This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32011D0456
2011/456/EU: Council Decision of 18 July 2011 on the signing, on behalf of the Union, of the Agreement between the European Union and Australia amending the Agreement on mutual recognition in relation to conformity assessment, certificates and markings between the European Community and Australia
2011/456/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 18 ta’ Lulju 2011 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Awstralja li jemenda l-Ftehim dwar l-għarfien reċiproku b'relazzjoni mal-istima ta’ konformità, ċertifikati u mmarkar bejn il-Komunità Ewropea u l-Awstralja
2011/456/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 18 ta’ Lulju 2011 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Awstralja li jemenda l-Ftehim dwar l-għarfien reċiproku b'relazzjoni mal-istima ta’ konformità, ċertifikati u mmarkar bejn il-Komunità Ewropea u l-Awstralja
ĠU L 194, 26.7.2011, p. 1–1
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
26.7.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 194/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-18 ta’ Lulju 2011
dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Awstralja li jemenda l-Ftehim dwar l-għarfien reċiproku b'relazzjoni mal-istima ta’ konformità, ċertifikati u mmarkar bejn il-Komunità Ewropea u l-Awstralja
(2011/456/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Il-Ftehim dwar l-għarfien reċiproku b'relazzjoni mal-istima tal-konformità, ċertifikati u mmarkar bejn il-Komunità Ewropea u l-Awstralja (1) (“il-Ftehim dwar l-Għarfien Reċiproku”) daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 1999 (2). |
(2) |
Fit-8 ta’ Lulju 2002 il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati mal-Awstralja bil-għan li jiġi emendat il-Ftehim dwar l-Għarfien Reċiproku. In-negozjati kienu konklużi b'suċċess bl-inizjalar tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Awstralja li jemenda l-Ftehim dwar l-għarfien reċiproku b'relazzjoni mal-istima ta’ konformità, ċertifikati u mmarkar bejn il-Komunità Ewropea u l-Awstralja (“il-Ftehim”) fi Brussell fit-23 ta’ Ġunju 2009. |
(3) |
Bħala konsegwenza tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona fl-1 ta’ Diċembru 2009, l-Unjoni Ewropea ssostitwixxiet u ssuċċediet lill-Komunità Ewropea. |
(4) |
Il-Ftehim għandu jiġi ffirmat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-iffirmar tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Awstralja li jemenda l-Ftehim dwar l-għarfien reċiproku b'relazzjoni mal-istima ta’ konformità, ċertifikati u mmarkar bejn il-Komunità Ewropea u l-Awstralja (“il-Ftehim”) huwa b'dan awtorizzat f'isem l-Unjoni, suġġett għall-konklużjoni tal-imsemmi Ftehim (3).
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat li jaħtar il-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim f'isem l-Unjoni suġġett għall-konklużjoni tiegħu.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Lulju 2011.
Għall-Kunsill
Il-President
M. DOWGIELEWICZ
(1) ĠU L 229, 17.8.1998, p. 3 (Ħarġa Speċjali bil-Malti Kapitolu 11, Volum 29, p. 99).
(3) It-test tal-Ftehim se jiġi ppubblikat flimkien mad-Deċiżjoni dwar il-konklużjoni tiegħu.