This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32011R1216
Commission Implementing Regulation (EU) No 1216/2011 of 24 November 2011 amending Commission Regulation (EU) No 691/2010 laying down a performance scheme for air navigation services and network functions Text with EEA relevance
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1216/2011 tal- 24 ta’ Novembru 2011 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni Nru 691/2010 li jistabbilixxi skema ta' prestazzjoni għal servizzi ta' navigazzjoni bl-ajru u funzjonijiet tan-netwerk Test b’relevanza għaż-ŻEE
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1216/2011 tal- 24 ta’ Novembru 2011 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni Nru 691/2010 li jistabbilixxi skema ta' prestazzjoni għal servizzi ta' navigazzjoni bl-ajru u funzjonijiet tan-netwerk Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 310, 25.11.2011, p. 3–5
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2014; Imħassar b' 32013R0390
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Replacement | 32010R0691 | TXT | artikolu 14 P1 | 14/12/2011 | |
Replacement | 32010R0691 | TXT | artikolu 14 P2 | 14/12/2011 | |
Replacement | 32010R0691 | TXT | anness 1 S2 P1 | 14/12/2011 | |
Replacement | 32010R0691 | TXT | artikolu 14 P3 | 14/12/2011 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Repealed by | 32013R0390 |
25.11.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 310/3 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1216/2011
tal-24 ta’ Novembru 2011
li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni Nru 691/2010 li jistabbilixxi skema ta' prestazzjoni għal servizzi ta' navigazzjoni bl-ajru u funzjonijiet tan-netwerk
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 li jippreskrivi l-qafas għall-ħolqien tal-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament qafas) (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 11 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 691/2010 li jistabbilixxi skema ta' prestazzjoni għas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru u għall-funzjonijiet tan-netwerk u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2096/2005 li jistabbilixxi rekwiżiti komuni għall-forniment ta’ servizzi ta’ navigazzjoni bl-ajru (2), jistipula l-Indikaturi ta' Prestazzjoni Ewlenin (Key Performance Indicators (KPI) u miri vinkolanti dwar l-oqsma ta' prestazzjoni ewlenin tas-sikurezza, l-ambjent, il-kapaċità u l-kost-effiċjenza. |
(2) |
L-iffisar tal-miri tal-indikaturi ta' prestazzjoni ewlenin tas-sikurezza għall-blokk nazzjonali jew funzjonali tal-ispazju tal-ajru (functional airspace block - FAB) stabbilita fl-Anness 1 għar-Regolament (UE) nru 691/2010, jinkludi: l-effikaċja tal-ġestjoni tas-sikurezza kif imkejla b'metodoloġija bbażata fuq il-Qafas tal-Istħarriġ tal-Maturità tas-Sikurezza tal-ATM; l-applikazzjoni tal-klassifikazzjoni tal-gravità tal-Għodda għall-Analiżi tar-Riskju li tippermetti rapportar armonizzat tal-evalwazzjoni tal-gravità tal-Ksur Minimu tas-Separazzjoni, tal-Inkursjonijiet fuq ir-Runway u tal-Avvenimenti Tekniċi Speċifiċi tal-ATM; u r-rapportar ta' kultura ġusta. |
(3) |
Skont l-Anness 1 għar-Regolament (UE) Nru 691/2010, dawk il-KPIs tas-sikurezza għandhom ikunu żviluppati aktar flimkien mal-Kummissjoni, l-Istati Membri, l-Aġenzija Ewropea tas-Sigurtà tal-Avjazzjoni (EASA) u l-Organizzazzjoni għas-Sikurezza tan-Navigazzjoni bl-Ajru (Eurocontrol), u għandhom ikunu adottati mill-Kummissjoni qabel l-ewwel perjodu ta' referenza. |
(4) |
Għal dan l-għan, il-Kummissjoni waqqfet Grupp ta' Ħidma li jikkonsisti minn rappreżentanti tal-EASA, tal-Eurocontrol u tal-Kummissjoni (magħrufa bħala l-“E3-Task Force”). Dak il-grupp ta' ħidma pproduċa rapport tekniku intitolat “Metrics for Safety Key Performance Indicators for the Performance Scheme” (Metrika għall-Indikaturi ta' Prestazzjoni Ewlenin tas-Sikurezza għall-Iskema ta' Prestazzjoni) Dak ir-rapport kien żviluppat iktar abbażi tal-kummenti li waslu mill-Istati Membri u mill-partijiet konċernati u jikkostitwixxi l-kunċett tekniku għal dan ir-Regolament u għall-Mezzi Aċċettabbli ta' Konformità (Acceptable Means of Compliance - AMC) u l-Materjal ta' Gwida (Guidance Material - GM) assoċjati tiegħu. |
(5) |
Xogħol li diġà sar fir-rigward ta' inizjattivi oħra bħall-Pjan ta' Azzjoni tas-Sikurezza tal-EASA u l-Istrument għall-Analiżi tar-Riskju u l-Qafas tal-Istħarriġ ta' Maturità ta' Sikurezza tal-Eurocontrol għandhom ikunu kkunsidrati fl-iżvilupp tal-KPIs tas-sikurezza. |
(6) |
L-esperjenza miksuba mill-implimentazzjoni gradwali tal-iskema ta' prestazzjoni turi li ż-żmien allokat għall-Kummissjoni għall-valutazzjoni tal-miri ta' prestazzjoni riveduti għandhom jiżdiedu fid-dawl tax-xogħol iġġenerat mill-valutazzjoni ddettaljata tal-pjanijiet ta' prestazzjoni u sabiex isir id-djalogu neċessarju mal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali u biex tkun żgurata ġustifikazzjoni xierqa tar-riżultati tal-valutazzjoni. |
(7) |
Għaldaqstant, ir-Regolament (UE) Nru 691/2010 għandu jiġi emendat skont dan. |
(8) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar Ajru Uniku, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 691/201 huwa emendat kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 14 huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
F'Anness I, il-punt 1 tat-Taqsima 2 huwa sostitwit b'dan li ġej: “1. INDIKATURI TA’ PRESTAZZJONI EWLENIN TAS-SIKUREZZA
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin (20) jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Novembru 2011.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO