This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32011D0264
2011/264/EU: Commission Decision of 28 April 2011 on establishing the ecological criteria for the award of the EU Ecolabel for laundry detergents (notified under document C(2011) 2815) Text with EEA relevance
2011/264/UE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 28 ta’ April 2011 dwar l-istabbiliment ta’ kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE lil deterġenti għall-ħasil tal-ħwejjeġ (notifikata bid-dokument numru C(2011) 2815) Test b’relevanza għaż-ŻEE
2011/264/UE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 28 ta’ April 2011 dwar l-istabbiliment ta’ kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE lil deterġenti għall-ħasil tal-ħwejjeġ (notifikata bid-dokument numru C(2011) 2815) Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 111, 30.4.2011, p. 34–47
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 25/06/2017; Imħassar b' 32017D1218
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Repeal | 32003D0200 | ||||
Modifies | 32008D0063 | Revoka parzjali | |||
Modifies | 32009D0888 | Revoka parzjali | |||
Modifies | 32011D0081 | Revoka parzjali |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modified by | 32012D0049 | Emenda | anness | ||
Modified by | 32014D0313 | TXT | anness | 01/12/2012 | |
Modified by | 32015D0345 | Sostituzzjoni | artikolu 4 | ||
Validity extended by | 32015D0345 | 31/12/2016 | |||
Modified by | 32016D1796 | Sostituzzjoni | anness Test | 01/12/2012 | |
Modified by | 32016D2003 | Sostituzzjoni | artikolu 4 | ||
Validity extended by | 32016D2003 | 31/12/2017 | |||
Repealed by | 32017D1218 | 26/06/2017 |
30.4.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 111/34 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-28 ta’ April 2011
dwar l-istabbiliment ta’ kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE lil deterġenti għall-ħasil tal-ħwejjeġ
(notifikata bid-dokument numru C(2011) 2815)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2011/264/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar skema ta’ Ekotikketta tal-UE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(2) tiegħu,
Wara li kkonsultat il-Bord tal-Ekotikkettar tal-Unjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Skont ir-Regolament (KE) Nru 66/2010, l-Ekotikketta tal-UE tista' tingħata lil dawk il-prodotti b'impatt ambjentali mnaqqas waqt iċ-ċiklu tal-ħajja kollu tagħhom. |
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 jipprovdi li għandhom ikunu stabbiliti kriterji speċifiċi tal-Ekotikketta tal-UE skont il-gruppi tal-prodotti. |
(3) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/476/KE (2) stabbilixxiet il-kriterji ekoloġiċi kif ukoll ir-rekwiżiti relatati mal-valutazzjoni u mal-verifika għad-deterġenti għall-ħasil tal-ħwejjeġ. Wara l-analiżi tal-kriterji stabbiliti f'dik id-Deċiżjoni, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/200/KE (3) stabbilixxiet kriterji riveduti li huma validi sat-30 ta’ April 2011. |
(4) |
Dawk il-kriterji ġew analizzati aktar fid-dawl tal-iżviluppi teknoloġiċi. Mill-analiżi jirriżulta li hu meħtieġ li tkun emendata d-definizzjoni tal-grupp tal-prodotti sabiex tinkludi sottogrupp tal-prodotti ġdid u biex tistabbilixxi kriterji ġodda. Dawk il-kriterji l-ġodda, kif ukoll ir-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u ta’ verifika relatati għandhom ikunu validi għal erba' snin mid-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni. |
(5) |
Id-Deċiżjoni 2003/200/KE għandha tiġi sostitwita għal raġunijiet ta’ ċarezza. |
(6) |
Għandu jkun hemm perjodu tranżizzjonali għall-produtturi li l-prodotti tagħhom ingħataw l-Ekotikketta għad-deterġenti tal-ħwejjeġ għall-ħasil abbażi tal-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjoni 2003/200/KE, sabiex ikollhom żmien suffiċjenti biex jadattaw il-prodotti tagħhom biex jikkonformaw mal-kriterji u r-rekwiżiti riveduti. Il-produtturi għandhom ukoll jitħallew jippreżentaw applikazzjonijiet abbażi tal-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjoni 2003/200/KE jew tal-kriterji stabbiliti f'din id-Deċiżjoni sakemm tiskadi l-validità ta’ dik id-Deċiżjoni. |
(7) |
Il-miżuri pprovduti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 66/2010, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-grupp tal-prodotti “Deterġenti għall-Ħasil tal-Ħwejjeġ” għandu jinkludi: deterġenti għall-ħasil tal-ħwejjeġ u aġenti ta’ pretrattament li jneħħu t-tbajja' kemm jekk ikunu f'forma ta’ trab, kemm jekk likwidi jew fi kwalunkwe forma oħra li huma kkummerċjalizzati u użati għall-ħasil tat-tessuti primarjament fil-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi iżda ma jeskludix l-użu tagħhom f'launderettes u f'laundries komuni.
Aġenti ta’ pretrattament li jneħħu t-tbajja' jinkludu aġenti li jneħħu t-tbajja' użati għal trattament dirett tat-tebgħa fuq it-tessuti (qabel ma jinħaslu fil-magna) iżda ma jinkludux aġenti li jneħħu t-tbajja' ddożati fil-magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ li jkollhom użi oħra minbarra l-pretrattament.
Dan il-grupp ta’ prodotti ma għandux jinkludi prodotti li huma ddożati permezz ta’ trasportaturi bħal folji, biċċiet jew materjali oħra u lanqas aġenti awżiljarji għall-ħasil mingħajr ħasil sussegwenti bħal pereżempju aġenti li jneħħu t-tbajja' għat-twapet u tappizzerija għall-għamara.
Artikolu 2
1. Għall-fini ta’ din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) |
“deterġenti qawwija ħafna (heavy-duty)” tfisser deterġenti użati għal ħasil normali ta’ tessuti bojod fi kwalunkwe temperatura. |
(2) |
“deterġenti sikuri għall-kuluri (colour-safe)” tfisser deterġenti użati għal ħasil normali ta’ tessuti kkuluriti fi kwalunkwe temperatura. |
(3) |
“deterġenti mhux qawwija (low-duty)” tfisser deterġenti maħsuba għal tessuti delikati. |
(4) |
“Sustanza” tfisser element kimiku u l-komposti tiegħu fl-istat naturali jew miksub bi kwalunkwe proċess tal-produzzjoni, inkluż kwalunkwe addittiv meħtieġ biex jippreżerva l-istabbiltà tal-prodotti u kwalunkwe impurità li tirriżulta mill-proċess użat, iżda li jeskludi kwalunkwe solvent li jista' jiġi sseparat mingħajr ma tkun affettwata l-istabbiltà tas-sustanza jew tinbidel il-kompożizzjoni tagħha. |
2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1(1) u (2), deterġent għandu jitqies jew bħala deterġent qawwi ħafna inkella bħala deterġent sikur għall-kuluri għajr meta d-deterġent ikun maħsub u kkummerċjalizzat l-aktar għal tessuti delikati.
Għall-finijiet tal-paragrafu 1(3), deterġenti likwidi għall-ħasil normali ta’ tessuti bojod u kkuluriti ma għandhomx jitqiesu bħala deterġenti mhux qawwija.
