This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012D0272
2012/272/EU: Council Decision of 14 May 2012 on the signing, on behalf of the Union, of the Framework Agreement on Partnership and Cooperation between the European Union and its Member States, of the one part, and the Republic of the Philippines, of the other part
2012/272/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 14 ta’ Mejju 2012 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim Qafas dwar Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Filippini, min-naħa l-oħra
2012/272/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 14 ta’ Mejju 2012 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim Qafas dwar Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Filippini, min-naħa l-oħra
ĠU L 134, 24.5.2012, p. 3–3
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
24.5.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 134/3 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-14 ta’ Mejju 2012
dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim Qafas dwar Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Filippini, min-naħa l-oħra
(2012/272/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 79(3), 91, 100, 191(4), 207 u 209 flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Fil-25 ta’ Novembru 2004, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tinnegozja Ftehim Qafas mar-Repubblika tal-Filippini dwar Sħubija u Kooperazzjoni (“il-Ftehim”). |
(2) |
Id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Parti Tlieta, Titolu V tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jorbtu lir-Renju Unit u lill-Irlanda bħala Partijiet Kontraenti separati, u mhux bħala parti mill-Unjoni Ewropea, sakemm l-Unjoni Ewropea flimkien mar-Renju Unit u/jew l-Irlanda ma jkunux innotifikaw b’mod konġunt lir-Repubblika tal-Filippini li r-Renju Unit jew l-Irlanda jintrabtu bħala parti mill-Unjoni Ewropea f’konformità mal-Protokoll (Nru 21) dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Jekk ir-Renju Unit u/jew l-Irlanda ma jibqgħux marbutin bħala parti mill-Unjoni Ewropea f’konformità mal-Artikolu 4a tal-Protokoll (Nru 21), l-Unjoni Ewropea flimkien mar-Renju Unit u/jew l-Irlanda għandha/għandhom tinforma/jinformaw immedjatament lir-Repubblika tal-Filippini bi kwalunkwe bidla fil-pożizzjoni tagħha/tagħhom f’liema każ hija/huma tibqa’/jibqgħu marbuta/marbutin bid-dispożizzjonijiet tal-Ftehim indipendentement. L-istess japplika għad-Danimarka f’konformità mal-Protokoll (Nru 22) dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness ma’ dawk it-Trattati. |
(3) |
Fejn ir-Renju Unit u/jew l-Irlanda ma jkunux ipprovdew in-notifika meħtieġa taħt l-Artikolu 3 tal-Protokoll (Nru 21) dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja, huma ma jiħdux sehem fl-adozzjoni mill-Kunsill ta’ din id-Deċiżjoni sal-punt li hi tkopri dispożizzjonijiet skont il-Parti Tlieta, Titolu V tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. L-istess japplika għad-Danimarka f’konformità mal-Protokoll (Nru 22) dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness ma’ dawk it-Trattati. |
(4) |
Il-Ftehim għandu jiġi ffirmat, soġġett għall-konklużjoni tiegħu f’data aktar tard, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-iffirmar tal-Ftehim Qafas dwar Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Filippini, min-naħa l-oħra, huwa b’dan awtorizzat f’isem l-Unjoni, soġġett għall-konklużjoni ta’ dan il-Ftehim (1).
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat jinnomina l-persuna/persuni bis-setgħa li tiffirma/jiffirmaw il-Ftehim f’isem l-Unjoni.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Mejju 2012.
Għall-Kunsill
Il-President
C. ASHTON
(1) It-test tal-Ftehim ser jiġi ppubblikat flimkien mad-deċiżjoni dwar il-konklużjoni tiegħu.