Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011R0211

    Regolament (UE) Nru 211/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 16 ta’ Frar 2011 dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini

    ĠU L 65, 11.3.2011, p. 1–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2011/211/oj

    11.3.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 65/1


    REGOLAMENT (UE) Nru 211/2011 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    tas-16 ta’ Frar 2011

    dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini

    IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 24 tiegħu,

    Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

    Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

    Wara li kkunsidraw l-Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),

    Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (3),

    Billi:

    (1)

    It-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) jirrinforza ċ-ċittadinanza tal-Unjoni u jsaħħaħ aktar il-funzjonament demokratiku tal-Unjoni billi jipprovdi, inter alia, li kull ċittadin ikollu d-dritt li jipparteċipa fil-ħajja demokratika tal-Unjoni permezz ta’ inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej. Dik il-proċedura tagħti liċ-ċittadini l-possibbiltà li l-Kummissjoni tiġi avviċinata direttament b’talba li fiha jistednuha tippreżenta proposta għal att legali tal-Unjoni għall-għan tal-implimentazzjoni tat-Trattati b’mod simili għad-dritt mogħti lill-Parlament Ewropew skont l-Artikolu 225 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u lill-Kunsill skont l-Artikolu 241 TFUE.

    (2)

    Il-proċeduri u l-kondizzjonijiet meħtieġa għall-inizjattiva taċ-ċittadini għandhom ikunu ċari, sempliċi, faċli biex jintużaw u proporzjonati man-natura tal-inizjattiva taċ-ċittadini sabiex titħeġġeġ il-parteċipazzjoni taċ-ċittadini u biex l-Unjoni ssir aktar aċċessibbli. Huma għandhom jilħqu bilanċ għaqli bejn id-drittijiet u l-obbligi.

    (3)

    Għandhom jiżguraw ukoll li ċ-ċittadini tal-Unjoni jkunu soġġetti għal kondizzjonijiet simili biex jappoġġjaw inizjattiva taċ-ċittadini irrispettivament mill-Istat Membru li minnu jkunu ġejjin.

    (4)

    Il-Kummissjoni għandha, fuq talba, tipprovdi liċ-ċittadini informazzjoni u pariri informali dwar l-inizjattivi taċ-ċittadini, l-aktar fir-rigward tal-kriterji ta’ reġistrazzjoni.

    (5)

    Huwa meħtieġ li jiġi stabbilit in-numru minimu ta’ Stati Membri li minnu jridu jkunu ġejjin iċ-ċittadini. Sabiex jiġi żgurat li l-inizjattiva taċ-ċittadini tkun rappreżentattiva ta’ interess tal-Unjoni, filwaqt li jiġi żgurat li l-istrument jibqa’ faċli li jintuża, dak in-numru għandu jkun stabbilit għal kwart tal-Istati Membri.

    (6)

    Għal dak il-għan, huwa xieraq ukoll li jiġi stabbilit in-numru minimu ta’ firmatarji li ġejjin minn kull wieħed minn dawk l-Istati Membri. Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet simili għaċ-ċittadini biex jappoġġjaw inizjattiva taċ-ċittadini, dawk in-numri minimi għandhom ikunu proporzjonali b’mod digressiv. Għall-għan taċ-ċarezza, dawk in-numri minimi għandhom jiġu stabbiliti għal kull Stat Membru f’anness għal dan ir-Regolament. In-numru minimu ta’ firmatarji meħtieġ f’kull Stat Membru għandu jikkorrispondi għan-numru ta’ Membri tal-Parlament Ewropew eletti f’kull Stat Membru, multiplikat b’750. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li temenda dak l-anness sabiex tiġi riflessa kwalunkwe modifika fil-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew.

    (7)

    Huwa xieraq li tiġi ffissata età minima għall-appoġġ ta’ inizjattiva taċ-ċittadini. Dik għandha tiġi stabbilita bħala l-età li fiha ċ-ċittadini huma intitolati biex jivvotaw fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew.

    (8)

    Hemm bżonn ta’ struttura organizzata minima sabiex titwettaq b’suċċess inizjattiva taċ-ċittadini. Dik għandha tieħu l-forma ta’ kumitat taċ-ċittadini, magħmul minn persuni fiżiċi (organizzaturi) li jkunu ġejjin minn tal-anqas seba’ Stati Membri differenti, sabiex jitħeġġeġ il-ħruġ ta’ kwistjonijiet mal-Ewropa kollha u biex titrawwem ir-riflessjoni dwar dawk il-kwistjonijiet. Għal raġunijiet ta’ trasparenza u komunikazzjoni bla xkiel u effiċjenti, il-kumitat taċ-ċittadini għandu jaħtar rappreżentanti biex jagħmlu kuntatt bejn il-kumitat taċ-ċittadini u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni matul il-proċedura sħiħa.

    (9)

    L-entitajiet, l-aktar dawk l-organizzazzjonijiet li skont it-Trattati jikkontribwixxu għat-trawwim ta’ sensibilizzazzjoni politika Ewropea u għall-espressjoni tar-rieda taċ-ċittadini tal-Unjoni, għandhom ikunu jistgħu jippromwovu inizjattiva taċ-ċittadini, bil-kondizzjoni li dawn jagħmlu dan bi trasparenza sħiħa.

    (10)

    Sabiex tiġi żgurata l-koerenza u t-trasparenza fir-rigward tal-inizjattivi taċ-ċittadini proposti u sabiex tiġi evitata sitwazzjoni fejn ikunu qed jinġabru firem għal inizjattiva taċ-ċittadini proposta li ma tkunx konformi mal-kondizzjonijiet stipulati f’dan ir-Regolament, għandu jkun mandatorju li tali inizjattivi jiġu reġistrati fuq websajt ipprovduta mill-Kummissjoni qabel il-ġbir tad-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ meħtieġa miċ-ċittadini. L-inizjattivi taċ-ċittadini proposti kollha li jikkonformaw mal-kondizzjonijiet stipulati f’dan ir-Regolament għandhom jiġu reġistrati mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tittratta r-reġistrazzjoni skont il-prinċipji ġenerali ta’ amministrazzjoni tajba.

    (11)

    Ladarba inizjattiva taċ-ċittadini proposta tiġi rreġistrata, id-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ miċ-ċittadini jistgħu jinġabru mill-organizzaturi.

    (12)

    Huwa xieraq li tiġi stabbilita l-formola tad-dikjarazzjoni ta’ appoġġ fl-anness għal dan ir-Regolament, filwaqt li tiġi speċifikata d-data meħtieġa għall-finijiet tal-verifika mill-Istati Membri. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li temenda dak l-anness skont l-Artikolu 290 TFUE, filwaqt li tqis l-informazzjoni mibgħuta lilha mill-Istati Membri.

    (13)

    B’rispett dovut għall-prinċipju li d-data personali għandha tkun adegwata, rilevanti u mhux eċċessiva fir-rigward tal-għanijiet li għalihom tinġabar, l-għoti ta’ data personali, inkluż, fejn ikun applikabbli, numru ta’ identifikazzjoni personali jew numru ta’ dokument ta’ identifikazzjoni personali mill-firmatarji ta’ inizjattiva taċ-ċittadini proposta, huwa meħtieġ sakemm ikun meħtieġ biex tkun tista’ ssir verifika tad-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ mill-Istati Membri, skont il-liġi u l-prattika nazzjonali.

    (14)

    Sabiex tintuża b’mod tajjeb it-teknoloġija moderna bħala għodda ta’ demokrazija parteċipattiva, huwa xieraq li jsiru dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ li jinġabru online kif ukoll f’format ta’ karta. Is-sistemi ta’ ġbir online għandu jkollhom karatteristiċi ta’ sigurtà adegwati biex jiżguraw, inter alia, li d-data tinġabar u tinħażen b’mod sigur. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi speċifikazzjonijiet tekniċi dettaljati għas-sistemi ta’ ġbir online.

    (15)

    Huwa xieraq li l-Istati Membri jivverifikaw il-konformità tas-sistemi ta’ ġbir online mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament qabel ma jinġabru d-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ.

    (16)

    Il-Kummissjoni għandha tagħmel għad-dispożizzjoni open source software li jinkorpora fih il-karatteristiki tekniċi u ta’ sigurtà rilevanti meħtieġa biex ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tas-sistemi ta’ ġbir online.

    (17)

    Huwa xieraq li jiġi żgurat li d-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ għal inizjattiva taċ-ċittadini jinġabru f’perijodu ta’ żmien speċifiku. Sabiex jiġi żgurat li l-inizjattivi taċ-ċittadini proposti jibqgħu rilevanti, filwaqt li jittieħed kont tal-kumplessità sabiex jinġabru dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ madwar l-Unjoni, dak il-perijodu ta’ żmien m’għandux ikun itwal minn 12-il xahar mid-data tar-reġistrazzjoni tal-inizjattiva taċ-ċittadini proposta.

    (18)

    Huwa xieraq li jiġi previst li, fejn inizjattiva taċ-ċittadini tkun irċeviet id-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ meħtieġa mill-firmatarji, kull Stat Membru għandu jkun responsabbli għall-verifika u ċ-ċertifikazzjoni tad-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ miġbura mill-firmatarji li ġejjin minn dak l-Istat Membru. Filwaqt li jittieħed kont tal-ħtieġa li jiġi limitat il-piż amministrattiv fuq l-Istati Membri, huma għandhom, f’perijodu ta’ tliet xhur minn meta tiġi rċevuta talba għal ċertifikazzjoni, iwettqu tali verifiki fuq il-bażi ta’ kontrolli xierqa, li jistgħu jiġu bbażati fuq kampjun każwali, u għandhom joħorġu dokument li jiċċertifika n-numru ta’ dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ validi li jinkisbu.

    (19)

    L-organizzaturi għandhom jiżguraw li l-kondizzjonijiet rilevanti kollha stipulati f’dan ir-Regolament jiġu sodisfatti qabel jissottomettu l-inizjattiva taċ-ċittadini lill-Kummissjoni.

    (20)

    Il-Kummissjoni għandha teżamina inizjattiva taċ-ċittadini u tistipula l-konklużjonijiet legali u politiċi tagħha b’mod separat. Hija għandha tistipula wkoll l-azzjoni li tkun biħsiebha tieħu b’rispons għaliha, f’perijodu ta’ tliet xhur. Sabiex turi li inizjattiva taċ-ċittadini appoġġata minn tal-anqas miljun ċittadin tal-Unjoni u s-segwitu possibbli tagħha jiġu eżaminati bir-reqqa, il-Kummissjoni għandha tispjega b’mod ċar, li jinftiehem u b’mod dettaljat ir-raġunijiet għall-azzjoni li tkun biħsiebha tieħu, u għandha wkoll tagħti r-raġunijiet tagħha jekk ma tkun biħsiebha tieħu l-ebda azzjoni. Meta l-Kummissjoni tkun irċeviet inizjattiva taċ-ċittadini appoġġjata min-numru meħtieġ ta’ firmatarji li tkun tissodisfa r-rekwiżiti l-oħra ta’ dan ir-Regolament, l-organizzaturi għandhom ikunu intitolati li jippreżentaw dik l-inizjattiva waqt seduta tas-smigħ pubblika fil-livell tal-Unjoni.

    (21)

    Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (4) hija applikabbli b’mod sħiħ għall-ipproċessar ta’ data personali li jitwettaq b’applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. F’dan ir-rigward, għal raġuni ta’ ċertezza legali, huwa xieraq li jiġi ċċarat li l-organizzaturi ta’ inizjattiva taċ-ċittadini u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri huma l-kontrolluri tad-data fi ħdan it-tifsira tad-Direttiva 95/46/KE u li jiġi speċifikat il-perijodu massimu li għalih tista’ tinħażen id-data personali miġbura għall-finijiet tal-inizjattiva taċ-ċittadini. Fil-kapaċità tagħhom ta’ kontrolluri tad-data, l-organizzaturi jridu jieħdu l-miżuri kollha xierqa biex jikkonformaw mal-obbligi imposti mid-Direttiva 95/46/KE, b’mod partikolari dawk relatati mal-legalità tal-ipproċessar, is-sigurtà tal-attivitajiet tal-ipproċessar, il-provvediment tal-informazzjoni u d-drittijiet tas-suġġetti tad-data li jkollhom aċċess għad-data personali tagħhom, kif ukoll li ssir il-korrezzjoni kif ukoll it-tħassir tad-data personali tagħhom.

    (22)

    Id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu III tad-Direttiva 95/46/KE dwar rimedji ġudizzjarji, responsabbiltà u sanzjonijiet huma applikabbli b’mod sħiħ fir-rigward tal-ipproċessar tad-data li jitwettaq b’applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. L-organizzaturi ta’ inizjattiva taċ-ċittadini għandhom ikunu responsabbli skont il-liġi nazzjonali applikabbli għal kwalunkwe dannu li jistgħu jikkawżaw. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-organizzaturi jkunu soġġetti għal penalitajiet xierqa għall-ksur ta’ dan ir-Regolament.

    (23)

    Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (5), huwa applikabbli b’mod sħiħ għall-ipproċessar tad-data personali mwettaq mill-Kummissjoni b’applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

    (24)

    Sabiex tindirizza l-ħtiġijiet ta’ adattament fil-ġejjieni, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 290 TFUE għall-għan tal-emendar tal-Annessi għal dan ir-Regolament. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell ta’ esperti.

    (25)

    Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tar-Regolament għandhom jiġu adottati skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (6).

    (26)

    Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji minquxa fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-Artikolu 8 tiegħu, li jiddikjara li kull persuna għandha d-dritt għall-protezzjoni ta’ data personali li tirrigwardaha.

    (27)

    Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat u adotta opinjoni (7),

    ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Suġġett

    Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-proċeduri u l-kondizzjonijiet meħtieġa għal inizjattiva taċ-ċittadini kif previst fl-Artikolu 11 TUE u l-Artikolu 24 TFUE.

    Artikolu 2

    Definizzjonijiet

    Għall-għan ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

    (1)

    “Inizjattiva taċ-ċittadini” tfisser inizjattiva ppreżentata lill-Kummissjoni skont dan ir-Regolament, li tistieden lill-Kummissjoni, fl-ambitu tas-setgħat tagħha, biex tippreżenta kwalunkwe proposta adatta dwar kwistjonijiet fejn iċ-ċittadini jqisu li att legali tal-Unjoni hu meħtieġ għall-għan tal-implimentazzjoni tat-Trattati, li tkun irċeviet l-appoġġ ta’ mill-anqas miljun firmatarju eliġibbli li jkunu ġejjin minn kwart tal-Istati Membri kollha;

    (2)

    “Firmatarji” tfisser ċittadini tal-Unjoni li jkunu appoġġjaw inizjattiva taċ-ċittadini partikolari billi mlew formola ta’ dikjarazzjoni ta’ appoġġ għal dik l-inizjattiva;

    (3)

    “Organizzaturi” tfisser persuni fiżiċi li jiffurmaw kumitat taċ-ċittadini responsabbli għall-preparazzjoni ta’ inizjattiva taċ-ċittadini u l-presentazzjoni tagħha lill-Kummissjoni.

