ Vetturi Ferrovjarji ta’ Veloċità Għolja huma maħsuba li jieqfu f’operazzjoni kummerċjali normali, il-valuri huma mfassla fl-HS INS TSI (Klawżola 4.2.20.4). Għall-pjattaformi fuq netwerk ta’ Veloċità Għolja fejn l-ebda ferrovija ma tikkonforma mat-TSI tal-Vettura Ferrovjarja ta’ Veloċità Għolja hija maħsuba sabiex tieqaf f’operazzjoni kummerċjali normali u għall-pjattaformi fin-Netwerk Ferrovjarju Konvenzjonali, żewġ valuri nominali huma permissibbli għall-għoli tal-pjattaforma: 550 mm u 760 mm ’l fuq mis-superfiċje tal-binarji. It-tolleranzi ta’ dawn id-dimensjonijiet għandhom ikunu bejn –35 mm/+ 0 mm. Għall-pjattaformi fin-Netwerk Ferrovjarju Konvenzjonali fejn il-binarji tat-tramm (eż. Stadtbahn jew Tram-Train) huma maħsuba li jieqfu, huwa permess għoli nominali tal-pjattaforma ta’ bejn 300 mm u 380 mm. It-tolleranzi fuq dawn id-dimensjonijiet għandhom ikunu bejn +/–20 mm. Fil-liwjiet b’radju ta’ inqas minn 500 m, huwa permess li l-għoli tal-pjattaforma jkun aktar jew inqas minn dawk speċifikati, dejjem jekk l-ewwel tarġa utilizzabbli tal-vettura tikkonforma mal-figura 11 fil-Klawżola 4.2.2.12.1” |
|
(2) |
Fil-Klawżola 4.2.2.2.2.1 “Sits ta’ prijorità. Ġenerali”, il-figura 3 hija sostitwita b’din li ġejja: “
|
|
(3) |
Fil-Klawżola 7.3.2 “Vettura Ferrovjarja”, it-tielet paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Din it-TSI ma tapplikax għal Vetturi Ferrovjarji li qed jiġu restawrati jew ameljorati skont it-termini ta’ kuntratt diġà ffirmat jew li jinsab fil-fażi finali tal-proċedura ta’ offerti fid-data ta’ dħul fis-seħħ ta’ din it-TSI.” |
|
(4) |
Fl-Anness N “Sinjalar PRM”, il-figura 1 hija sostitwita b’din li ġejja: “Figura 1 ” |
ANNESS IV
L-Anness għad-Deċiżjoni 2008/217/KE (HS INF TSI) huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
Fit-Taqsima 2.1 “Definizzjoni tad-dominju infrastrutturali” it-tieni paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Is-subsistema strutturali tal-infrastruttura tas-sistema ferrovjarja ta’ veloċità għolja trans-Ewropea tinkludi l-binarji u l-punti ta’ qlib u qsim tal-linji ta’ veloċità għolja fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni stabbilit fil-Kapitolu 1”. |
|
(2) |
Fil-Klawżola 4.2.1 “Dispożizzjonijiet ġenerali” id-disa’ paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Il-livelli ta’ prestazzjoni tal-ferroviji ta’ veloċità għolja jistgħu jittejbu billi jiġu adottati sistemi speċifiċi, bħall-inklinazzjoni tal-istruttura tal-vettura. Kundizzjonijiet speċjali huma permessi għat-tħaddim ta’ ferroviji bħal dawn, dejjem jekk dawn ma jinvolvux restrizzjonijiet għall-ferroviji ta’ veloċità għolja li mhumiex mgħammra bl-inklinazzjoni”. |
|
(3) |
Fil-Klawżola 4.2.3 “Ħxuna tal-binarji minima tal-infrastruttura” it-tielet paragrafu huwa mħassar. |
|
(4) |
Fil-Klawżola 4.2.8.1 “Defiċjenza ta’ superelevazzjoni fuq binarji sempliċi u fir-rotta diretta ta’ punti ta’ qlib u ta’ qsim”, in-nota (a) hija mħassra. |
|
(5) |
Il-Klawżola 4.2.9.2 “Il-valuri tad-disinn” hija emendata kif ġej:
|
|
(6) |
Fil-Klawżola 4.2.9.3.1 “Valuri minimi tal-ħxuna medja tal-binarji”, it-tabella hija sostitwita b’din li ġejja:
|
|
(7) |
Fil-Klawżola 4.2.11 “Inklinazzjoni tal-ferrovija”, il-punt (a) “Linja ferrovjarja sempliċi”, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “L-inklinazzjoni tal-ferrovija għal rotta partikolari għandha tingħażel mill-medda 1/20 sa 1/40”. |
|
(8) |
Fil-Klawżola 4.2.13.1 “Linji tal-kategorija I”, is-subtaqsima “Tagħbijiet lonġitudinali”, l-aħħar paragrafu jitħassar. |
|
(9) |
Il-Klawżola 4.2.14.1 hija sostitwita b’dan li ġej: “4.2.14.1. Tagħbijiet vertikali L-istrutturi għandhom jiġu mfassla sabiex jappoġġjaw tagħbijiet vertikali skont il-mudelli ta’ tagħbija li ġejjin, definiti fl-EN 1991-2:2003:
Il-mudelli ta’ tagħbija għandhom jiġu multiplikati bil-fattur alpha (α) kif stipulat fl-EN 1991-2:2003 paragrafi 6.3.2(3)P u 6.3.3(5)P. Il-valur ta’ α għandu jkun daqs jew ikbar minn 1. L-effetti tat-tagħbija mill-mudelli ta’ tagħbija għandhom jiżdiedu bil-fattur dinamiku phi (Φ) kif stipulat fl-EN 1991-2:2003 paragrafi 6.4.3(1)P u 6.4.5.2(2). Id-diflessjoni vertikali massima ta’ gverta ta’ pont ma għandhiex taqbeż il-valuri stipulati fil-paragrafu A2.4.4.2.3(1) tal-Anness A2 tal-EN 1990:2002 + EN 1990:2002/A1:2005.” |
|
(10) |