Artikolu 3
Sabiex jingħata l-Ekotikketta tal-UE fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 66/2010, oġġett ta’ deterġent għall-ħasil tal-ħwejjeġ jew ta’ aġent ta’ pretrattament li jneħħi t-tbajja' għandu jaqa' taħt il-grupp tal-prodotti “Deterġenti għall-Ħasil tal-Ħwejjeġ” kif iddefinit fl-Artikolu 1 ta’ din id-Deċiżjoni u għandu jkun konformi mal-kriterji kif ukoll mar-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u verifika relatati stabbiliti fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 4
Il-kriterji għall-grupp tal-prodotti “Deterġenti għall-Ħasil tal-Ħwejjeġ”, kif ukoll ir-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u verifika relatati, għandhom ikunu validi għal erba' snin mid-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 5
Għal finijiet amministrattivi n-numru tal-kodiċi assenjat lill-grupp tal-prodotti “Deterġenti għall-Ħasil tal-Ħwejjeġ” għandu jkun “6”.
Artikolu 6
Id-Deċiżjoni 2003/200/KE hi rrevokata.
Artikolu 7
1. B'deroga mill-Artikolu 6, l-applikazzjonijiet għall-Ekotikketta tal-UE għal prodotti li jaqgħu taħt il-grupp tal-prodotti “Deterġenti għall-Ħasil tal-Ħwejjeġ” ippreżentati qabel id-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jiġu evalwati skont il-kundizzjonjiiet stipulati fid-Deċiżjoni 2003/200/KE.
2. L-applikazzjonijiet għall-Ekotikketta tal-UE għal prodotti li jaqgħu taħt il-grupp tal-prodotti “Deterġenti għall-Ħasil tal-Ħwejjeġ” ippreżentati qabel id-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni iżda mhux aktar tard mit-30 ta’ April 2011 jistgħu jkunu bbażati jew fuq il-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjoni 2003/200/KE jew fuq il-kriterji stabbiliti f'din id-Deċiżjoni.
Dawk l-applikazzjonijiet għandhom ikunu evalwati skont il-kriterji li fuqhom huma bbażati.
3. Meta l-Ekotikketta tingħata abbażi ta’ applikazzjoni evalwata skont il-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjoni 2003/200/KE, dik l-Ekotikketta tista' tintuża għal 12-il xahar mid-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 8
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ April 2011.
Għall-Kummissjoni
Janez POTOČNIK
Membru tal-Kummissjoni
(2) ĠU L 187, 20.7.1999, p. 52.
(3) ĠU L 76, 22.3.2003, p. 25.
ANNESS
QAFAS
L-għanijiet tal-kriterji
Il-kriterji jimmiraw, b’mod partikolari, biex jippromwovu prodotti li għandhom impatt imnaqqas fuq l-ekosistemi akkwatiċi, li jinkludu ammont limitat ta’ sustanzi perikolużi u li l-prestazzjoni tagħhom kienet ittestjata. Barra minn hekk il-kriterji jimmiraw li jnaqqsu l-konsum tal-enerġija mill-ħasil tal-ħwejjeġ billi jippromwovu prodotti li huma effiċjenti f’temperaturi baxxi.
KRITERJI
Qed jiġu stabbiliti kriterji għal kull wieħed mill-aspetti li ġejjin:
1. |
Rekwiżiti tad-dożaġġ |
2. |
Tossiċità għall-organiżmi akkwatiċi: Volum Kritiku tad-Dilwizzjoni (CDV) |
3. |
Bijodegradabilità tas-sustanzi organiċi |
4. |
Sustanzi u taħlitiet esklużi jew limitati |
5. |
Rekwiżiti ta’ imballaġġ |
6. |
Prestazzjoni tal-ħasil (idoneità għall-użu) |
7. |
Punti |
8. |
Informazzjoni għall-konsumatur |
9. |
Informazzjoni li tidher fuq l-Ekotikketta tal-UE. |
1. Valutazzjoni u verifika
(a) Rekwiżiti
Ir-rekwiżiti speċifiċi ta’ valutazzjoni u verifika huma indikati f’kull kriterju.
Meta l-applikant ikun meħtieġ jipprovdi dikjarazzjonijiet, dokumentazzjoni, rapporti tat-testijiet tal-analiżi, jew evidenza oħra biex juri l-konformità mal-kriterji, hu mifhum li dawn jistgħu joriġinaw mill-applikant u/jew il-fornitur(i) tiegħu u/jew il-fornitur(i) tagħhom, eċċ., skont kif ikun xieraq.
Meta jkun possibbli, l-ittestjar għandu jitwettaq minn laboratorji li jissodisfaw ir-rekwiżiti ġenerali ta’ EN ISO 17025 jew l-ekwivalenti tiegħu.
Meta jkun xieraq, il-metodi ta’ ttestjar għajr dawk indikati għal kull kriterju jistgħu jintużaw jekk il-korp kompetenti li jivvaluta l-applikazzjoni jaċċetta l-ekwivalenza tagħhom.
L-Appendiċi I tirreferi għall-bażi tad-dejta tal-ingredjenti tad-deterġenti (lista DID) li tinkludi l-ingredjenti l-aktar użati fil-formulazzjonijiet tad-deterġenti. Din għandha tintuża biex tiġi dderivata d-dejta għall-kalkoli tal-Volum Kritiku tad-Dilwizzjoni (CDV) u għall-valutazzjoni tal-bijodegradabilità tal-ingredjenti. Għas-sustanzi mhux preżenti fil-lista DID, tingħata gwida dwar kif għandha tiġi kkalkolata jew estrapolata d-dejta rilevanti. L-aħħar verżjoni tal-lista DID hi disponibbli mis-sit elettroniku tal-Ekotikketta tal-UE jew permezz tas-siti elettroniċi tal-korpi kompetenti individwali.
Meta jkun xieraq, il-korpi kompetenti jistgħu jitolbu dokumentazzjoni ta’ appoġġ u jistgħu jwettqu verifiki indipendenti.
(b) Limiti tal-kejl
Is-sustanzi kostitwenti li l-konċentrazzjoni tagħhom taqbeż 0.010 % skont il-piż tal-preparazzjoni għandhom jikkonformaw mal-kriterji ekoloġiċi.
Għall-preżervattivi, l-aġenti li jlewnu u l-fwejjaħ il-konformità mal-kriterji hi meħtieġa irrispettivament mill-konċentrazzjoni tagħhom ħlief għall-kriterju 4(b) dwar s-sustanzi u t-taħlitiet esklużi jew illimitati.
Is-sustanzi li jidħlu huma ddefiniti bħala s-sustanzi kollha fil-prodott inklużi l-addittivi (eż. preżervattivi jew stabbilizzaturi) fl-ingredjenti. L-impuritajiet li jirriżultaw mill-produzzjoni tal-materja prima, li huma preżenti f’konċentrazzjonijiet > 0.010 % skont il-piż tal-formulazzjoni finali għandhom ukoll jikkonformaw mal-kriterji.
Fejn l-istruzzjoni tad-dożaġġ fuq l-imballaġġ ikollha speċifikazzjonijiet kemm għall-ħasla ta’ qabel (prewash) kif ukoll għall-ħasla sussegwenti (minbarra ħasla waħda normali), id-dożaġġ totali (ħasla ta’ qabel + ħasla) għandha tikkonforma wkoll mal-kriterji ekoloġiċi.
Jekk il-prodott ikollu fojl li ddub fl-ilma intenzjonata biex titneħħa qabel il-ħasil, il-fojl għandha titqies li hi parti mill-formulazzjoni tal-prodott fir-rekwiżiti kollha.
2. Unità funzjonali
L-unità funzjonali għal dan il-grupp tal-prodotti għandha tiġi espressa fi gm/kg ta’ ħasil (grammi għal kull kilo ta’ ħasla).
3. Dożaġġ ta’ referenza
Għal deterġenti qawwija ħafna u deterġenti sikuri għall-kuluri d-dożaġġ irrakkomandat mill-manifattur għall-konsumaturi għall-ilma ta’ ebusija ta’ 2,5 mmol CaCO3/l u tessuti bi ‘ħmieġ normali’ jittieħed bħala d-dożaġġ ta’ referenza għall-kalkolu tal-kriterji ekoloġiċi, u għall-ittestjar tal-prestazzjoni tal-ħasil. Għal deterġenti qawwija ħafna u deterġenti sikuri għall-kuluri dan hu relatat mad-dożaġġ għal kull tagħbija ta’ 4,5 kg (tessuti niexfa) fil-magna tal-ħasil.
Għal deterġenti mhux qawwija d-dożaġġ irrakkomandat mill-manifattur għall-konsumaturi għall-ilma ta’ ebusija ta’ 2,5 mmol CaCO3/l u tessuti bi ‘ftit ħmieġ’ jittieħed bħala d-dożaġġ ta’ referenza għall-kalkolu tal-kriterji ekoloġiċi, u għall-ittestjar tal-prestazzjoni tal-ħasil. Għal deterġenti mhux qawwija dan hu relatat mad-dożaġġ għal kull tagħbija ta’ 2,5 kg (tessuti niexfa) fil-magna tal-ħasil.
Jekk id-dożaġġ irrakkomandat jingħata għal ħasliet ta’ daqsijiet oħra minbarra dawn ta’ hawn fuq, id-dożaġġ ta’ referenza użat għall-kalkolu tal-kriterji ekoloġiċi, madankollu, jeħtieġ li jikkorrispondi mad-daqs medju ta’ tagħbija. Jekk l-ebusija tal-ilma ta’ 2,5 mmol CaCO3/l mhijiex rilevanti fl-Istati Membri fejn id-deterġent jiġi kkumerċjalizzat, l-applikant għandu jispeċifika d-dożaġġ użat bħala r-referenza.
Rekwiżiti relatati mal-valutazzjoni u l-verifika ta’ (2) Unità funzjonali u (3) Dożaġġ ta’ referenza: Il-formulazzjoni sħiħa, li tindika l-isem kummerċjali, l-isem kimiku, in-Nru tal-CAS, in-Nru DID (*), il-kwantità li tidħol bl-inklużjoni u bl-esklużjoni tal-ilma u l-funzjoni tal-ingredjenti kollha li jidħlu (irrispettivament mill-konċentrazzjoni) fil-prodott, għandha tiġi ppreżentata lill-korp kompetenti. Il-korp kompetenti għandu jiġi ppreżentat b’kampjun tax-xogħol grafiku inklużi r-rakkomandazzjonijiet tad-dożaġġ.
Il-korp kompetenti għandu jiġi ppreżentat bi skedi tad-dejta dwar is-sikurezza għal kull ingredjent skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).
Il-lista DID tista’ tinstab fuq is-sit elettroniku tal-Ekotikketta tal-UE: http://ec.europa.eu/environment/ecolabel/ecolabelled_products/categories/did_list_en.htm
KRITERJI TAL-EKOTIKKETTA TAL-UE
Kriterju 1 – Rekwiżiti tad-dożaġġ
Id-dożaġġ jikkorrispondi mad-dożaġġ irrakkomandat fi gm/kg ta’ ħasil (trabijiet/pirmli) jew ml/kg ta’ ħasil (likwidi). Għandu jintuża d-dożaġġ irrakkomandat għal ebusija tal-ilma ta’ 2,5 mmol CaCO3/l għal tessuti bi ħmieġ normali (deterġenti qawwija ħafna, deterġenti sikuri għall-kuluri) u tessuti bi ftit ħmieġ (deterġenti mhux qawwija), rispettivament.
Id-dożaġġ ma għandux jaqbeż l-ammonti li ġejjin:
Tip tal-prodott |
Dożaġġ, trab/pirmla |
Dożaġġ, likwidu/ġell |
Deterġent għall-ħasil tal-ħwejjeġ qawwi ħafna, Deterġent sikur għall-kuluri |
17,0 gm/kg ta’ ħasil |
17,0 ml/kg ta’ ħasil |
Deterġent għall-ħasil tal-ħwejjeġ mhux qawwi |
17,0 gm/kg ta’ ħasil |
17,0 ml/kg ta’ ħasil |
Aġent li jneħħi t-tbajja’ (pretrattament biss) |
2,7 g/kg ta’ ħasil |
2,7 ml/kg ta’ ħasil (**) |
Jekk ir-rakkomandazzjonijiet japplikaw kemm għall-ħasla ta’ qabel u kemm għall-ħasla sussegwenti, id-dożaġġ totali rrakkomandat (ħasla ta’ qabel + ħasla sussegwenti) għandu jkun konformi mal-livell ta’ dożaġġ massimu.
Valutazzjoni u verifika: Il-formulazzjoni sħiħa tal-prodott, it-tabella jew il-grafika inklużi l-istruzzjonijiet rigward id-dożaġġ. Id-densità (gm/ml) għandu jingħata għall-prodotti kollha (jew fuq l-imballaġġ inkella fi Skeda tad-Dejta dwar is-Sikurezza).
Kriterju 2 – Tossiċità għall-organiżmi akkwatiċi: Volum Kritiku tad-Dilwizzjoni (CDV)
Il-volum kritiku tad-dilwizzjoni tal-prodott ma għandux jaqbeż il-limiti li ġejjin (CDVkroniku):
Tip tal-prodott |
CDVkroniku |
Deterġent għall-ħasil tal-ħwejjeġ qawwi ħafna, Deterġent sikur għall-kuluri (kull tip) |
35,000 l/kg ta’ ħasil |
Deterġent għall-ħasil tal-ħwejjeġ mhux qawwi (kull tip) |
20,000 l/kg ta’ ħasil |
Aġent li jneħħi t-tbajja’ (pretrattament biss) |
3,500 l/kg ta’ ħasil (***) |
It-tossiċità tal-volum kritiku tad-dilwizzjoni (CDVkroniku) huwa kkalkulat għall-ingredjenti kollha (i) fil-prodott bl-użu tal-ekwazzjoni li ġejja:
fejn
piż (i)= il-piż tal-ingredjent għal kull doża rrakkomandata
DF= il-fattur tad-degradazzjoni
TF= il-fattur tat-tossiċità kronika tas-sustanza kif iddikjarat fil-lista DID.
Il-preżervattivi, l-aġenti li jlewnu u l-fwejjaħ preżenti fil-prodott għandhom jiġu inklużi wkoll fil-kalkolu tas-CDV anke jekk il-konċentrazzjoni tkun aktar baxxa minn 0 010 % (100 ppm).
Valutazzjoni u verifika: Kalkolu tas-CDVkroniku tal-prodott. Spreadsheet għall-kalkolu tal-valur tas-CDV hija disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-Ekotikketta tal-UE.
Il-valuri tal-parametri tad-DF u t-TF għandhom jingħataw fil-lista tal-Bażi tad-Dejta tal-Ingredjenti tad-Deterġenti (lista DID). Jekk is-sustanza ma tinstabx fuq il-lista DID, il-parametri għandhom jiġu kkalkulati bl-użu tal-linji gwida fil-parti B tal-lista DID u billi tinhemeż id-dokumentazzjoni assoċjata.