    Artikolu 3

    Rekwiżiti għall-organizzaturi u għall-firmatarji

    1.   L-organizzaturi għandhom ikunu ċittadini tal-Unjoni u jkunu tal-età li tintitolahom jivvutaw fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew.

    2.   L-organizzaturi għandhom jiffurmaw kumitat taċ-ċittadini ta’ mill-anqas seba’ persuni li jkunu residenti f’tal-anqas seba’ Stati Membri differenti.

    L-organizzaturi għandhom jaħtru rappreżentant wieħed u sostitut wieħed (“il-persuni ta’ kuntatt”), li għandhom ikunu ta’ kuntatt bejn il-kumitat taċ-ċittadini u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni matul il-proċedura kollha u li għandu jkollhom mandat li jitkellmu u jaġixxu f’isem il-kumitat taċ-ċittadini.

    L-organizzaturi li jkunu Membri tal-Parlament Ewropew m’għandhomx jingħaddu għall-għanijiet li jintlaħaq in-numru minimu rikjest biex jiġi ffurmat kumitat taċ-ċittadini.

    Għall-għan ta’ reġistrazzjoni ta’ inizjattiva taċ-ċittadini proposta skont l-Artikolu 4, hija biss l-informazzjoni dwar is-seba’ membri tal-kumitat taċ-ċittadini li huma meħtieġa sabiex ikun hemm konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u f’dan il-paragrafu li għandha titqies mill-Kummissjoni.

    3.   Il-Kummissjoni tista’ titlob lill-organizzaturi biex jipprovdu prova xierqa li r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 ġew sodisfatti.

    4.   Sabiex ikunu jistgħu jappoġġjaw inizjattiva taċ-ċittadini proposta, il-firmatarji għandhom ikunu ċittadini tal-Unjoni u tal-età li tintitolahom jivvutaw fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew.

    Artikolu 4

    Reġistrazzjoni ta’ inizjattiva taċ-ċittadini proposta

    1.   Qabel ma jibda l-ġbir tad-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ mill-firmatarji għal inizjattiva taċ-ċittadini proposta, l-organizzaturi għandhom ikunu meħtieġa jirreġistrawha mal-Kummissjoni, filwaqt li jipprovdu l-informazzjoni stipulata fl-Anness II, b’mod partikolari dwar is-suġġett u l-objettivi tal-inizjattiva taċ-ċittadini proposta.

    Dik l-informazzjoni għandha tkun ipprovduta f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni, f’reġistru online li jkun disponibbli għal dak il-għan mill-Kummissjoni (“ir-reġistru”).

    L-organizzaturi għandhom jipprovdu, għar-reġistru u fejn ikun xieraq fuq il-websajt tagħhom, informazzjoni aġġornata b’mod regolari dwar is-sorsi ta’ appoġġ u l-iffinanzjar għall-inizjattiva taċ-ċittadini proposta.

    Wara li r-reġistrazzjoni tkun ikkonfermata skont il-paragrafu 2, l-organizzaturi jistgħu jipprovdu l-inizjattiva taċ-ċittadini proposta f’lingwi uffiċjali oħrajn tal-Unjoni biex tiddaħħal fir-reġistru. It-traduzzjoni tal-inizjattiva taċ-ċittadini proposta f’lingwi uffiċjali oħrajn tal-Unjoni għandha tkun ir-responsabbiltà tal-organizzaturi.

    Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi punt ta’ kuntatt li jagħti informazzjoni u assistenza.

    2.   Fi żmien xahrejn minn meta tirċievi l-informazzjoni stipulata fl-Anness II, il-Kummissjoni għandha tirreġistra proposta ta’ inizjattiva taċ-ċittadini taħt numru ta’ reġistrazzjoni uniku u tibgħat konferma lill-organizzaturi, bil-kondizzjoni li jkunu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:

    (a)

    il-kumitat taċ-ċittadini jkun ġie ffurmat u l-persuni ta’ kuntatt ikunu ġew maħtura skont l-Artikolu 3(2);

    (b)

    l-inizjattiva taċ-ċittadini proposta ma tkunx taqa’ manifestament barra mill-ambitu tas-setgħat tal-Kummissjoni li tressaq proposta għal att legali tal-Unjoni għall-għan ta’ implimentazzjoni tat-Trattati;

    (c)

    l-inizjattiva taċ-ċittadini proposta ma tkunx manifestament abbużiva, frivola jew vessatorja; u

    (d)

    l-inizjattiva taċ-ċittadini proposta ma tkunx manifestament kuntrarja għall-valuri tal-Unjoni kif stipulat fl-Artikolu 2 TUE.

    3.   Il-Kummissjoni għandha tiċħad ir-reġistrazzjoni jekk il-kondizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 2 ma jiġux sodisfatti.

    Fejn tirrifjuta li tirreġistra inizjattiva taċ-ċittadini proposta, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-organizzaturi bir-raġunijiet għal dan ir-rifjut u bir-rimedji ġuridiċi u extraġuridiċi kollha possibbli disponibbli għalihom.

    4.   Inizjattiva taċ-ċittadini proposta li tkun ġiet reġistrata għandha ssir pubblika fir-reġistru. Bla ħsara għad-drittijiet tagħhom skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001, is-suġġetti tad-data għandhom ikunu intitolati li jitolbu li d-data personali tagħhom titneħħa mir-reġistru wara l-iskadenza ta’ perijodu ta’ sentejn mid-data tar-reġistrazzjoni ta’ inizjattiva taċ-ċittadini proposta.

    5.   Fi kwalunkwe mument qabel il-presentazzjoni tad-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ skont l-Artikolu 8, l-organizzaturi jistgħu jirtiraw inizjattiva taċ-ċittadini proposta li tkun ġiet reġistrata. F’dak il-każ, għandha tiddaħħal indikazzjoni ta’ dan fir-reġistru.

    Artikolu 5

    Proċeduri u kondizzjonijiet għall-ġbir tad-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ

    1.   L-organizzaturi għandhom ikunu responsabbli għall-ġbir tad-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ mill-firmatarji għal inizjattiva taċ-ċittadini proposta li tkun ġiet reġistrata skont l-Artikolu 4.

    Jistgħu jintużaw biss formoli li jikkonformaw mal-mudelli stabbiliti fl-Anness III u li huma f’waħda mill-verżjonijiet lingwistiċi inklużi fir-reġistru għal dik l-inizjattiva taċ-ċittadini proposta għall-ġbir tad-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ. L-organizzaturi għandhom jimlew il-formoli kif indikat fl-Anness III qabel ma jibda l-ġbir tad-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ mill-firmatarji. L-informazzjoni mogħtija fil-formoli għandha tikkorrispondi għall-informazzjoni li hemm fir-reġistru.

    2.   L-organizzaturi jistgħu jiġbru dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ f’format ta’ karta jew dak elettroniku. Fejn id-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ jinġabru online, għandu japplika l-Artikolu 6.