Fil-Klawżola 4.2.14.2 “Analiżi dinamika”, it-tielet paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Il-valuri massimi permessi fit-tfassil tal-ogħla veloċità tal-aċċelerazzjoni fuq gverta ta’ pont ikkalkolati fuq linja ferrovjarja ma għandhomx jaqbżu l-valuri stipulati fil-paragrafu A2.4.4.2.1(4)P tal-Anness A2 tal-EN 1990:2002 + EN 1990:2002/A1:2005. Id-disinn tal-pontijiet għandu jikkunsidra l-aktar effetti sfavorevoli jew tat-tagħbijiet vertikali speċifikati fi § 4.2.14.1 jew tal-mudell ta’ tagħbija HSLM, b’konformità mal-paragrafu 6.4.6.5(3) tal-EN 1991-2:2003.” |
|
(11) |
Il-Klawżola 4.2.14.4 hija sostitwita b’dan li ġej: “4.2.14.4 Forzi serriepa Il-forza serriepa għandha tiġi kkunsidrata fid-disinn tal-istrutturi kif stipulat fil-paragrafi 6.5.2 (2)P u (3) tal-EN 1991-2:2003. Għandha tiġi applikata kemm fuq binarji dritti kif ukoll fuq binarji b’liwjiet.” |
|
(12) |
Fil-Klawżola 4.2.14.5 “Azzjonijiet minħabba t-trazzjoni u l-ibbrejkjar (tagħbijiet lonġitudinali)”, l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Il-forzi ta’ trazzjoni u bbrejkjar għandhom jiġu kkunsidrati fid-disinjar tal-istrutturi kif stipulat fil-paragrafi 6.5.3 (2)P, (4), (5) u (6) tal-EN 1991-2:2003. Id-direzzjoni tal-forzi ta’ trazzjoni u bbrejkjar għandhom jiġu kkunsidrati fid-direzzjonijiet tal-vjaġġi permessi fuq kull binarju.” |
|
(13) |
Fil-Klawżola 4.2.18 “Karatteristiċi elettriċi”, it-tieni paragrafu huwa mħassar. |
|
(14) |
Fil-Klawżola 4.2.23.1 “Spazju laterali maġenb il-binarji” it-tieni paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Fuq linji ta’ Kategorija II u III, għandu jiġi pprovdut spazju laterali simili f’kull post fejn din id-dispożizzjoni tkun raġonevolment prattikabbli. Fejn ma jkunx jista’ jiġi pprovdut spazju, l-Impriżi Ferrovjarji għandhom jiġu mgħarrfa dwar din is-sitwazzjoni speċifika”. |
|
(15) |
Fil-Klawżola 4.7 “Kundizzjonijiet tas-saħħa u s-sikurezza”, it-tielet paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Persunal impenjat fil-manutenzjoni tas-subsistema ta’ infrastruttura ta’ veloċità għolja, meta jaħdem fuq jew viċin il-binarji, għandu jilbes ilbies li jirrifletti, bil-marka KE”. |
|
(16) |
Il-Klawżola 4.8 hija sostitwita b’dan li ġej: “4.8 Reġistru tal-infrastruttura u reġistru Ewropew tat-tipi ta’ vetturi awtorizzati Id-dejta li għandha tiġi pprovduta għar-reġistru speċifikat fl-Artikolu 35 tad-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1) hija dik indikata fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/633/UE tal-15 ta’ Settembru 2011 dwar l-ispeċifikazzjonijiet komuni tar-reġistru tal-infrastruttura ferrovjarja (*2). |
|
(17) |
Fil-Klawżola 5.3.1.1 “Profil tal-parti tal-linja ferrovjarja li tmiss mar-roti”, il-punti (a) u (b) huma sostitwiti b’dan li ġej: “(a) Linja Ferrovjarja Sempliċi Il-profil tal-parti tal-linja ferrovjarja li tmiss mar-roti għandu jingħażel mill-medda stabbilita fl-Anness A tal-EN 13674-1:2011. (b) Punti ta’ qlib u qsim: Il-profil tal-parti tal-linja ferrovjarja li tmiss mar-roti għandu jingħażel mill-medda stabbilita fl-Anness A tal-EN 13674-1:2011 u fl-Anness A tal-EN 13674-2:2006 + A1:2010.” |
|
(18) |
Il-Klawżola 5.3.1.3 hija sostitwita b’dan li ġej: “5.3.1.3. It-tip ta’ azzar (a) Linja ferrovjarja sempliċi It-tip ta’ azzar tal-binarji għandu jikkonforma mal-Kapitolu 5 tal-EN 13674-1:2011. (b) Punti ta’ qlib u qsim It-tip ta’ azzar tal-binarji għandu jikkonforma mal-Kapitolu 5 tal-EN 13674-2:2006 + A1:2010”. |
|
(19) |
Fil-Klawżola 5.3.2 “Is-sistemi ta’ rbit tal-linji ferrovjarji”, il-punt (d) huwa mħassar. |
|
(20) |
Fil-Klawżola 6.1.6.2 “Valutazzjoni tas-sistema ta’ rbit”, it-tieni inċiż huwa mħassar. |
|
(21) |
Fil-Klawżola 7.3.5 “Karatteristiċi partikolari dwar in-netwerk tal-Finlandja”, it-tabella fis-subtaqsima “Koniċità ekwivalenti” hija sostitwita b’dan li ġej:
|
|
(22) |
Fil-Klawżola 7.3.6.2, it-tieni paragrafu tas-subtaqsima “Tul minimu tal-pjattaforma” tat-Taqsima “Pjattaformi (taqsima 4.2.20)” huwa mħassar. |
|
(23) |
L-Anness A huwa emendat kif ġej:
|
|
(24) |
Fl-Anness B1, fit-Tabella B1, ir-ringiela “4.2.18 Karatteristiċi elettriċi” hija mħassra. |
|
(25) |
Fl-Anness C, it-titolu tal-kapitlu: “Modulu A: Kontroll tad-Disinn Intern b’Verifika tal-Produzzjoni” huwa sostitwit bit-titolu tal-kapitlu: “Modulu A1: Kontroll tad-Disinn Intern b’Verifika tal-Produzzjoni”. |
|
(26) |
L-Anness D huwa mħassar. |
|
(27) |
L-Anness F huwa mħassar. |
|
(28) |
Fl-Anness H, ir-raba’ linja hija mħassra. |
ANNESS V
L-Anness A għall-Anness għad-Deċiżjoni 2008/231/KE (HS OPE TSI) huwa sostitwit b’dan li ġej:
“ANNESS A
REGOLI OPERAZZJONALI TAL-ERTMS
Ir-regoli operazzjonali għall-ERTMS/ETCS u ERTMS/GSM-R huma speċifikati fid-dokument tekniku ‘Prinċipji u regoli operazzjonali tal-ERTMS — verżjoni 2’ ippubblikat fuq is-sit elettroniku tal-ERA (http://www.era.europa.eu).”.