Kriterju 3 – Bijodegradabilità tas-sustanzi organiċi
Il-kontentut ta’ sustanzi organiċi fil-prodott li huma aerobikament mhux bijodegradabbli (mhux bijodegradabbli fil-pront) (aNBO) u/jew anaerobikament mhux bijodegradabbli (anNBO) ma għandux jaqbeż il-limiti li ġejjin:
aNBO
Tip tal-prodott |
trab, aNBO |
likwidu/ġell, aNBO |
Deterġent għall-ħasil tal-ħwejjeġ qawwi ħafna, deterġent sikur għall-kuluri |
1,0 gm/kg ta’ ħasil |
0,55 gm/kg ta’ ħasil |
Deterġent għall-ħasil tal-ħwejjeġ mhux qawwi |
0,55 gm/kg ta’ ħasil |
0,30 gm/kg ta’ ħasil |
Aġent li jneħħi t-tbajja’ (pretrattament biss) (****) |
0,10gm/kg ta’ ħasil |
0,10 gm/kg ta’ ħasil |
anNBO
Tip tal-prodott |
trab, anNBO |
likwidu/ġell, anNBO |
Deterġent għall-ħasil tal-ħwejjeġ qawwi ħafna, Deterġent sikur għall-kuluri |
1,3gm/kg ta’ ħasil |
0,70 gm/kg ta’ ħasil |
Deterġent għall-ħasil tal-ħwejjeġ mhux qawwi |
0,55gm/kg ta’ ħasil |
0,30 gm/kg ta’ ħasil |
Aġent li jneħħi t-tbajja’ (pretrattament biss) (*****) |
0,10gm/kg ta’ ħasil |
0,10gm/kg ta’ ħasil |
Valutazzjoni u verifika: Kalkolu ta’ aNBO u anNBO għall-prodott. Spreadsheet li tintuża għall-kalkolu tal-valuri tal-aNBO u l-anNBO hija disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-Ekotikketta tal-UE.
Irreferi għal-lista DID. Għall-ingredjenti li mhumiex inklużi fil-lista DID, għandha tiġi pprovduta l-informazzjoni rilevanti mil-letteratura jew sorsi oħra, jew inkella għandhom jiġu pprovduti riżultati ta’ testijiet xierqa, li juru li huma aerobikament u anaerobikament bijodegradabbli. Ara l-Appendiċi I.
Innota li t-TAED għandu jitqies bħala bijodegradabbli anaerobikament.
Kriterju 4 – Sustanzi u taħlitiet esklużi jew limitati
(a) Ingredjenti esklużi speċifikati
L-ingredjenti li ġejjin jeħtieġ li ma jiġux inklużi fil-prodott, la bħala parti mill-fromulazzjoni u lanqas bħala parti ta’ kwalunkwe preparazzjoni inkluża fil-formulazzjoni.
— |
Fosfati |
— |
EDTA (tetraaċetat tal-etilendiammina) |
— |
Nitromiski u miski poliċikliċi |
Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformità kompluta u ffirmata.
(b) Sustanzi u taħlitiet perikolużi
Skont l-Artikolu 6(6) tar-Regolament (KE) Nru 66/2010 dwar l-Ekotikketta tal-UE, il-prodott jew kwalunkwe parti minnu ma għandux/ma għandhiex jinkludi/tinkludi sustanzi jew taħlitiet li jikkonformaw mal-kriterji għall-klassifikazzjoni bil-klassijiet jew il-kategoriji ta’ periklu skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 speċifikati hawn isfel u lanqas ma għandhom jinkludu sustanzi msemmija fl-Artikolu 57 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.
Lista ta’ dikjarazzjonijiet ta’ periklu:
Dikjarazzjoni ta’ Periklu GHS (2) |
Frażi ta’ Riskju tal-UE (3) |
H300 Fatali jekk jinbela’ |
R28 |
H301 Tossiku jekk jinbela’ |
R25 |
H304 Jista’ jkun fatali jekk jinbela’ u jidħol fil-pajpijiet tan-nifs |
R65 |
H310 Fatali jekk jiġi f’kuntatt mal-ġilda |
R27 |
H311 Tossiku jekk jiġi f’kuntatt mal-ġilda |
R24 |
H330 Fatali jekk jiġi inalat |
R23/26 |
H331 Tossiku jekk jiġi inalat |
R23 |
H340 Jista’ jikkawża difetti ġenetiċi |
R46 |
H341 Suspettat li jikkawża difetti ġenetiċi |
R68 |
H350 Jista’ jikkawża l-kanċer |
R45 |
H350i Jista’ jikkawża l-kanċer meta jiġi inalat |
R49 |
H351 Suspettat li jikkawża l-kanċer |
R40 |
H360F Jista’ jagħmel ħsara lill-fertilità |
R60 |
H360D Jista’ jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha ma twelditx |
R61 |
H360FD Jista’ jagħmel ħsara lill-fertilità. Jista’ jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha ma twelditx |
R60/61/60-61 |
H360Fd Jista’ jagħmel ħsara lill-fertilità. Suspettat li jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha ma twelditx |
R60/63 |
H360Df Jista’ jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha ma twelditx. Suspettat li jagħmel ħsara lill-fertilità |
R61/62 |
H361f Suspettat li jagħmel ħsara lill-fertilità |
R62 |
H361d Suspettat li jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha ma twelditx |
R63 |
H361fd Suspettat li jagħmel ħsara lill-fertilità. Suspettat li jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha ma twelditx. |
R62-63 |
H362 Jista’ jikkawża ħsara lil tfal imreddgħa |
R64 |
H370 Jikkawża ħsara lill-organi |
R39/23/24/25/26/27/28 |
H371 Jista’ jikkawża ħsara lill-organi |
R68/20/21/22 |
H372 Jikkawża ħsara lill-organi f’każ ta’ esponiment ripetut jew fuq perjodu twil ta’ żmien |
R48/25/24/23 |
H373 Jista’ jikkawża ħsara lill-organi f’każ ta’ esponiment ripetut jew fuq perjodu twil ta’ żmien |
R48/20/21/22 |
H400 Tossiku ħafna għall-organiżmi akkwatiċi |
R50 |
H410 Tossiku ħafna għall-organiżmi akkwatiċi b’mod li jħalli effetti għat-tul |
R50-53 |
H411 Tossiku għall-organiżmi akkwatiċi b’mod li jħalli effetti għat-tul |
R51-53 |
H412 Jagħmel ħsara lill-organiżmi akkwatiċi b’mod li jħalli effetti għat-tul |
R52-53 |
H413 Jista’ jikkawża effetti ta’ ħsara għat-tul lill-organiżmi akkwatiċi |
R53 |
EUH059 Perikoluż għas-saff tal-ożonu |
R59 |
EUH029 Meta jiġi f’kuntatt mal-ilma jillibera gass tossiku |
R29 |
EUH031 Meta jiġi f’kuntatt mal-aċidu jillibera gass tossiku |
R31 |
EUH032 Meta jiġi f’kuntatt mal-aċidu jillibera gass tossiku ħafna |
R32 |
EUH070 Tossiku meta jiġi f’kuntatt mal-għajnejn |
R39-41 |
Sustanzi sensitizzanti |
|
H334: Jista’ jikkawża sintomi ta’ allerġija jew ta’ ażma jew diffikultajiet biex jittieħed in-nifs jekk jiġi inalat |
R42 |
H317: Jista’ jikkawża reazzjoni allerġika tal-ġilda |
R43 |
Dan il-kriterju japplika għall-ingredjenti kollha preżenti f’konċentrazzjonijiet ta’ ≥ 0.010 %, inklużi l-preżervattivi, l-aġenti li jlewnu u l-fwejjaħ.