    Għall-għan ta’ dan ir-Regolament, id-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ, li jkunu ffirmati elettronikament permezz ta’ firma elettronika avvanzata, fit-tifsira tad-Direttiva 1999/93/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 1999 dwar kwadru tal-Komunità għall-firem elettroniċi (8), għandhom jiġu ttrattati bl-istess mod bħad-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ f’format ta’ karta.

    3.   Il-firmatarji għandhom ikunu obbligati li jimlew il-formoli tad-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ ipprovduti mill-organizzaturi. Huma għandhom jindikaw biss id-data personali li hija meħtieġa għall-finijiet tal-verifika mill-Istati Membri, kif stipulat fl-Anness III.

    Il-firmatarji jistgħu jappoġġjaw inizjattiva taċ-ċittadini proposta partikolari darba waħda biss.

    4.   L-Istati Membri għandhom iressqu lill-Kummissjoni kwalunkwe tibdil għall-informazzjoni stipulata fl-Anness III. B’kont meħud ta’ dak it-tibdil, il-Kummissjoni tista’ tadotta, permezz ta’ atti delegati, skont l-Artikolu 17 u soġġett għall-kondizzjonijiet tal-Artikoli 18 u 19, emendi għall-Anness III.

    5.   Id-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ kollha għandhom jinġabru wara d-data tar-reġistrazzjoni ta’ inizjattiva taċ-ċittadini proposta u f’perijodu li ma jaqbiżx it-12-il xahar.

    Fit-tmiem ta’ dak il-perijodu, ir-reġistru għandu jindika li l-perijodu jkun skada u, fejn ikun xieraq, li ma jkunx inġabar in-numru meħtieġ ta’ dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ.

    Artikolu 6

    Sistemi ta’ ġbir online

    1.   Fejn id-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ jinġabru online, id-data li tinkiseb online permezz tas-sistema ta’ ġbir online għandha tinħażen fit-territorju ta’ Stat Membru.

    Is-sistema ta’ ġbir online għandha tiġi ċċertifikata skont il-paragrafu 3 fl-Istat Membru li fih ser tinħażen id-data miġbura permezz tas-sistema ta’ ġbir online. L-organizzaturi jistgħu jużaw sistema ta’ ġbir online waħda għall-fini tal-ġbir tad-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ f’diversi Stati Membri jew fl-Istati Membri kollha.

    Il-mudelli għall-formoli tad-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ jistgħu jiġu adattati għall-għan tal-ġbir online.

    2.   L-organizzaturi għandhom jiżguraw li s-sistema ta’ ġbir online użata għall-ġbir tad-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ tikkonforma mal-paragrafu 4.

    Qabel ma jingħata bidu għall-ġbir tad-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ, l-organizzaturi għandhom jitolbu lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru rilevanti biex tiċċertifika li s-sistema ta’ ġbir online użata għal dak il-għan tikkonforma mal-paragrafu 4.

    L-organizzaturi jistgħu jibdew il-ġbir tad-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ permezz tas-sistema ta’ ġbir online biss ladarba jkunu kisbu ċ-ċertifikat imsemmi fil-paragrafu 3. L-organizzaturi għandhom jagħmlu kopja ta’ dak iċ-ċertifikat disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit web użat għas-sistema ta’ ġbir online.

    Sal-1 ta’ Jannar 2012, il-Kummissjoni għandha twaqqaf u wara dan għandha żżomm open-source software li jkun fih il-karatteristiċi tekniċi u tas-sigurtà rilevanti meħtieġa għall-konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tas-sistemi tal-ġbir online. Is-software għandu jkun disponibbli mingħajr ħlas.

    3.   Fejn is-sistema ta’ ġbir online tikkonforma mal-paragrafu 4, l-awtorità kompetenti rilevanti għandha fi żmien xahar toħroġ ċertifikat dwar dan skont il-mudell stabbilit fl-Anness IV.

    L-Istati Membri għandhom jirrikonoxxu ċ-ċertifikati maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra.

    4.   Is-sistemi ta’ ġbir online għandu jkollhom stabbiliti karatteristiċi tekniċi u ta’ sigurtà adegwati biex jiżguraw li:

    (a)

    huma l-persuni fiżiċi biss li jistgħu jippreżentaw formola ta’ dikjarazzjoni ta’ appoġġ online;

    (b)

    id-data provduta online tinġabar u tinħażen b’mod sigur, biex jiġi żgurat, inter alia, li ma tkunx tista’ tiġi modifikata jew użata għal xi għan ieħor ħlief bħala appoġġ għal inizjattiva taċ-ċittadini partikolari u biex ikun hemm protezzjoni kontra tħassir aċċidentali jew kontra l-liġi jew li tintilef b’mod aċċidentali, tinbidel jew li jkun hemm żvelar jew aċċess mhux awtorizzat.

    (c)

    is-sistema tista’ tiġġenera dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ f’forma li tikkonforma mal-mudelli stabbiliti fl-Anness III, sabiex tippermetti l-verifika mill-Istati Membri skont l-Artikolu 8(2).

    5.   Sal-1 ta’ Jannar 2012, il-Kummissjoni għandha tadotta speċifikazzjonijiet tekniċi għall-implimentazzjoni tal-paragrafu 4, skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 20(2).

    Artikolu 7

    Numru minimu ta’ firmatarji għal kull Stat Membru

    1.   Il-firmatarji ta’ inizjattiva taċ-ċittadini għandhom ikunu ġejjin mill-anqas minn kwart tal-Istati Membri.

    2.   F’tal-anqas kwart tal-Istati Membri, il-firmatarji għandhom jikkonsistu f’mill-anqas in-numru minimu ta’ ċittadini stipulati, fil-mument tar-reġistrazzjoni tal-inizjattiva taċ-ċittadini proposta, fl-Anness I. Dawk in-numri minimi għandhom jikkorrispondu għan-numru ta’ Membri tal-Parlament Ewropew eletti f’kull Stat Membru, multiplikat b’750.

    3.   Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti delegati, skont l-Artikolu 17 u suġġett għall-kondizzjonijiet tal-Artikoli 18 u 19, aġġustamenti xierqa għall-Anness I sabiex tiġi riflessa kull modifika fil-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew.

    4.   Il-firmatarji għandhom jitqiesu li ġejjin mill-Istat Membru li huwa responsabbli għall-verifika tad-dikjarazzjoni ta’ appoġġ tagħhom skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8(1).

    Artikolu 8

    Verifika u ċertifikazzjoni mill-Istati Membri ta’ dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ

    1.   Wara li jkunu ġabru d-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ meħtieġa mill-firmatarji skont l-Artikoli 5 u 7, l-organizzaturi għandhom jippreżentaw id-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ, f’format ta’ karta jew dak elettroniku, lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti msemmija fl-Artikolu 15 għall-verifika u ċ-ċertifikazzjoni. Għal dak il-għan l-organizzaturi għandhom jużaw il-formola stabbilita fl-Anness V u għandhom jisseparaw id-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ miġburin f’format ta’ karta, dawk li ġew iffirmati elettronikament permezz ta’ firma elettronika avvanzata u dawk miġburin permezz ta’ sistema ta’ ġbir online.

    L-organizzaturi għandhom jippreżentaw id-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ lill-Istat Membru rilevanti kif ġej:

    (a)

    lill-Istat Membru ta’ residenza jew ta’ nazzjonalità tal-firmatarju, kif speċifikat fil-punt 1 tal-Parti C tal-Anness III, jew

    (b)

    lill-Istat Membru li ħareġ in-numru ta’ identifikazzjoni personali jew id-dokument ta’ identifikazzjoni personali indikat fid-dikjarazzjoni ta’ appoġġ, kif speċifikat fil-punt 2 tal-Parti C tal-Anness III.