ANNESS VI
L-Anness għad-Deċiżjoni 2008/232/KE (HS RST TSI) huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
Fil-Klawżola 3.4.3 “Kompatibbiltà Teknika”, is-Subtaqsima “paragrafu 3 tar-Rekwiżit Essenzjali 2.4.3”, it-tmintax-il inċiż tat-tieni subparagrafu huwa mħassar. |
|
(2) |
Fit-Taqsima 3.7 “Elementi tas-subsistema tal-vettura ferrovjarja relatati mar-rekwiżiti essenzjali”, l-aħħar ringiela “Reġistru tal-infrastruttura u tal-vetturi ferrovjarji” tat-tabella hija mħassra. |
|
(3) |
Fit-Taqsima 4.1 “Introduzzjoni” it-tielet paragrafu huwa sostitwit bis-sentenza li ġejja: “Il-karatteristiċi komuni tas-subsistema tal-vettura ferrovjarja huma definiti fit-taqsima 4 ta’ din it-TSI”. |
|
(4) |
Fil-Klawżola 4.2.2.5, it-tieni paragrafu huwa mħassar. |
|
(5) |
Fil-Klawżola 4.2.3.1, it-tielet paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Iċ-ċertifikat ta’ eżaminazzjoni tat-tip jew tad-disinn tal-verifika ‘KE’ tal-vettura ferrovjarja għandu jindika l-ħxuna ta’ bejn il-binarji valutata”. |
|
(6) |
Fil-Klawżola 4.2.3.3.2.1 “Ferroviji tal-Klassi 1”, is-seba’ paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Meta, għal vetturi b’roti indipendenti li jduru, ma tkunx possibbli l-inibizzjoni ta’ sistemi ta’ twissija foloz billi jintuża n-numru ta’ identifikazzjoni tal-ferrovija, għandha tingħata prijorità lis-sistema ta’ detezzjoni abbord jekk ikunu sorveljati l-berings kollha tar-roti”. |
|
(7) |
Fil-Klawżola 4.2.3.3.2.3.2 “Rekwiżiti funzjonali għall-vettura”, it-tielet paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Bħala alternattiva għal dan ir-rekwiżit dwar il-livelli ta’ skattaturi tas-sistemi ta’ twissija, huwa permissibbli permezz ta’ ftehim reċiproku bejn il-maniġer tal-infrastruttura u l-impriża ferrovjarja sabiex jiġu identifikati l-ferroviji bis-sistemi ta’ identifikazzjoni tal-ferroviji u jintużaw livelli speċifiċi ta’ skattaturi ta’ sistemi ta’ twissija kif ikun maqbul, li jkunu differenti mil-livelli msemmija aktar ’il fuq.” |
|
(8) |
Fil-Klawżola 4.2.3.4.3 “Il-valuri ta’ limitu tat-tagħbija tal-binarji”, il-punt (b) “Tagħbija lonġitudinali”, ir-raba’ paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “każ 2: għal każijiet ta’ bbrejkjar oħrajn, bħal ibbrejkjar normali tas-servizz għat-tnaqqis tal-veloċità jew ibbrejkjar mhux ripetittiv għal waqfa, jew ibbrejkjar ripetittiv għal kontroll tal-veloċità, l-użu tal-brejk u l-forza tal-ibbrejkjar massima permessa għandhom jiġu determinati mill-maniġer tal-infrastruttura għal kull linja kkonċernata. Kwalunkwe limitazzjoni fuq il-forza tal-ibbrejkjar definita fil-Klawżola 4.2.4.5 għandha tiġi ġustifikata u kkunsidrata fir-regoli operazzjonali”. |
|
(9) |
Fil-Klawżola 4.2.3.4.5 “Disinjar għall-istabbiltà tal-vettura”, it-tielet paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Għandha tiġi speċifikata u ċertifikata l-medda ta’ valuri ta’ veloċità u koniċità li għalihom hija mfassla l-vettura sabiex tkun stabbli”. |
|
(10) |
Fil-Klawżola 4.2.3.4.7 “Valuri ta’ disinn għall-profili tar-roti”, fit-tabella 4, it-test fil-kolonna “profil tal-parti tal-linja ferrovjarja li tmiss mar-roti” għar-ringieli tal-“kundizzjoni tat-test Nru” 5 u 6 huwa sostitwit b’dan li ġej: “sezzjoni ferrovjarja 60 E 2 definita fl-EN 13674-1:2003/A1:2007”. |
|
(11) |
Il-Klawżola 4.2.3.7 hija sostitwita b’dan li ġej: “4.2.3.7 Radju minimu tal-liwjiet Dan il-parametru huwa interfaċċja b’subsistema ta’ infrastruttura ta’ veloċità għolja fis-sens li, min-naħa, il-liwjiet minimi li għandhom jiġu kkunsidrati huma definiti għall-binarji ferrovjarji ta’ veloċità għolja (fuq il-bażi tad-defiċjenza ta’ superelevazzjoni) u min-naħa l-oħra, għall-istabbilizzazzjoni tal-binarji ferrovjarji. Għandha ssir referenza għall-Klawżoli 4.2.6 u 4.2.24.3 tat-TSI tal-Infrastruttura ta’ Veloċità Għolja tal-2006”. |
|
(12) |
Fil-Klawżola 4.2.4.5 “Brejkijiet b’belligħat żgħar tal-kurrent”, l-ewwel inċiż tat-tieni paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(13) |
Fil-Klawżola 4.2.4.5 “Brejkijiet b’belligħat żgħar tal-kurrent”, it-tieni inċiż tat-tieni paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(14) |
Il-Klawżola 4.2.6.1 hija sostitwita b’dan li ġej: “4.2.6.1 Kundizzjonijiet ambjentali Il-vettura ferrovjarja u l-partijiet kostitwenti kollha tagħha għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ din it-TSI fiż-żoni klimatiċi T1 jew T2 jew T3 kif inhu speċifikat fl-EN50125-1:1999 fejn hija maħsuba li titħaddem”. |
|
(15) |
Fil-Klawżola 4.2.6.2.2 “Tagħbijiet ajrudinamiċi fuq passiġġiera fuq pjattaforma”, subtaqsima “Kundizzjonijiet tat-test”, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Jekk il-valutazzjoni tirnexxi għal għoli ta’ pjattaforma ta’ 240 mm jew inqas, il-ferrovija għandha titqies aċċettabbli għal-linji kollha”. |
|
(16) |
Fil-Klawżoli 4.2.7.2.2. “Miżuri għall-prevenzjoni ta’ nirien”, it-tielet paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Ir-rekwiżiti ta’ konformità huma indirizzati fil-Klawżola 7.1.7”. |
|
(17) |
Fil-Klawżola 4.2.7.4.2.1 “Ħornijiet — Ġenerali”, it-test li ġej huwa miżjud wara l-punt (d): “jew
|
|
(18) |
Fil-Klawżola 4.2.7.4.2.5 “Ħornijiet — Rekwiżiti kostitwenti tal-interoperabbiltà”, it-test li ġej huwa miżjud: “jew 660 Hz ± 30 Hz” |
|
(19) |
Fil-Klawżola 4.2.8.3.6.1 “Forza ta’ kuntatt tal-pantograf”, il-punt (b) “Aġġustament tal-forza ta’ kuntatt medja tal-pantograf u integrazzjoni fis-Subsistema tal-Vettura Ferrovjarja”, il-ħames paragrafu huwa mħassar. |
|
(20) |
Fil-Klawżola 4.2.10.1 “Responsabbiltajiet”, il-ħames paragrafu huwa mħassar. |
|
(21) |
Fil-Klawżola 4.2.10.2.2 “Id-Dokumentazzjoni tal-Manutenzjoni” ir-raba’ inċiż tal-ewwel paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Limiti rilevanti għas-sikurezza/interoperabbiltà: Għall-komponenti jew il-partijiet rilevanti għas-sikurezza jew l-interoperabbiltà skont din it-TSI, dan id-dokument għandu jagħti limiti li jistgħu jitkejlu li ma għandhomx jinqabżu matul is-servizz (inkluż matul it-tħaddim f’modalità degradada)”. |
|
(22) |
Fil-Klawżola 4.2.10.3 “Ġestjoni tal-fajl tal-manutenzjoni”, l-ewwel inċiż tar-raba’ paragrafu huwa mħassar. |
|
(23) |
Fil-Klawżola 4.2.10.4 “Ġestjoni tat-tagħrif dwar il-manutenzjoni”, l-ewwel inċiż huwa mħassar. |
|
(24) |
It-taqsima 4.8 hija sostitwita b’dan li ġej: “4.8 Reġistru tal-infrastruttura u reġistru Ewropew tat-tipi ta’ vetturi awtorizzati Id-dejta li għandha tiġi pprovduta għar-reġistru speċifikat fl-Artikolu 34 tad-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1) hija dik indikata fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/665/UE tal-4 ta’ Ottubru 2011 dwar ir-reġistru Ewropew tat-tipi ta’ vetturi ferrovjarji awtorizzati (*2). |
|
(25) |
Il-Klawżola 7.1.3 hija sostitwita b’dan li ġej: “7.1.3 Ferroviji ġodda ta’ disinn eżistenti mhux ċertifikat għall-verżjoni preċedenti (2002) tal-HS RST TSI Għal vetturi ferrovjarji mibnijin ġodda ta’ disinn eżistenti, fil-każ ta’ vettura ferrovjarja ta’ klassi 2, li ma kienx fil-kamp ta’ appliazzjoni tal-verżjoni preċedenti (2002) tal-HS RST TSI, huwa permess li matul perjodu tranżitorju ta’ 4 snin li jibda mid-data ta’ applikzzjoni ta’ din it-TSI, (jiġifieri l-1 ta’ Settembru 2008), jiġi awtorizzat li dawn il-vetturi ferrovjarji jitqiegħdu fis-servizz mingħajr applikazzjoni ta’ din l-HS RST TSI. F’dan il-każ, għandhom ikunu japplikaw ir-regoli nazzjonali notifikati. Wara tmien il-perjodu tranżitorju ta’ 4 snin, għandha titwettaq valutazzjoni tal-konformità ma’ din l-HS RST TSI sabiex il-vetturi ferrovjarji mibnijin ġodda kkonċernati jitqiegħdu fis-servizz. Disinn eżistenti kif imsemmi fil-Klawżoli 7.1.2 u 7.1.3. huwa disinn partikolari li diġà kien qed jintuża sabiex jiġi prodott tip ta’ vetturi ferrovjarji li diġà ġew awtorizzati li jitqiegħdu fis-servizz fi Stat Membru qabel id-data ta’ applikazzjoni ta’ din it-TSI.” |
|
(26) |
Il-Klawżola 7.1.8.2 hija sostitwita b’dan li ġej: “7.1.8.2 Ftehimiet fil-ġejjieni Kull ftehim jew modifika fil-ġejjieni ta’ ftehim eżistenti, b’mod partikolari dawk li jinkludu l-akkwist ta’ vetturi ferrovjarji li d-disinn tagħhom mhuwiex ċertifikat skont it-TSIs, għandhom jikkunsidraw il-leġiżlazzjoni tal-UE u din it-TSI. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar it-tali ftehimiet/modifiki. Imbagħad tkun tapplika l-istess proċedura kif stipulata fil-Klawżola 7.1.8.1”. |
|
(27) |
Fil-Klawżola 7.3.2.7 “Rilevaturi tal-kaxxa ta’ fus jaħraq għal ferroviji tal-Klassi 2 [Klawżola 4.2.3.3.2.3]”, is-subtaqsima “Rekwiżiti funzjonali għall-vettura” hija sostitwita b’dan li ġej: “ Rekwiżiti funzjonali għall-vettura Huwa mitlub ftehim reċiproku bejn il-maniġer tal-infrastruttura u l-impriża ferrovjarja sabiex jiġu identifikati l-ferroviji permezz tas-sistemi ta’ identifikazzjoni tal-ferroviji u l-użu ta’ livelli speċifiċi ta’ skattaturi tas-sistemi ta’ twissija”. |
|
(28) |
Fil-Klawżola 7.3.2.10. “Tul massimu tal-ferroviji [4.2.3.5]”, is-subtaqsima “Każ speċifiku għar-Renju Unit” hija sostitwita b’dan li ġej: “ Każ speċifiku għar-Renju Unit Kategorija ‘P’- permanenti It-TSI tal-Infrastruttura ta’ Veloċità Għolja tal-2006 fiha każ speċifiku għan-netwerk tar-Renju Unit fejn teħtieġ li l-pjattaformi fuq linji ameljorati jkollhom tul utilizzabbli ta’ tal-inqas 300 m. It-tul tal-ferroviji ta’ veloċità għolja maħsuba sabiex jitħaddmu fin-netwerk tar-Renju Unit għandu jkun kompatibbli mat-tul tal-pjattaformi li fihom huma maħsuba li jieqfu”. |
|
(29) |
Fil-Klawżola 7.3.2.19. “Il-Pantograf [4.2.8.3.6]”, is-subtaqsima “Każ speċifiku għall-ferroviji li jaħdmu fin-netwerk tar-Renju Unit” hija sostitwita b’dan li ġej: “ Każ speċifiku għall-ferroviji li jaħdmu fin-netwerk tar-Renju Unit Kategorija ‘P’- permanenti Għal-linji ferrovjarji fil-Kategoriji II u III, il-partijiet ta’ fuq tal-pantograf ma għandux ikollhom ħornijiet iżolati, sakemm dan ma jkunx permess għal rotot speċifiċi. Għal-linji ferrovjarji fil-Kategoriji II u III, il-medda ta’ konduzzjoni tal-parti ta’ fuq tal-pantograf għandha tkun ta’ 1 300 mm. Il-pantografi għandu jkollhom medda ta’ ħidma ta’ 2,1 m. Il-partijiet ta’ fuq tal-pantograf għandu jkollhom wisa’ massima matul il-binarji ferrovjarji ta’ 400 mm”. |
|
(30) |
Fil-Klawżola 7.3.2.19. “Il-Pantograf [4.2.8.3.6]”, is-subtaqsima “L-Envelopp tal-Pantograf”, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Fil-veloċitajiet kollha sal-veloċità tal-linja ferrovjarja; superelevazzjoni massima; veloċità massima tar-riħ li fih huwa possibbli tħaddim mingħajr restrizzjonijiet, u veloċità estrema tar-riħ:” |
|
(31) |
L-Anness F huwa emendat kif ġej:
|
|
(32) |
L-Anness I huwa mħassar. |
|
(33) |
Fl-Anness N, il-figura N1 hija sostitwita b’dan li ġej: “ Figura N1 Spettru tal-limitu ta’ ħruxija akustika tal-ferrovija tal-binarju ferrovjarju ta’ referenza Tifsira
|
|
(34) |
Fl-Anness P, il-parti P.1. “Introduzzjoni”, l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Dan l-Anness jiddeskrivi l-proċedura li għandha tiġi segwita sabiex jiġi determinat it-tnaqqis fil-veloċità ai (m/s2) għall-medda ta’ veloċità [vi-1, vi] fil-kundizzjonijiet degradati tal-każ B fit-tabella 6 tal-Klawżola 4.2.4.1 ta’ din it-TSI u d-distanzi massimi ta’ waqfien korrispondenti fit-Tabella 7 tal-Klawżola 4.2.4.1 ta’ din it-TSI”. |
ANNESS VII
L-Anness għad-Deċiżjoni 2008/284/KE (HS ENE TSI) huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
Fil-Klawżola 4.2.2 “Il-vultaġġ u l-frekwenza”, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Il-vultaġġ u l-frekwenza fit-terminali tas-substazzjoni u fil-pantograf għandhom jikkonformaw mal-Klawżola 4 tal-EN 50163:2004. Il-konformità għandha tintwera permezz ta’ eżami tad-disinn”. |
|
(2) |
Fil-Klawżola 4.2.3, “Il-prestazzjoni tas-sistema u l-enerġija installata”, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Id-disinn tas-subsistema tal-Enerġija għandu jiżgura l-abbiltà li l-provvista tal-enerġija tilħaq il-prestazzjoni speċifikata”. |
|
(3) |
Fil-Klawżola 4.2.4 “Ibbrejkjar riġenerattiv”, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Is-sistemi ta’ provvista tal-enerġija DC mhumiex meħtieġa li jitfasslu sabiex jippermettu l-użu ta’ bbrejkjar riġenerattiv bħala brejk tas-servizz”. |
|
(4) |
Fil-Klawżola 4.2.6 “Kompatibbiltà elettromanjetika esterna”, l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Il-kompatibbiltà elettromanjetika esterna mhijiex karatteristika speċifika tan-netwerk ferrovjarji ta’ veloċità għolja trans-Ewropew. L-installazzjonijiet tal-provvista tal-enerġija għandhom jikkonformaw mal-EN 50121-2:2006 sabiex jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha li jikkonċernaw il-kompatibbiltà elettromanjetika”. |
|
(5) |
Fil-Klawżola 4.2.9.2 “Ġometrija tal-linja ta’ kuntatt fl-għoli”, ir-raba’ paragrafu huwa mħassar. |
|
(6) |
Fil-Klawżola 4.2.10 “Konformità tas-sistema tal-linja ta’ kuntatt fl-għoli mal-ħxuna tal-infrastruttura” l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Id-disinn tas-sistema tal-linja ta’ kuntatt fl-għoli għandu jikkonforma mal-ħxuna tal-infrastruttura definita fil-Klawżola 4.2.3 tat-TSI tal-Infrastruttura ta’ Veloċità Għolja. Id-disinn tal-linja ta’ kuntatt fl-għoli għandu jikkonforma mal-pakkett kinematiku tal-vetturi”. |