L-użu ta’ sustanzi jew taħlitiet li mal-ipproċessar jibdlu l-proprjetajiet tagħhom (eż. ma jibqgħux aktar bijodisponibbli, jgħaddu minn modifika kimika) b’mod li l-periklu identifikat ma japplikax aktar, huwa eżentat mir-rekwiżit ta’ hawn fuq.
Derogi: is-sustanzi jew it-taħlitiet li ġejjin huma speċifikament eżentati minn dan ir-rekwiżit:
Aġenti tensjoattivi F’konċentrazzjonijiet ta’ < 25 % fil-prodott |
H400 Tossiku ħafna għall-organiżmi akkwatiċi |
R 50 |
Bijoċidi użati għal skopijiet ta’ preżervazzjoni (******) |
H410 Tossiku ħafna għall-organiżmi akkwatiċi b’mod li jħalli effetti għat-tul H411 Tossiku għall-organiżmi akkwatiċi b’mod li jħalli effetti għat-tul |
R50-53 R51-53 |
Fwejjaħ |
H412 Jagħmel ħsara lill-organiżmi akkwatiċi b’mod li jħalli effetti għat-tul |
R52-53 |
Bijoċidi użati għal skopijiet ta’ preżervazzjoni (******) |
||
Enżimi (*******) |
H334: Jista’ jikkawża sintomi ta’ allerġija jew ta’ ażma jew diffikultajiet biex jittieħed in-nifs jekk jiġi inalat |
R42 |
Katalizzaturi tal-bliċ (*******) |
||
Enżimi (*******) |
H317: Jista’ jikkawża reazzjoni allerġika tal-ġilda |
R43 |
Katalizzaturi tal-bliċ (*******) |
||
NTA bħala impurità f’MGDA u GLDA (********) |
H351: Suspettat li jikkawża l-kanċer |
R40 |
Aġenti ottiċi li jilluminaw (għal deterġent għall-ħasil tal-ħwejjeġ qawwi ħafna biss) |
H413 Jista’ jikkawża effetti għat-tul lill-organiżmi akkwatiċi |
R53 |
Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi l-formulazzjoni eżatta tal-prodott lill-korp kompetenti. L-applikant għandu jipprovdi wkoll dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien mad-dokumentazzjoni relatata, bħad-dikjarazzjonijiet ta’ konformità ffirmati mill-fornituri tal-materjal jew kopji tal-Iskedi tad-Dejta dwar is-Sikurezza rilevanti għas-sustanzi jew it-taħlitiet.
(c) Sustanzi elenkati skont l-Artikolu 59(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006
Ma għandha tingħata l-ebda deroga mill-esklużjoni fl-Artikolu 6(6) tar-Regolament (KE) Nru 66/2010 rigward sustanzi identifikati bħala sustanzi ta’ tħassib serju u inklużi fil-lista prevista fl-Artikolu 59 tar-Regolament KE Nru 1907/2006 preżenti f’taħlitiet f’konċentrazzjonijiet ogħla minn 0.010 %.
Valutazzjoni u verifika: Il-lista tas-sustanzi identifikati bħala sustanzi ta’ tħassib serju ħafna u inklużi fil-lista tal-kandidati skont l-Artikolu 59 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tista’ tinstab hawn: http://echa.europa.eu/chem_data/authorisation_process/candidate_list_table_en.asp
Fid-data tal-applikazzjoni għandha ssir referenza għal-lista. L-applikant għandu jipprovdi l-formulazzjoni eżatta tal-prodott lill-korp kompetenti. L-applikant għandu jipprovdi wkoll dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien mad-dokumentazzjoni relatata, bħad-dikjarazzjonijiet ta’ konformità ffirmati mill-fornituri tal-materjal jew kopji tal-Iskedi tad-Dejta dwar is-Sikurezza rilevanti għas-sustanzi jew it-taħlitiet.
(d) Ingredjenti limitati speċifikati – fwejjaħ
L-ingredjenti kollha miżjuda mal-prodott bħala fwieħa għandhom ikunu mmanifatturati u mmaniġġati skont il-kodiċi tal-prattika tal-Assoċjazzjoni Internazzjonali tal-Fwejjaħ (IFRA). Il-kodiċi jista’ jinstab fuq is-sit elettroniku tal-IFRA: http://www.ifraorg.org.
Ir-rakkomandazzjonijiet tal-Istandards tal-IFRA rigward il-projbizzjoni, l-użu ristrett u l-kriterji ta’ purità speċifikati għall-materjali għandhom jiġu segwiti mill-manifattur.
Is-sustanzi ta’ fwieħa soġġetti għar-rekwiżit ta’ dikjarazzjoni pprovdut fir-Regolament (KE) Nru 648/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-deterġenti (l-Anness VII) u li mhumiex diġà esklużi mill-kriterju 4b u sustanzi ta’ fwieħa (oħrajn) ikklassifikati bħala H317/R43 (Jista’ jikkawża reazzjoni allerġika tal-ġilda) u/jew H334/R42 (Jista’ jikkawża sintomi ta’ allerġija jew ta’ ażma jew diffikultajiet biex jittieħed in-nifs jekk jiġi inalat) ma għandhomx ikunu preżenti fi kwantitajiet ≥ 0 010 % (≥ 100 ppm) għal kull sustanza.
Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ konformità ffirmata li tindika l-ammont ta’ fwejjaħ fil-prodott. L-applikant għandu jipprovdi wkoll dikjarazzjoni mill-manifattur tal-fwieħa li tispeċifika l-kontenut ta’ kull waħda mis-sustanzi fil-fwejjaħ li huma elenkati fl-Anness III, il-Parti I tad-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE kif ukoll il-kontenut ta’ sustanzi (oħrajn) li kienu assenjati il-frażijiet tar-riskju H317/R43 u/jew H334/R42.
(e) Bijoċidi
(i) |
Il-prodott jista’ jinkludi biss bijoċidi sabiex jippreżervaw il-prodott, u fid-dożaġġ xieraq biss għal dan l-iskop. Dan ma jirreferix għall-aġenti tensjoattivi, li jista’ wkoll ikollhom karatteristiċi bijoċidali. Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi kopji tal-iskedi tad-dejta dwar is-sikurezza tal-materjal ta’ kwalunkwe preżervattiv miżjud, flimkien ma’ informazzjoni dwar il-konċentrazzjoni eżatta fil-prodott. Il-manifattur jew il-fornitur tal-preżervattivi għandu jipprovdi informazzjoni dwar id-dożaġġ meħtieġ biex il-prodott ikun ippreżervat (eż. ir-riżultati ta’ test ta’ sfida jew l-ekwivalenti). |
(ii) |
Hu pprojbit li jkun iddikjarat jew issuġġerit fuq l-imballaġġ jew bi kwalunkwe komunikazzjoni oħra li l-prodott jaġixxi kontra l-mikrobi. Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi t-testi u l-preżentazzjonijiet użati fuq kull tip ta’ imballaġġ u/jew eżempju ta’ kull tip differenti ta’ imballaġġ lill-korp kompetenti. |
Kriterju 5 – Rekwiżiti ta’ imballaġġ
(a) Proporzjon piż/utilità (weight/utility ratio, WUR)
Il-proporzjon piż/utilità (WUR) tal-prodott ma għandux jaqbeż il-valuri li ġejjin:
Tip tal-prodott |
WUR |
Trabijiet |
1,2gm/kg ta’ ħasil |
Oħrajn (eż. likwidi, ġellijiet, pirmli, kapsuli) |
1,5gm/kg ta’ ħasil |
Il-WUR għandu jiġi kkalkulat biss għall-imballaġġ primarju (inklużi kuperċijiet, tappijiet u pompi tal-idejn/apparati li jisprejjaw) bl-użu tal-formula ta’ hawn taħt:
Fejn:
Wi |
= |
il-piż (gm) tal-komponent tal-imballaġġ (i) inkluża t-tabella jekk applikabbli. |
Ui |
= |
il-piż (gm) ta’ materjal (verġni) mhux riċiklat fil-komponent tal-imballaġġ (i). Jekk il-proporzjon ta’ materjal riċiklat fil-komponent tal-imballaġġ ikun 0 %, Ui = Wi. |
Di |
= |
l-għadd ta’ unitajiet funzjonali li jkun hemm fil-komponent tal-imballaġġ (i). L-unità funzjonali = id-ożaġġ fi gm/kg ta’ ħasil |
ri |
= |
il-figura tar-riċiklaġġ, i.e. l-għadd ta’ drabi li l-komponent tal-imballaġġ (i) jintuża għall-istess għan f’sistema ta’ ritorn jew ta’ milja oħra. Il-valur assenjat (default value) għal r huwa ssettjat bħala 1 (= l-ebda użu mill-ġdid). Jista’ jintuża valur ogħla għal r biss jekk l-applikant jista’ jiddokumenta li l-komponent tal-imballaġġ qed jintuża mill-ġdid għall-istess skop. |
Eċċezzjonijiet:
Imballaġġ tal-plastik/karti/kartun li jkun fih aktar minn 80 % materjal riċiklat huwa eżentat minn dan ir-rekwiżit.
L-imballaġġ jitqies bħala riċiklat jekk il-materja prima li tintuża għall-imballaġġ tkun inġabret minn manifatturi tal-imballaġġ fl-istadju tad-distribuzzjoni jew fl-istadju tal-konsumatur. Fejn il-materja prima tkun skart industrijali mill-proċess tal-produzzjoni tal-manifattur tal-materjal stess, il-materjal ma jitqiesx bħala riċiklat.
Valutazzjoni u verifika: Kalkolu tat-WUR tal-prodott. Fuq is-sit elettroniku tal-Ekotikketta tal-UE hemm disponibbli spreadsheet għal dan il-kalkolu. Indikazzjoni tal-kontentut ta’ materjal riċiklat fl-imballaġġ. Għal approvazzjoni ta’ imballaġġ għal milja oħra, l-applikant u/jew il-bejjiegħ għandu jiddokumenta li l-materjal għal milja oħra se jkun disponibbli għax-xiri fis-suq.
(b) Imballaġġ tal-plastik
Fl-imballaġġ tal-plastik jistgħu jintużaw biss dawk il-ftalati li fiż-żmien tal-applikazzjoni jkunu ġew ivvalutati għar-riskji u li ma jkunux ġew ikklassifikati skont il-kriterju 4(b) (u kombinazzjonijiet relatati).
(c) Tikkettar tal-imballaġġ tal-plastik
Sabiex ikunu jistgħu jiġu identifikati l-partijiet differenti tal-imballaġġ għar-riċiklaġġ, il-partijiet tal-plastik fl-imballaġġ primarju għandhom ikunu mmarkati skont DIN 6120, il-Parti 2 jew l-ekwivalenti tagħhom. Il-kuperċijiet u l-pompi huma eżentati minn dan ir-rekwiżit.
Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformità kompluta u ffirmata.
Kriterju 6 – Prestazzjoni tal-ħasil (idoneità għall-użu)
Il-prodott għandu jkun konformi mar-rekwiżiti tal-prestazzjoni kif speċifikati għat-tip tal-prodott rilevanti skont l-aħħar verżjoni tat-test tal-prestazzjoni tad-deterġenti għall-ħasil tal-Ekotikketta tal-UE li tista’ tinstab hawn: http://ec.europa.eu/environment/ecolabel/ecolabelled_products/categories/laundry_detergents_en.htm
Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi rapport tat-test li jindika li l-prodott jissodisfa r-rekwiżiti minimi ddefiniti f’dan it-test.
Kriterju 7 – Punti
(a) Deterġenti għall-ħasil tal-ħwejjeġ qawwija ħafna, Deterġenti sikuri għall-kuluri
Għandhom jinkisbu tal-anqas 3 punti mill-matriċi ta’ hawn taħt. Il-massimu ta’ punti li jista’ jinkiseb huwa 8 punti għal prodotti li jintużaw b’ilma kiesaħ, 7 punti għal prodotti li jintużaw b’temperaturi baxxi u 6 punti għal prodotti oħra.
Profil tal-klima |
Prodott li jintuża b’ilma kiesaħ (prestazzjoni tal-ħasil iddokumentata fi ≤ 20 °C) |
2P |
Prodott li jintuża b’temperaturi baxxi (prestazzjoni tal-ħasil iddokumentata fi > 20 °C sa < 30 °C) |
1P |
|
Dożaġġ massimu |
Dożaġġ massimu ≤ 14 gm/kg ta’ ħasil (trab, pirmla) jew ≤ 14 ml/kg ta’ ħasil (likwidu, ġell) |
2P |
Dożaġġ massimu ≤ 16 gm/kg ta’ ħasil (trab, pirmla) jew ≤ 16 ml/kg ta’ ħasil (likwidu, ġell) |
1P |
|
CDV |
CDVkroniku < 25,000 l/kg ta’ ħasil |
2P |
CDVkroniku bejn 25,000 sa 30,000 l/kg ta’ ħasil |
1P |
|
aNBO |
aNBO ≤ 75 % tal-valur tal-limitu |
1P |
anNBO |
anNBO ≤ 75 % tal-valur tal-limitu |
1P |
Il-minimu ta’ punti li għandu jinkiseb sabiex tingħata Ekotikketta tal-UE |
3P |
(b) Deterġenti għall-ħasil tal-ħwejjeġ mhux qawwija
Għandhom jinkisbu tal-anqas 3 punti mill-matriċi ta’ hawn taħt. Il-massimu ta’ punti li jista’ jinkiseb huwa 8 punti għal prodotti li jintużaw b’ilma kiesaħ, 7 punti għal prodotti li jintużaw b’temperaturi baxxi u 6 punti għal prodotti oħra.
Profil tal-klima |
Prodott li jintuża b’ilma kiesaħ (prestazzjoni tal-ħasil iddokumentat fi ≤ 20 °C) |
2P |
Prodott li jintuża b’temperaturi baxxi (prestazzjoni tal-ħasil iddokumentata fi > 20 °C sa < 30 °C) |
1P |
|
Dożaġġ massimu |
Dożaġġ massimu ≤ 14 gm/kg ta’ ħasil (trab, pirmla) jew ≤ 14 ml/kg ta’ ħasil (likwidu, ġell) |
2P |
Dożaġġ massimu ≤ 16 gm/kg ta’ ħasil (trab, pirmla) jew ≤ 16 ml/kg ta’ ħasil (likwidu, ġell) |
1P |
|
CDV |
CDVkroniku < 15,000 l/kg ta’ ħasil |
2P |
CDVkroniku bejn 15,000 sa 18,000 l/kg ta’ ħasil |
1P |
|
aNBO |
aNBO ≤ 75 % tal-valur tal-limitu |
1P |
anNBO |
anNBO ≤ 75 % tal-valur tal-limitu |
1P |
Il-minimu ta’ punti li għandu jinkiseb sabiex tingħata Ekotikketta tal-UE |
3P |
Valutazzjoni u verifika: Kalkolu tas-somma tal-punti miksuba għall-prodott. Fuq is-sit elettroniku tal-Ekotikketta tal-UE hemm disponibbli spreadsheet għal dan il-kalkolu.