    2.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom, f’perijodu li m’għandux jaqbeż it-tliet xhur minn meta jirċievu t-talba, jivverifikaw id-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ ippreżentati abbażi ta’ kontrolli xierqa, skont il-liġi u l-prattika nazzjonali, kif xieraq. Abbażi ta’ dan huma għandhom jagħtu lill-organizzaturi ċertifikat skont il-mudell stabbilit fl-Anness VI, li jiċċertifika n-numru ta’ dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ validi għall-Istat Membru kkonċernat.

    Għall-għan tal-verifika tad-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ, l-awtentikazzjoni tal-firem m’għandhiex tkun meħtieġa.

    3.   Iċ-ċertifikat previst fil-paragrafu 2 għandu jinħareġ bla ħlas.

    Artikolu 9

    Preżentazzjoni ta’ inizjattiva taċ-ċittadini lill-Kummissjoni

    Wara li jkunu kisbu ċ-ċertifikati previsti fl-Artikolu 8(2), u bil-kondizzjoni li l-proċeduri u l-kondizzjonijiet rilevanti kollha stipulati f’dan ir-Regolament ikunu ġew irrispettati, l-organizzaturi jistgħu jissottomettu l-inizjattiva taċ-ċittadini lill-Kummissjoni, akkumpanjata mill-informazzjoni rigward kwalunkwe appoġġ u ffinanzjar li jkunu rċevew għal dik l-inizjattiva. Dik l-informazzjoni għandha tiġi ppubblikata fir-reġistru.

    L-ammont ta’ appoġġ u ffinanzjar riċevut minn kwalunkwe sors li, ladarba jinqabeż trid tingħata l-informazzjoni, għandu jkun identiku għal dak stipulat fir-Regolament (KE) Nru 2004/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 dwar ir-regolamenti li jirregolaw il-partiti politiċi f’livell Ewropew u r-regoli dwar il-finanzjament tagħhom (9).

    Għall-għan ta’ dan l-Artikolu, l-organizzaturi għandhom jagħmlu użu mill-formola stabbilita fl-Anness VII u għandhom jippreżentaw il-formola mimlija flimkien mal-kopji, f’format ta’ karta jew dak elettroniku, taċ-ċertifikati previsti fl-Artikolu 8(2).

    Artikolu 10

    Proċedura għall-eżami ta’ inizjattiva taċ-ċittadini mill-Kummissjoni

    1.   Meta l-Kummissjoni tirċievi inizjattiva taċ-ċittadini skont l-Artikolu 9 hija għandha:

    (a)

    tippubblika l-inizjattiva taċ-ċittadini mingħajr dewmien fir-reġistru;

    (b)

    tirċievi lill-organizzaturi f’livell xieraq biex tippermettilhom jispjegaw fid-dettall il-kwistjonijiet imqajma mill-inizjattiva taċ-ċittadini;

    (c)

    fi żmien tliet xhur, tistabbilixxi f’komunikazzjoni l-konklużjonijiet finali legali u politiċi tagħha dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini, l-azzjoni li biħsiebha tieħu, jekk ser tieħu, u r-raġunijiet għalfejn biħsiebha tieħu jew ma tieħux dik l-azzjoni.

    2.   Il-komunikazzjoni msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 1 għandha tiġi notifikata lill-organizzaturi kif ukoll lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u għandha ssir pubblika.

    Artikolu 11

    Smigħ pubbliku

    Meta l-kondizzjonijiet tal-punti (a) u (b) tal-Artikolu 10(1) ikunu sodisfatti, u sal-iskadenza stipulata fil-punt (c) tal-Artikolu 10(1), l-organizzaturi għandhom jingħataw l-opportunità li jippreżentaw l-inizjattiva taċ-ċittadini waqt smigħ pubbliku. Il-Kummissjoni u l-Parlament Ewropew għandhom jiżguraw li dan is-smigħ jiġi organizzat fil-Parlament Ewropew, jekk ikun xieraq flimkien ma’ istituzzjonijiet u korpi oħra tal-Unjoni li juru x-xewqa li jipparteċipaw, u li l-Kummissjoni tkun rappreżentata f’livell xieraq.

    Artikolu 12

    Protezzjoni tad-data personali

    1.   Fl-ipproċessar tad-data personali skont dan ir-Regolament, l-organizzaturi ta’ inizjattiva taċ-ċittadini u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru għandhom jikkonformaw mad-Direttiva 95/46/KE u d-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din.

    2.   Għall-għanijiet tal-ipproċessar rispettiv minnhom tad-data personali, l-organizzaturi ta’ inizjattiva taċ-ċittadini u l-awtoritajiet kompetenti maħtura skont l-Artikolu 15(2) għandhom jitqiesu bħala kontrolluri tad-data skont il-punt (d) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 95/46/KE.

    3.   L-organizzaturi għandhom jiżguraw li d-data personali miġbura għal inizjattiva taċ-ċittadini partikolari ma tintużax għal kwalunkwe għan ieħor ħlief dak tal-appoġġ indikat għal dik l-inizjattiva, u għandhom jeqirdu d-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ li jirċievu għal dik l-inizjattiva u kwalunkwe kopja tagħha mhux aktar minn xahar wara li jippreżentaw dik l-inizjattiva lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 9 jew 18-il xahar mid-data tar-reġistrazzjoni ta’ inizjattiva taċ-ċittadini proposta, skont liema tiġi l-ewwel.

    4.   L-awtorità kompetenti għandha tuża d-data personali li hija tirċievi għal inizjattiva taċ-ċittadini partikolari biss għall-fini tal-verifika tad-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ skont l-Artikolu 8(2), u għandha teqred id-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ u l-kopji tagħhom kollha mhux aktar tard minn xahar wara l-ħruġ taċ-ċertifikat imsemmi f’dak l-Artikolu.

    5.   Id-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ għal inizjattiva taċ-ċittadini partikolari u kopji tagħhom jistgħu jinżammu wara l-limiti taż-żmien stipulati fil-paragrafi 3 u 4 jekk ikun meħtieġ għall-fini ta’ proċedimenti legali jew amministrattivi relatati ma’ inizjattiva taċ-ċittadini proposta. L-organizzaturi u l-awtorità kompetenti għandhom jeqirdu d-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ u l-kopji tagħhom kollha mhux aktar tard minn ġimgħa wara d-data ta’ għeluq ta’ dawn il-proċedimenti b’deċiżjoni finali.

    6.   L-organizzaturi għandhom jimplimentaw miżuri tekniċi u organizzattivi xierqa biex jipproteġu d-data personali kontra qerda aċċidentali jew illegali jew telf aċċidentali, tibdil, żvelar jew aċċess mhux awtorizzat, partikolarment meta l-ipproċessar jinvolvi t-trasmissjoni ta’ data fuq network, u kontra kull forma oħra illegali ta’ pproċessar.

    Artikolu 13

    Responsabbiltà

    L-organizzaturi għandhom ikunu responsabbli għal kwalunkwe ħsara li huma jikkawżaw fl-organizzazzjoni ta’ inizjattiva taċ-ċittadini skont il-liġi nazzjonali applikabbli.

    Artikolu 14

    Penalitajiet

    1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-organizzaturi jkunu soġġetti għal penalitajiet xierqa għall-ksur ta’ dan ir-Regolament u b’mod partikolari għal:

    (a)

    dikjarazzjonijiet foloz li jsiru mill-organizzaturi;

    (b)

    l-użu frodulenti tad-data.