|
(7) |
Fil-Klawżola 4.2.15 “Forza ta’ kuntatt medja” is-seba’ paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Barra minn hekk, linji ferrovjarji ġodda jistgħu jippermettu l-użu ta’ Pantografi wara l-liwjiet C1 jew C2. Il-linji eżistenti jistgħu jeħtieġu l-użu ta’ pantografi wara l-liwjiet C1 jew C2”. |
|
(8) |
Fil-Klawżola 4.2.20 “Kapaċità kurrenti, sistemi DC, ferroviji weqfin”, ir-raba’ paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Għandha titwettaq valutazzjoni tal-konformità skont l-Anness A.4.1 tal-EN 50367:2006”. |
|
(9) |
Il-Klawżola 4.2.21 “Sezzjonijiet ta’ separazzjoni tal-fażijiet” hija emendata kif ġej:
|
|
(10) |
Fil-Klawżola 4.2.22.1 it-tielet paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Il-Maniġers tal-Infrastrutturi ġirien għandhom jaqblu jew fuq il-punt (a) jew fuq il-punt (b) skont iċ-ċirkostanzi prevalenti”. |
|
(11) |
Fil-Klawżola 4.2.23 “Arranġamenti ta’ Koordinazzjoni tal-Protezzjoni Elettrika”, l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Id-disinn ta’ koordinazzjoni tal-protezzjoni elettrika tas-subsistema tal-Enerġija għandu jikkonforma mar-rekwiżiti dettaljati fl-EN 50388:2005, il-Klawżola 11”. |
|
(12) |
Il-Klawżola 4.2.25 hija sostitwita b’dan li ġej: “4.2.25 L-Armonika u l-Effetti Dinamiċi Is-subsistema ta’ Enerġija ta’ Veloċità Għolja għandha tkun tiflaħ għal vultaġġi żejda ġġenerati mill-armonika tal-vettura ferrovjarja sal-limiti speċifikati fil-Klawżola 10.4 tal-EN 50388:2005 għall-provvista tal-AC. Il-valutazzjoni tal-konformità għandha tikkonsisti fi studju tal-kompatibbiltà li juri li l-element tas-subsistema jista’ jiflaħ għall-armonika sal-limiti definiti skont il-Klawżola 10 tal-EN 50388:2005. Il-valutazzjoni tal-konformità għandha titwettaq skont il-Klawżola 10 tal-EN 50388:2005”. |
|
(13) |
It-taqsima 4.8 hija sostitwita b’dan li ġej: “4.8 Reġistru tal-infrastruttura u reġistru Ewropew tat-tipi ta’ vetturi awtorizzati Id-dejta li għandha tiġi pprovduta għar-reġistru speċifikat fl-Artikolu 35 tad-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1) hija dik indikata fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/633/UE tal-15 ta’ Settembru 2011 dwar l-ispeċifikazzjonijiet komuni tar-reġistru tal-infrastruttura ferrovjarja (*2). |
|
(14) |
Fil-Klawżola 6.2.2.1 “Ġenerali”, l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Għall-proċedura ta’ valutazzjoni tas-subsistema tal-Enerġija, l-Entità Kontraenti jew ir-rappreżentant awtorizzat tagħha stabbilit fl-Unjoni, jistgħu jagħżlu waħda minn dawn:
|
|
(15) |
L-Anness D huwa mħassar. |
|
(16) |
L-Anness E huwa mħassar. |
ANNESS VIII
Fl-Anness għad-Deċiżjoni 2011/229/UE (CR Noise TSI), il-Klawżola 4.8.2 hija sostitwita b’dan li ġej:
“4.8.2. Ir-reġistru Ewropew tat-tipi ta’ vetturi awtorizzati
Id-dejta li għandha tiġi pprovduta għar-reġistru speċifikat fl-Artikolu 34 tad-Direttiva 2008/57/KE hija dik indikata fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/665/UE tal-4 ta’ Ottubru 2011 dwar ir-reġistru Ewropew tat-tipi ta’ vetturi ferrovjarji awtorizzati (*1).
ANNESS IX
L-Anness għad-Deċiżjoni 2011/274/UE (CR ENE TSI) huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
Fil-Klawżola 4.1 “Introduzzjoni”, it-tielet paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Meta jitqiesu r-rekwiżiti essenzjali applikabbli kollha, is-subsistema tal-enerġija hija kkaratterizzata mill-ispeċifikazzjonijiet stipulati fil-Klawżoli 4.2 sa 4.7”. |
|
(2) |
Fil-Klawżola 4.2.3 “Il-vultaġġ u l-frekwenza”, ir-raba’ paragrafu huwa mħassar. |
|
(3) |
Fil-Klawżola 4.2.4.1 “Il-kurrent massimu tal-ferrovija”, l-ewwel paragrafu huwa mħassar. |
|
(4) |
Fil-Klawżola 4.2.6 “Il-kapaċità tal-kurrent, is-sistemi ta’ kurrent dirett (DC), il-ferroviji weqfin”, it-tielet paragrafu huwa mħassar. |
|
(5) |
Fil-Klawżola 4.2.7 “L-ibbrejkjar riġenerattiv”, it-tielet paragrafu huwa mħassar. |
|
(6) |
Fil-Klawżola 4.2.13.1 “L-għoli tal-wajer ta’ kuntatt”, il-ħames paragrafu huwa mħassar. |
|
(7) |
Fil-Klawżola 4.2.13.3 “Id-devjazzjoni laterali”, ir-raba’ paragrafu huwa mħassar. |
|
(8) |
Fil-Klawżola 4.2.17 “L-ispazjar tal-pantografi”, l-aħħar paragrafu (it-test wara t-tabella 4.2.17) huwa mħassar. |
|
(9) |