Kriterju 8 – Informazzjoni għall-konsumatur
(a) Istruzzjonijiet rigward id-dożaġġ
Id-dożaġġi rrakkomandati għandhom jiġu speċifikati għal tessuti bi ħmieġ ‘normali’ u b"ħafna’ ħmieġ u għal firxiet varji ta’ ebusijiet tal-ilma rilevanti għall-pajjiżi konċernati u meqjusa bħala xierqa għall-piż tat-tessut. (Mhux applikabbli għal aġenti li jneħħu t-tbajja’).
Id-differenza bejn ir-rakkomandazzjonijiet rigward id-dożaġġi għall-firxa l-aktar baxxa ta’ ebusija tal-ilma (artab (soft)) għal tessuti bi ħmieġ normali u l-ogħla firxa ta’ ebusija tal-ilma (iebes (hard)) għal tessuti b’ħafna ħmieġ ma tistax tvarja b’fattur akbar minn 2. (Mhux applikabbli għal aġenti li jneħħu t-tbajja’).
Id-dożaġġ ta’ referenza użat għat-test tal-prestazzjoni tal-ħasil u għall-valutazzjoni tal-konformità mal-kriterji ekoloġiċi dwar l-ingredjenti għandu jkun l-istess bħad-dożaġġ irrakkomandat fuq l-imballaġġ għal tessuti ‘bi ħmieġ normali’ u ebusija tal-ilma li tikkorrispondi għal 2,5 mmol CaCO3/l.
Meta fir-rakkomandazzjonijiet ikun hemm inklużi biss ebusijiet tal-ilma anqas minn 2,5 mmol CaCO3/l, id-dożaġġ massimu rrakkomandat għal ‘bi ħmieġ normali’ għandu jkun anqas mid-dożaġġ ta’ referenza użat fit-test tal-prestazzjoni (ebusija tal-ilma ta’ 2,5 mmol CaCO3/l).
(b) Informazzjoni dwar l-imballaġġ
Ir-rakkomandazzjonijiet li ġejjin rigward il-ħasil (jew l-ekwivalenti) għandhom jidhru fuq l-imballaġġ ta’ prodotti bl-Ekotikketta tal-UE fi ħdan il-grupp tal-prodotti għajr aġenti ta’ pretrattament li jneħħu t-tbajja’ Ir-rakkomandazzjonijiet jistgħu jkunu preżenti jew bħala test inkella bħala simboli:
“— |
Aħsel fit-temperatura l-aktar baxxa possibbli |
— |
Aħsel dejjem b’magna mgħobbija kollha |
— |
Iddoża skont il-ħmieġ u l-ebusija tal-ilma, segwi l-istruzzjonijiet tad-dożar |
— |
Jekk inti allerġiku/a għat-trabijet tad-dar, dejjem aħsel il-friex f’60 °C. Żid it-temperatura tal-ħasil għal 60 °C f’każ ta' mard li jittieħed. |
Jekk tuża dan il-prodott bit-Tikketta tal-UE skont l-istruzzjonijiet rigward id-dożaġġ int se tikkontribwixxi għat-tnaqqis tat-tniġġis tal-ilma, tal-produzzjoni tal-iskart u tal-konsum tal-enerġija.’
(c) Dikjarazzjonijiet dwar l-imballaġġ
Ġeneralment, dikjarazzjonijiet dwar l-imballaġġ għandhom jiġu ddokumentati jew permezz ta’ ttestjar tal-prestazzjoni inkella permezz ta’ dokumentazzjoni rilevanti oħra (eż. dikjarazzjonijiet dwar l-effiċjenza f’temperaturi baxxi, dikjarazzjonijiet dwar it-tneħħija ta’ ċerti tipi ta’ tbajja’, dikjarazzjonijiet dwar benefiċċji għal ċerti tipi jew kuluri ta’ tessuti jew dikjarazzjonijiet oħra dwar proprjetajiet speċifiċi/benefiċċji tal-prodott).
— |
Eż. jekk prodott jiddikjara effiċjenza f’20 °C, it-test tal-effiċjenza jeħtieġ li jsir fi ≤ 20 °C (u b’mod korrispondenti għal dikjarazzjonijiet oħra ta’ temperaturi taħt 30 °C). |
— |
Eż. jekk prodott jiddikjara li huwa effiċjenti fuq ċerti tipi ta’ tbajja’, dan għandu jiġi ddokumentat b’test tal-effiċjenza |
(d) Informazzjoni dwar l-imballaġġ – rekwiżiti addizzjonali għal aġenti li jneħħu t-tbajja’
It-tneħħija tat-tbajja’, li għaliha ma jkun sar l-ebda test tal-prestazzjoni, ma għandhiex tiġi ddikjarata fuq il-prodott.
Valutazzjoni u verifika (a-d): L-applikant għandu jipprovdi kampjun tat-tikketta tal-prodott, flimkien ma’ dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ dan il-kriterju. Dikjarazzjonijiet rigward il-prodott għandhom jiġu ddokumentati permezz ta’ rapporti ta’ testijiet xierqa jew dokumentazzjoni rilevanti oħra.
Kriterju 9 – Informazzjoni li tidher fuq l-Ekotikketta tal-UE
It-tabella fakultattiva bil-kaxxa testwali għandha tinkludi t-test li ġej:
“— |
Impatt imnaqqas fuq ekosistemi akkwatiċi |
— |
Sustanzi perikolużi limitati |
— |
Prestazzjoni ttestjata.” |
Il-linji gwida għall-użu tat-tabella fakultattiva bil-kaxxa testwali jistgħu jinstabu fil-“Linji gwida għall-użu tal-logo tal-Ekotikketta” fuq is-sit elettroniku: http://ec.europa.eu/environment/ecolabel/promo/logos_en.htm
Assessment and verification: L-applikant għandu jipprovdi kampjun tat-tikketta.
(*) In-numru DID hu n-numru tal-ingredjent fuq il-lista DID (lista tal-“Bażi tad-Dejta tal-Ingredjenti tad-Deterġenti”) u jintuża biex tiġi ddeterminata l-konformità mal-Kriterji 2 u 3. Ara l-Appendiċi I.
(1) ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.
(**) Stima tad-doża medja li għandha tintuża fil-kalkoli tas-CDV. Id-dożaġġ reali jiddependi fuq l-għadd ta’ tbajja’ fi kwalunkwe ħasla. L-istima tad-doża hija bbażata fuq dożaġġ ta’ 2 ml għal kull applikazzjoni u sitt (6) applikazzjonijiet għal kull ħasla ta’ 4,5 kg (aġent li jneħħi t-tbajja’ likwidu).
(***) Il-limitu tas-CDV huwa bbażat fuq stima ta’ dożaġġ ta’ 2 ml għal kull applikazzjoni u sitt (6) applikazzjonijiet għal kull ħasla ta’ 4,5 kg għal aġent li jneħħi t-tbajja’ likwidu. Prodotti ddożati bħala eż. trab jew pejst għandhom ikunu konformi mal-istess limitu tas-CDV.