    2.   Il-penalitajiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

    Artikolu 15

    Awtoritajiet kompetenti fi ħdan l-Istati Membri

    1.   Għall-għan tal-implimentazzjoni tal-Artikolu 6(3), l-Istati Membri għandhom jaħtru awtoritajiet kompetenti responsabbli sabiex joħorġu ċ-ċertifikat previst fih.

    2.   Għall-għan tal-implimentazzjoni tal-Artikolu 8(2), kull Stat Membru għandu jaħtar awtorità kompetenti waħda responsabbli għall-koordinazzjoni tal-proċess ta’ verifika tad-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ u għall-ħruġ taċ-ċertifikati previsti fih.

    3.   Mhux aktar tard mill-1 ta’ Marzu 2012, l-Istati Membri għandhom jgħaddu l-ismijiet u l-indirizzi tal-awtoritajiet kompetenti lill-Kummissjoni.

    4.   Il-Kummissjoni għandha tagħmel il-lista tal-awtoritajiet kompetenti disponibbli pubblikament.

    Artikolu 16

    Emendar tal-Annessi

    Il-Kummissjoni tista’ tadotta, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 17 u suġġett għall-kondizzjonijiet tal-Artikoli 18 u 19, emendi għall-Annessi għal dan ir-Regolament fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 17

    Eżerċizzju tad-delega

    1.   Is-setgħa ta’ adozzjoni tal-atti delegati msemmijin fl-Artikolu 16 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ żmien indeterminat.

    2.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah fl-istess ħin lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

    3.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati tingħata lill-Kummissjoni taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 18 u 19.

    Artikolu 18

    Revoka tad-delega

    1.   Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikolu 16 tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

    2.   L-istituzzjoni li tkun bdiet proċedura interna sabiex jiġi deċiż jekk tiġix revokata d-delega tas-setgħat għandha tagħmel ħilitha biex tinforma lill-istituzzjoni l-oħra u lill-Kummissjoni, f’perijodu ta’ żmien raġonevoli qabel ma tittieħed id-deċiżjoni finali, billi tindika s-setgħat delegati li jistgħu jkunu s-suġġett tar-revoka kif ukoll ir-raġunijiet possibbli għal revoka.

    3.   Id-deċiżjoni ta’ revoka għandha ġġib fi tmiemha d-delega tas-setgħat speċifikati f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ immedjatament jew f’data ulterjuri stipulata minnha. Din m’għandhiex taffettwa l-validità tal-atti delegati li huma diġà fis-seħħ. Din għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Artikolu 19

    Oġġezzjonijiet għal atti delegati

    1.   Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għall-att delegat f’ perijodu ta’ xahrejn mid-data tan-notifika. Fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill, dan il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn.

    2.   Jekk, meta jiskadi l-perijodu msemmi fil-paragrafu 1, la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għall-att delegat, dan għandu jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu jidħol fis-seħħ fid-data mniżżla fiha.

    L-att delegat jista’ jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jidħol fis-seħħ qabel l-iskadenza ta’ dak il-perijodu jekk il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn li huma infurmaw lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tagħhom li ma jqajmux oġġezzjonijiet.

    3.   Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal att delegat fil-perijodu msemmi fil-paragrafu 1, dan m’għandux jidħol fis-seħħ. L-istituzzjoni li toġġezzjona għandha tiddikjara r-raġunijiet għalfejn oġġezzjonat għall-att delegat.

    Artikolu 20

    Kumitat

    1.   Għall-fini tal-implementazzjoni tal-Artikolu 6(5), il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn kumitat.

    2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b’konsiderazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

    Il-perijodu stipulat fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta’ tliet xhur.

    Artikolu 21

    Notifika tad-dispożizzjonijiet nazzjonali

    Kull Stat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni bid-dispożizzjonijiet speċifiċi li jadotta sabiex jimplimenta dan ir-Regolament.

    Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħra b’dan.

    Artikolu 22

    Reviżjoni

    Sal-1 ta’ April 2015, u kull tliet snin wara dan, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 23

    Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Għandu japplika mill-1 ta’ April 2012.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Strasburgu, is-16 ta’ Frar 2011.

    Għall-Parlament Ewropew

    Il-President

    J. BUZEK

    Għall-Kunsill

    Il-President

    MARTONYI J.


    (1)  ĠU C 44, 11.2.2011, p. 182.

    (2)  ĠU C 267, 1.10.2010, p. 57.

    (3)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Diċembru 2010 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u deċiżjoni tal-Kunsill tal-14 ta’ Frar 2011.

    (4)  ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.

    (5)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

    (6)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

    (7)  ĠU C 323, 30.11.2010, p. 1.

    (8)  ĠU L 13, 19.1.2000, p. 12.

    (9)  ĠU L 297, 15.11.2003, p. 1.


    ANNESS I

    NUMRU MINIMU TA’ FIRMATARJI GĦAL KULL STAT MEMBRU

    Belġju

    16 500

    Bulgarija

    12 750

    Repubblika Ċeka

    16 500

    Danimarka

    9 750

    Ġermanja

    74 250

    Estonja

    4 500

    Irlanda

    9 000

    Greċja

    16 500

    Spanja

    37 500

    Franza

    54 000

    Italja

    54 000

    Ċipru

    4 500

    Latvja

    6 000

    Litwanja

    9 000

    Lussemburgu

    4 500

    Ungerija

    16 500

    Malta

    3 750

    Pajjiżi l-Baxxi

    18 750

    Awstrija

    12 750

    Polonja

    37 500

    Portugall

    16 500

    Rumanija

    24 750

    Slovenja

    5 250

    Slovakkja

    9 750

    Finlandja

    9 750

    Svezja

    13 500

    Renju Unit

    54 000


    ANNESS II

    INFORMAZZJONI MEĦTIEĠA GĦAR-REĠISTRAZZJONI TA’ INIZJATTIVA TAĊ-ĊITTADINI

    L-informazzjoni li ġejja għandha tkun provduta sabiex tiġi reġistrata inizjattiva taċ-ċittadini proposta fir-reġistru online tal-Kummissjoni:

    1.

    It-titolu tal-inizjattiva taċ-ċittadini proposta, f’mhux aktar minn 100 karattru;

    2.

    Is-suġġett, f’mhux aktar minn 200 karattru;

    3.

    Deskrizzjoni tal-għanijiet tal-inizjattiva taċ-ċittadini proposta li fuqha l-Kummissjoni hija mistiedna taġixxi, f’mhux aktar minn 500 karattru;

    4.

    Id-dispożizzjonijiet tat-Trattati meqjusa rilevanti mill-organizzaturi għall-azzjoni proposta;

    5.

    L-ismijiet sħaħ, l-indirizzi postali, in-nazzjonalitajiet u d-dati ta’ twelid tas-seba’ membri tal-kumitat taċ-ċittadini, b’indikazzjoni speċifika tar-rappreżentant u s-sostitut kif ukoll l-indirizzi tal-e-Mail tagħhom (1);

    6.

    Is-sorsi kollha ta’ appoġġ u finanzjament għall-inizjattiva taċ-ċittadini proposta fil-ħin tar-reġistrazzjoni (1).

    L-organizzaturi jistgħu jipprovdu aktar informazzjoni dettaljata dwar is-suġġett, l-għanijiet u l-isfond tal-inizjattiva taċ-ċittadini proposta f’anness. Jekk jixtiequ, jistgħu wkoll jippreżentaw abbozz ta’ att legali.