Fil-Klawżola 4.2.18 “Il-materjal tal-wajer ta’ kuntatt”, it-tielet paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Għal-linji AC, il-wajer ta’ kuntatt għandu jkun imfassal b’tali mod li jippermetti l-użu ta’ strixxi ta’ kuntatt magħmula mill-karbonju sempliċi (il-Klawżola 4.2.8.2.9.4.2 tas-CR LOC&PAS TSI).” |
|
(10) |
Fil-Klawżola 4.2.19 “Is-sezzjonijiet ta’ separazzjoni tal-fażijiet”, ir-raba’ paragrafu huwa mħassar. |
|
(11) |
Fil-Klawżola 4.2.20.1 “Ġenerali”, it-tielet paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Il-Maniġers Infrastrutturali ġirien għandhom jaqblu fuq (a) jew fuq (b) skont iċ-ċirkostanzi prevalenti.” |
|
(12) |
Fil-Klawżola 4.2.20.2 “Il-pantografi mgħollijin ’il fuq”, it-tieni paragrafu huwa mħassar. |
|
(13) |
Il-Klawżoli 4.4.2.1 u 4.4.2.2. huma sostitwiti b’dan li ġej “4.4.2.1. F’kundizzjonijiet normali, sabiex ikun hemm konformità mal-Klawżola 4.2.4.1, il-kurrent permissibbli massimu tal-ferrovija ma għandux jaqbeż il-valur li jinsab fir-Reġistru tal-Infrastruttura. 4.4.2.2. F’kundizzjonijiet mhux tas-soltu, il-kurrent permissibbli massimu tal-ferrovija jista’ jkun aktar baxx. Il-Maniġer tal-Infrastruttura għandu javża lill-Impriżi Ferrovjarji dwar il-varjazzjoni”. |
|
(14) |
Il-Klawżola 4.8 hija sostitwita b’dan li ġej: “4.8 Reġistru tal-infrastruttura u reġistru Ewropew tat-tipi ta’ vetturi awtorizzati Id-dejta li għandha tiġi pprovduta għar-reġistru speċifikat fl-Artikolu 35 tad-Direttiva 2008/57/KE hija dik indikata fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/633/UE tal-15 ta’ Settembru 2011 dwar l-ispeċifikazzjonijiet komuni tar-reġistru tal-infrastruttura ferrovjarja (*1). |
|
(15) |
Fil-Klawżola 7.4.1 “Introduzzjoni”, il-ħames paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Subsistema eżistenti tista’ tippermetti ċ-ċirkolazzjoni tal-vetturi li jikkonformaw mat-TSI filwaqt li jilħqu r-rekwiżiti essenzjali tad-Direttiva 2008/57/KE. F’dan il-każ, fuq bażi volontarja, il-maniġer tal-infrastruttura għandu jkun kapaċi juri l-konformità tas-subsistema eżistenti mal-parametri bażiċi ta’ din it-TSI” |
|
(16) |
Il-Klawżola 7.4.4 hija sostitwita b’dan li ġej: “7.4.4. Is-subsistemi eżistenti li mhumiex soġġetti għal proġett ta’ restawrar jew ameljoramenti Subsistema f’operazzjoni kurrenti tista’ tippermetti lill-ferroviji li jikkonformaw mar-rekwiżiti tat-TSIs tal-vetturi ferrovjarji HS u CR sabiex joperaw filwaqt li jilħqu r-rekwiżiti essenzjali”. |
|
(17) |
L-Anness C huwa mħassar. |
|
(18) |
L-Anness D huwa mħassar. |
ANNESS X
L-Anness għad-Deċiżjoni 2011/275/UE (CR INF TSI) huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
Fit-taqsima 4.2.1 “Kategoriji tal-Linji tat-TSI”, il-punt (4) huwa mħassar. |
|
(2) |
Fit-taqsima 4.2.2 “Parametri tal-prestazzjoni”, il-punti (6), (7) u (8) huma mħassra. |
|
(3) |
It-taqsima 4.2.3.2 “Rekwiżiti għall-Parametri Bażiċi” hija emendata kif ġej:
|
|
(4) |
Fit-taqsima 4.2.4.2 “Distanza bejn iċ-ċentri tal-binarji”, il-punt (3) huwa mħassar. |
|
(5) |
Fit-taqsima 4.2.4.3, il-punti (9) u (10) huma mħassra. |
|
(6) |
Fit-taqsima 4.2.4.4 “Raġġ minimu ta’ kurva orizzontali”, il-punt (5) huwa mħassar. |
|
(7) |
Fit-taqsima 4.2.5.1 “Qies standard nominali tal-binarju”, il-punt (2) huwa mħassar. |
|
(8) |
Fit-taqsima 4.2.5.2 “Pożizzjoni mżerżqa”, il-punt (2) huwa mħassar. |
|
(9) |
Fit-taqsima 4.2.5.7.1 “Linja sempliċi”, il-punt (3) huwa mħassar. |
|
(10) |
It-taqsima 4.2.7.2.2 “Kompatibilità mas-sistemi tal-ibbrejkjar” hija emendata kif ġej:
|
|
(11) |
Fit-taqsima 4.2.10.1 “Tul utilizzabbli tal-pjattaformi”, il-punt (3) huwa mħassar. |
|
(12) |
Fit-taqsima 4.2.12.1 “Markaturi tad-distanza”, il-punt (2) huwa mħassar. |
|
(13) |
Fit-taqsima 4.2.13.1 “Ġenerali”, il-punt (2) huwa mħassar. |
|
(14) |
It-taqsima 4.8 hija sostitwita b’dan li ġej: “4.8 Reġistru tal-infrastruttura u reġistru Ewropew tat-tipi ta’ vetturi awtorizzati Id-dejta li għandha tiġi pprovduta għar-reġistru speċifikat fl-Artikolu 35 tad-Direttiva 2008/57/KE hija dik indikata fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/633/UE tal-15 ta’ Settembru 2011 dwar l-ispeċifikazzjonijiet komuni tar-reġistru tal-infrastruttura ferrovjarja (*1). |
|
(15) |
Fit-taqsima 5.3.1.1 “Il-profil tal-parti tal-linja ferrovjarja li tmiss mar-roti”, il-punt (2) huwa mħassar. |
|
(16) |
Fit-taqsima 6.1.4.2 “Id-dikjarazzjoni tal-KE tal-konformità għal-linja ferrovjarja hija mħassra. |
|
(17) |
It-taqsima 6.5 “Valutazzjoni tar-Reġistru tal-Infrastruttura” hija mħassra. |
|
(18) |
It-taqsima 7.3.4 “Linji eżistenti li mhumiex suġġetti għal proġett ta’ rinnovazzjoni jew ta’ aġġornament” hija emedata kif ġej:
|
|
(19) |
Fit-taqsima 7.6.3.1 “Il-parametri ta’ prestazzjoni (4.2.2)”, il-punt (6) huwa mħassar. |
|
(20) |
Fit-taqsima 7.6.10.1 “Qies minimu tal-istrutturi (4.2.4.1)”, il-punt (4) huwa mħassar. |
|
(21) |
L-Anness D huwa mħassar. |
ANNESS XI
L-Anness għad-Deċiżjoni 2011/291/UE (CR Loc&Pas TSI) huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
Fil-Klawżola 4.1.1 “Ġenerali”, il-ħames paragrafu huwa mħassar. |
|
(2) |
Fil-Klawżola 4.2.2.2.3 “Igganċjar tat-truf”, it-tieni inċiż tal-ewwel paragrafu tas-Subklawżola (a) “Igganċjar tat-truf — Ġenerali” huwa mħassar. |
|
(3) |
Fil-Klawżola 4.2.2.10 “Kundizzjonijiet ta’ tagħbija u massa miżuna”, is-seba’ paragrafu huwa mħassar. |
|
(4) |
Fil-Klawżola 4.2.3.1 “Kejl tal-ħxuna tal-binarji”, is-sitt u s-seba’ paragrafi huma mħassra. |
|
(5) |
Fil-Klawżola 4.2.3.3.1 “Karatteristiċi tal-vettura ferrovjarja għall-kompatibbiltà mas-sistemi ta’ detezzjoni tal-ferrovija”, it-tieni paragrafu huwa mħassar. |
|
(6) |
Fil-Klawżola 4.2.4.5.2. “Ibbrejkjar ta’ emerġenza”, is-Subklawżola “Kalkolu tat-tnaqqis tal-veloċità” is-sitt paragrafu (jiġifieri, “għal kull kundizzjoni ta’ tagħbija … ta’ din it-TSI”) huwa mħassar. |
|
(7) |
Il-Klawżola 4.2.4.5.4 “Kalkoli relatati mal-kapaċità termali” hija emendata kif ġej:
|
|
(8) |
Fil-Klawżola 4.2.4.5.5 “Brejk tal-ipparkjar”, it-tielet paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Il-prestazzjoni tal-brejk tal-ipparkjar tal-unità (ferrovija jew vettura) għandha tiġi kkalkolata kif definit fl-EN14531-6:2009 standard.” |
|
(9) |
Fil-Klawżola 4.2.5.9 “Kwalità tal-arja interna”, it-tieni subparagrafu tat-tieni inċiż tat-tieni paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Jekk din id-dispożizzjoni ta’ emerġenza tkun żgurata permezz ta’ ventilazzjoni forzata pprovduta bil-batterija, għandu jitwettaq tkejjil sabiex jiġi definit kemm il-livell tas-CO2 idum taħt l-10 000 ppm, billi tiġi ssppponuta tagħbija tal-passiġġiera miġjuba mill-kundizzjoni tat-tagħbija ‘massa mfassla f’tagħbija normali’. Id-durabilità ma għandhiex tkun ta’ inqas minn 30 minuta”. |
|
(10) |
Fil-Klawżola 4.2.6.1 “Kundizzjonijiet ambjentali”, is-sitt paragrafu huwa mħassar. |
|
(11) |
Fil-Klawżola 4.2.6.1.1 “Altitudni”, it-tieni paragrafu huwa mħassar. |
|
(12) |
Fil-Klawżola 4.2.6.1.2 “Temperatura”, it-tieni paragrafu huwa mħassar. |
|
(13) |
Fil-Klawżola 4.2.6.1.5 “Borra u silġ”, is-sitt paragrafu huwa mħassar. |
|
(14) |
Fil-Klawżola 4.2.8.1.2 “Rekwiżiti fuq il-prestazzjoni”, il-ħames paragrafu huwa mħassar. |
|
(15) |
Fil-Klawżola 4.2.8.2.2 “Tħaddim fi ħdan il-medda ta’ vultaġġi u frekwenzi”, it-tielet paragrafu huwa mħassar. |
|
(16) |
Fil-Klawżola 4.2.8.2.4 “Enerġija u kurrent massimi mil-linja ta’ kuntatt fl-għoli”, it-tielet paragrafu huwa mħassar. |
|
(17) |
Fil-Klawżola 4.2.8.2.5 “Kurrent massimu f’waqfa għal sistemi DC”, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Il-valuri ta’ limitu huma speċifikati fil-Klawżola 4.2.6 tat-TSI tal-enerġija tas-CR”. |
|
(18) |
Fil-Klawżola 4.2.8.2.8 “Funzjoni ta’ tkejjil tal-konsum tal-enerġija”, it-tielet paragrafu huwa mħassar. |
|
(19) |
Fil-Klawżola 4.2.8.2.9.2 “ĠOMETRIJA TAL-PARTI TA’ FUQ TAL-PANTOGRAF (LIVELL IC)”, it-tieni paragrafu huwa mħassar. |
|
(20) |
Fil-Klawżola 4.2.10.1 “Ġenerali u kategorizzazzjoni”, ir-raba’ paragrafu huwa mħassar. |
|
(21) |
Il-Klawżola 4.8 hija sostitwita b’dan li ġej: “4.8 Reġistru tal-infrastruttura u reġistru Ewropew tat-tipi ta’ vetturi awtorizzati Id-dejta li għandha tiġi pprovduta għar-reġistru speċifikat fl-Artikolu 34 tad-Direttiva 2008/57/KE hija dik indikata fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/665/UE tal-4 ta’ Ottubru 2011 dwar ir-reġistru Ewropew tat-tipi ta’ vetturi ferrovjarji awtorizzati (*1). |
ANNESS XII
L-Appendiċi A tal-Anness għad-Deċiżjoni 2011/314/UE (CR OPE TSI), huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Appendiċi A
Regoli operazzjonali tal-ERTMS
Ir-regoli operazzjonali għall-ERTMS/ETCS u ERTMS/GSM-R huma speċifikati fid-dokument tekniku “Prinċipji u regoli operazzjonali tal-ERTMS — verżjoni 2” ippubblikat fuq is-sit elettroniku tal-ERA (http://www.era.europa.eu).”