    (1)  Dikjarazzjoni dwar il-privatezza: f’konformità mal-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data, is-suġġetti tad-data huma informati li din id-data personali qed tinġabar mill-Kummissjoni għall-iskop tal-proċedura fir-rigward tal-inizjattiva taċ-ċittadini proposta. Ser ikunu disponibbli għall-pubbliku fuq ir-reġistru online tal-Kummissjoni l-ismijiet sħaħ tal-organizzaturi, l-indirizzi e-Mail tal-persuni ta’ kuntatt u l-informazzjoni relatata mas-sorsi tal-appoġġ u tal-finanzjament biss. Is-suġġetti tad-data huma intitolati joġġezzjonaw għall-pubblikazzjoni tad-data personali tagħhom għal raġunijiet leġittimi aċċettabbli relatati mas-sitwazzjoni partikolari tagħhom, u jitolbu r-rettifika ta’ dik id-data f’kull waqt u t-tneħħija tagħha mir-reġistru online tal-Kummissjoni wara l-iskadenza ta’ sentejn mid-data ta’ reġistrazzjoni tal-inizjattiva taċ-ċittadini proposta.


    ANNESS III

    FORMOLA TA’ DIKJARAZZJONI TA’ APPOĠĠ - PARTI A
    (għall-Istati Membri li ma jirrikjedux li jiġi pprovdut numru ta’ identifikazzjoni personali/numru ta’ dokument ta’ identifikazzjoni personali)

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni
    FORMOLA TA’ DIKJARAZZJONI TA’ APPOĠĠ - PARTI B
    (għall-Istati Membri li jirrikjedu li jiġi pprovdut numru ta’ identifikazzjoni personali/numru ta’ dokument ta’ identifikazzjoni personali)

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    PARTI C

    1.

    Lista tal-Istati Membri li ma jirrikjedux li jiġi pprovdut numru ta’ identifikazzjoni personali/numru ta’ dokument ta’ identifikazzjoni personali (formola ta’ dikjarazzjoni ta’ appoġġ - Parti A):

    Stat Membru

    Firmatarji li d-dikjarazzjoni ta’ appoġġ tagħhom għandha tiġi ppreżentata lill-Istat Membru kkonċernat

    Belġju

    residenti fil-Belġju

    ċittadini Belġjani li jirresjedu barra mill-pajjiż jekk ikunu infurmaw lill-awtoritajiet nazzjonali tagħhom dwar il-post ta’ residenza tagħhom

    Danimarka

    residenti fid-Danimarka

    ċittadini Daniżi li jirresjedu barra mill-pajjiż jekk ikunu infurmaw lill-awtoritajiet nazzjonali tagħhom dwar il-post ta’ residenza tagħhom

    Ġermanja

    residenti fil-Ġermanja

    ċittadini Ġermaniżi li jirresjedu barra mill-pajjiż jekk ikunu infurmaw lill-awtoritajiet nazzjonali tagħhom dwar il-post ta’ residenza tagħhom

    Estonja

    residenti fl-Estonja

    ċittadini Estonjani li jirresjedu barra mill-pajjiż

    Irlanda

    residenti fl-Irlanda

    Pajjiżi l-Baxxi

    residenti fil-Pajjiżi l-Baxxi

    Slovakkja

    residenti fis-Slovakkja

    ċittadini Slovakki li jirresjedu barra mill-pajjiż

    Finlandja

    residenti fil-Finlandja

    ċittadini Finlandiżi li jirresjedu barra mill-pajjiż

    Renju Unit

    residenti fir-Renju Unit

    2.

    Lista tal-Istati Membri li jirrikjedu li jiġi pprovdut wieħed min-numri ta’ identifikazzjoni personali/numri ta’ dokumenti ta’ identifikazzjoni personali, kif speċifikat hawn taħt, fil-formola ta’ dikjarazzjoni ta’ appoġġ - Parti B:

     

    BULGARIJA

    Единен граждански номер (numru personali)

     

    REPUBBLIKA ĊEKA

    Občanský průkaz (karta tal-identità nazzjonali)

    Cestovní pas (passaport)

     

    GREĊJA

    Δελτίο Αστυνομικής Ταυτότητας (karta tal-identità)

    Διαβατήριο (passaport)

    Βεβαίωση Εγγραφής Πολιτών Ε.Ε./Έγγραφο πιστοποίησης μόνιμης διαμονής πολίτη Ε.Ε. (ċertifikat ta’ residenza/ċertifikat ta’ residenza permanenti)

     

    SPANJA

    Documento Nacional de Identidad (karta tal-identità)

    Pasaporte (passaport)

     

    FRANZA

    Passeport (passaport)

    Carte nationale d'identité (karta tal-identità nazzjonali)

    Titre de séjour (permess ta’ residenza)

    Permis de conduire (liċenzja tas-sewqan)

    Autre (oħrajn):

    Carte d’identité de parlementaire avec photographie, délivrée par le président d’une assemblée parlementaire (karta tal-identità ta’ membru parlamentari b’ritratt, maħruġa mill-President ta’ Assemblea Parlamentari);

    Carte d’identité d’élu local avec photographie, délivrée par le représentant de l’Etat (karta tal-identità ta’ deputat lokali b’ritratt, maħruġa mir-rappreżentant tal-Istat);

    Carte du combattant de couleur chamois ou tricolore (dokument ta’ ex-suldat kulur kamoxxa jew trikolor);

    Carte d’invalidité civile ou militaire avec photographie (dokument ta’ invalidità ċivili jew militari b’ritratt);

    Carte d’identité de fonctionnaire de l’Etat avec photographie (karta tal-identità ta’ uffiċjal tal-Istat b’ritratt);

    Carte d’identité ou carte de circulation avec photographie, délivrée par les autorités militaires (karta tal-identità jew permess ta’ ċirkolazzjoni b’ritratt, maħruġa mill-awtoritajiet militari);

    Permis de chasser avec photographie, délivré par le représentant de l’Etat (permess tal-kaċċa b’ritratt, maħruġ mir-rappreżentant tal-Istat);

    Livret ou carnet de circulation, délivré par le préfet en application de la loi no 69-3 du 3 janvier 1969 (ktejjeb ta’ ċirkolazzjoni, maħruġ mill-Préfet f’applikazzjoni tal-Liġi Nru 69-3 tat-3 ta’ Jannar 1969);

    Récépissé valant justification de l’identité, délivré en échange des pièces d’identité en cas de contrôle judiciaire, en application du neuvième alinéa (7o) de l’article 138 du code de procédure pénale (irċevuta li tiswa bħala prova tal-identità, maħruġa bi skambju għal karti tal-identità fil-każ ta’ kontroll ġudizzjarju, f’applikazzjoni tad-disa’ paragrafu (numerat paragrafu 7) tal-Artikolu 138 tal-Code de Procédure Pénale);

    Attestation de dépôt d’une demande de carte nationale d’identité ou de passeport, délivrée depuis moins de trois mois par une commune et comportant une photographie d’identité du demandeur authentifiée par un cachet de la commune (attestazzjoni ta’ talba għal karta tal-identità nazzjonali jew passaport, maħruġa mhux aktar minn tliet xhur qabel minn muniċipalità u li fiha ritratt tal-identità tal-applikant awtentikat b’timbru tal-muniċipalità)

     

    ITALJA

    Passaporto (passaport), inclusa l'indicazione dell'autorità di rilascio (inkluża l-awtorità emittenti)

    Carta di identità (karta tal-identità), inclusa l'indicazione dell'autorità di rilascio (inkluża l-awtorità emittenti)

     

    ĊIPRU

    Δελτίο Ταυτότητας (karta tal-identità ta’ ċittadin jew resident)

    Διαβατήριο (passaport)

     

    LATVJA

    Personas kods (numru ta’ identifikazzjoni personali)

     

    LITWANJA

    Asmens kodas (numru personali)

     

    LUSSEMBURGU

    Numéro d’identification national (numéro inscrit sur la carte d’identification de la Sécurité sociale) (Numru ta’ identifikazzjoni nazzjonali miktub fuq il-karta ta’ identifikazzjoni tas-sigurtà soċjali)

     

    UNGERIJA

    személyazonosító igazolvány (karta tal-identità)

    útlevél (passaport)

    személyi azonosító szám (személyi szám) – (numru ta’ identifikazzjoni personali)

     

    MALTA

    Karta tal-identità

     

    AWSTRIJA

    Reisepass (passaport)

    Personalausweis (karta tal-identità)

     

    POLONJA

    Numer ewidencyjny PESEL (numru ta’ identifikazzjoni PESEL)

     

    PORTUGALL

    Bilhete de identidade (karta tal-identità)

    Passaporte (passaport)

    Cartão de Cidadão (karta taċ-ċittadin)

     

    RUMANIJA

    carte de identitate (karta tal-identità)

    pasaport (passaport)

    certificat de inregistrare (ċertifikat ta’ reġistrazzjoni)

    cartea de rezidenta permanenta pentru cetatenii UE (karta ta’ residenza permanenti għaċ-ċittadini tal-UE)

    Cod Numeric Personal (numru ta’ identifikazzjoni personali)

     

    SLOVENJA

    Osebna izkaznica (karta tal-identità)

    Potni list (passaport)

     

    SVEZJA

    Personnummer (numru ta’ identifikazzjoni personali) fil-karta tal-identità

    Personnummer (numru ta’ identifikazzjoni personali) fil-passaport


    ANNESS IV

    ĊERTIFIKAT LI JIKKONFERMA L-KONFORMITÀ TA’ SISTEMA TA’ ĠBIR ONLINE MAR-REGOLAMENT (UE) Nru 211/2011 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL TAS-16 TA’ FRAR 2011 DWAR L-INIZJATTIVA TAĊ-ĊITTADINI

    … (isem tal-awtorità kompetenti) ta’ … (isem tal-Istat Membru) b’dan tiċċertifika li s-sistema ta’ ġbir online … (indirizz tal-websajt) li tintuża għall-ġbir tad-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ għal … titolu tal-inizjattiva taċ-ċittadini proposta) tikkonforma mad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE) Nru 211/2011.

    Data, firma u timbru uffiċjali tal-awtorità kompetenti:


    ANNESS V

    FORMOLA GĦALL-PREŻENTAZZJONI TA’ DIKJARAZZJONIJIET TA’ APPOĠĠ LILL-AWTORITAJIET KOMPETENTI TAL-ISTATI MEMBRI

    1.

    Ismijiet sħaħ, indirizzi postali u indirizzi e-Mail tal-persuni ta’ kuntatt:

    2.

    Titolu tal-inizjattiva taċ-ċittadini proposta:

    3.

    Numru ta’ reġistrazzjoni tal-Kummissjoni:

    4.

    Data ta’ reġistrazzjoni:

    5.

    Numru ta’ firmatarji li ġejjin minn (isem tal-Istat Membru):

    6.

    Annessi:

    (Inkludi d-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ kollha mill-firmatarji li jridu jiġu vverifikati mill-Istat Membru rilevanti.

    Jekk applikabbli, inkludi ċ-ċertifikat(i) rilevanti ta’ konformità tas-sistema ta’ ġbir online mar-Regolament (UE) Nru 211/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini)

    7.

    Data u firma tal-persuni ta’ kuntatt:


    ANNESS VI

    ĊERTIFIKAT LI JIKKONFERMA N-NUMRU TA’ DIKJARAZZJONIJIET TA’ APPOĠĠ VALIDI MIĠBURA GĦAL … (ISEM TAL-ISTAT MEMBRU)

    … (isem tal-awtorità kompetenti) ta’ … (isem tal-Istat Membru), wara li għamlet il-verifiki neċessarji mitluba mill-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 211/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini, b’dan tiċċertifika li … dikjarazzjoni(jiet) ta’ appoġġ għall-inizjattiva taċ-ċittadini proposta bin-numru ta’ reġistrazzjoni … huma validi skont id-dispożizzjonijiet ta’ dak ir-Regolament.

    Data, firma u timbru uffiċjali tal-awtorità kompetenti:


    ANNESS VII

    FORMOLA GĦALL-PREŻENTAZZJONI TA’ INIZJATTIVA TAĊ-ĊITTADINI LILL-KUMMISSJONI

    1.

    Titolu tal-inizjattiva taċ-ċittadini:

    2.

    Numru ta’ reġistrazzjoni tal-Kummissjoni:

    3.

    Data ta’ reġistrazzjoni:

    4.

    Numru ta’ dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ validi miġbura: (għandu jkun mill-inqas miljun):

    5.

    Numru ta’ firmatarji ċertifikati mill-Istati Membri:

     

    BE

    BG

    CZ

    DK

    DE

    EE

    IE

    EL

    ES

    FR

    IT

    CY

    LV

    LT

    LU

    Numru ta’ firmatarji

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    HU

    MT

    NL

    AT

    PL

    PT

    RO

    SI

    SK

    FI

    SE

    UK

    TOTAL

    Numru ta’ firmatarji

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    6.

    Ismijiet sħaħ, indirizzi postali u indirizzi e-Mail tal-persuni ta’ kuntatt (1).

    7.

    Indika s-sorsi kollha tal-appoġġ u l-finanzjament għall-iniżjattiva, inkluż l-ammont tal-appoġġ finanzjarju fil-ħin tal-preżentazzjoni (1).

    8.

    B’din niddikjaraw li l-informazzjoni pprovduta f’din il-formola hija korretta.

    Data u firma tal-persuni ta’ kuntatt:

    9.

    Annessi:

    (Inkludi ċ-ċertifikati kollha)


    (1)  Dikjarazzjoni dwar il-privatezza: f’konformità mal-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data, is-suġġetti tad-data huma informati li din id-data personali qed tinġabar mill-Kummissjoni għall-iskop tal-proċedura fir-rigward tal-inizjattiva taċ-ċittadini. Ser ikunu disponibbli għall-pubbliku fuq ir-reġistru online tal-Kummissjoni l-ismijiet sħaħ tal-organizzaturi, l-indirizzi e-Mail tal-persuni ta’ kuntatt u l-informazzjoni relatata mas-sorsi tal-appoġġ u l-finanzjament biss. Is-suġġetti tad-data huma intitolati joġġezzjonaw għall-pubblikazzjoni tad-data personali tagħhom għal raġunijiet leġittimi aċċettabbli relatati mas-sitwazzjoni partikolari tagħhom, u jitolbu r-rettifika ta’ dik id-data f’kull waqt u t-tneħħija tagħha mir-reġistru online tal-Kummissjoni wara l-iskadenza ta’ sentejn mid-data tar-reġistrazzjoni tal-inizjattiva taċ-ċittadini proposta.


    Top