(****) Il-limitu aNBO huwa bbażat fuq stima ta’ dożaġġ ta’ 2 ml għal kull applikazzjoni u sitt (6) applikazzjonijiet għal kull ħasla ta’ 4,5 kg għal aġent li jneħħi t-tbajja’ likwidu.
(*****) Il-limitu aNBO huwa bbażat fuq stima ta’ dożaġġ ta’ 2 ml għal kull applikazzjoni u sitt (6) applikazzjonijiet għal kull ħasla ta’ 4,5 kg għal aġent li jneħħi t-tbajja’ likwidu.
(2) Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).
(3) Id-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b’aġġustament għar-REACH skont id-Direttiva 2006/121/KE u d-Direttiva 1999/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill kif emendata.
(******) Imsemmija fil-Kriterju 4e. Din l-eżenzjoni hi applikabbli kemm-il darba l-potenzjal bijoakkumulattiv tal-bijodiċi jkun ikkaratterizzat b’log Pow (log ottanol/koeffiċjent tal-partizzjoni tal-ilma) < 3.0 jew fattur ta’ bijokonċentrazzjoni determinat b’mod sperimentali (BCF) ta’ ≤ 100.
(*******) Inklużi l-istabbilizzaturi u kull sustanza awżiljari oħra fil-preparazzjonijiet
(********) F’konċentrazzjonijiet aktar baxxi minn 1,0 % fil-materja prima sakemm il-konċentrazzjoni totali fil-prodott finali tkun aktar baxxa minn 0.10 %.
Appendiċi I
Bażi tad-dejta tal-ingredjenti tad-deterġenti (lista DID)
Il-lista DID (il-parti A) hi lista li tinkludi informazzjoni dwar it-tossiċità akkwatika u l-bijodegradabilità tal-ingredjenti tipikament użati fil-formulazzjonijiet tad-deterġenti. Il-lista tinkludi informazzjoni dwar it-tossiċità u l-bijodegradabilità ta’ firxa ta’ sustanzi użati fil-prodotti għall-ħasil u t-tindif. Il-lista mhijiex komprensiva, iżda fil-parti B tal-lista DID tingħata gwida rigward kif jiġu ddeterminati l-parametri rilevanti tal-kalkolu għal sustanzi mhux preżenti fil-lista DID (eż. il-Fattur ta’ Tossiċità (TF) u l-fattur ta’ degradazzjoni (DF), li jintużaw fil-kalkolu tal-volum kritiku tad-dilwizzjoni). Il-lista hi sors ġeneriku ta’ informazzjoni u s-sustanzi preżenti fuq il-lista DID mhumiex approvati awtomatikament għall-użu fil-prodotti bl-Ekotikketta tal-UE. Il-lista DID (il-partijiet A u B) tista’ tinstab fuq is-sit elettroniku tal-Ekotikketta tal-UE.
Għas-sustanzi mingħajr dejta rigward it-tossiċità u d-degradabilità akkwatika, biex ikunu vvalutati t-TF u d-DF jistgħu jintużaw analoġiji strutturali ma’ sustanzi simili. Analoġiji strutturali bħal dawn għandhom ikunu approvati mill-korp kompetenti li jagħti l-liċenzja tal-Ekotikketta tal-UE. Alternattivament, jista’ jkun applikat approċċ li jiffoka fuq l-agħar każ possibbli, bl-użu tal-parametri ta’ hawn isfel:
Approċċ li jiffoka fuq l-agħar każ possibbli:
|
Tossiċità akuta |
Tossiċità kronika |
Degradazzjoni |
||||||
Ingredjent |
LC50/EC50 |
SF(akut) |
TF(akut) |
NOEC (*) |
SF(kroniku) (*) |
TF(kroniku) |
DF |
Aerobiku |
Anaerobiku |
“Isem” |
1 mg/l |
10 000 |
0,0001 |
|
|
0,0001 |
1 |
P |
N |
Dokumentazzjoni ta’ bijodegradabilità immedjata
Għandhom jintużaw il-metodi ta’ ttestjar li ġejjin għall-bijodegradabilità immedjata:
(1) |
Sal-1 ta’ Diċembru 2010 u waqt il-perjodu ta’ tranżizzjoni mill-1 ta’ Diċembru 2010 sal-1 ta’ Diċembru 2015:
|
(2) |
Wara l-1 ta’ Diċembru 2015 u waqt il-perjodu ta’ tranżizzjoni mill-1 ta’ Diċembru 2010 sal-1 ta’ Diċembru 2015: Il-metodi ta’ ttestjar ipprovduti fir-Regolament (KE) Nru 1272/2008. |
Dokumentazzjoni ta’ bijodegradabilità anaerobika
It-test ta’ referenza għad-degradabilità anaerobika għandu jkun EN ISO 11734, ECETOC Nru 28 (Ġunju 1988), OECD 311 jew metodu ta’ ttestjar ekwivalenti, bir-rekwiżit ta’ 60 % ta’ degradabilità finali taħt kundizzjonijiet anaerobiċi. Il-metodi ta’ ttestjar li jissimulaw il-kundizzjonijiet f’ambjent anaerobiku rilevanti jistgħu jintużaw biex ikun iddokumentat li taħt kundizzjonijiet anaerobiċi ntlaħqet 60 % ta’ degradabilità finali.
Estrapolazzjoni għal sustanzi mhux elenkati fil-lista DID
Meta l-ingredjenti ma jkunux elenkati fil-lista DID, jista’ jintuża l-approċċ li ġej biex tkun ipprovduta d-dokumentazzjoni meħtieġa ta’ degradabilità anaerobika:
(1) |
Applika estrapolazzjoni raġonevoli. Uża r-riżultati tat-test miksuba għal materja prima waħda biex testrapola d-degradabilità anaerobika finali ta’ aġenti tensjoattivi li huma relatati strutturalment. Meta l-bijodegradabilità anaerobika tkun ikkonfermata għal aġent tensjoattiv (jew għal grupp ta’ omologi) skont il-lista DID, jista’ jitqies li tip simili ta’ aġent tensjoattiv hu wkoll bijodegradabbli anaerobikament (eż. is-sulfat C12-15 A 1-3 EO [DID Nru 8] hu bijodegradabbli anaerobikament, u l-bijodegradabilità anaerobika tista’ titqies ukoll li teżisti għas-sulfat C12-15 A 6 EO). Meta l-bijodegradabilità anaerobika tkun ikkonfermata għal aġent tensjoattiv bl-użu ta’ metodu ta’ ttestjar xieraq, jista’ jitqies li tip simili ta’ aġent tensjoattiv hu wkoll bijodegradabbli anaerobikament (eż. dejta mil-letteratura li tikkonferma l-bijodegradabilità anaerobika ta’ aġenti tensjoattivi li jappartjenu għall-grupp ta’ mlieħ tal-ammonju ta’ esteri alkili tista’ tintuża bħala dokumentazzjoni għal bijodegradabilità anaerobika simili ta’ mlieħ kwaternarji tal-ammonju li fihom sensil ta’ esteri fil-katina/ktajjen alkila/alkili). |
(2) |
Wettaq test ta’ skrinjar għad-degradabilità anaerobika. Jekk hu meħtieġ ittestjar ġdid, wettaq test tal-iskrinjar bl-użu ta’ EN ISO 11734, ECETOC Nru 28 (Ġunju 1988), OECD 311 jew metodu ekwivalenti. |
(3) |
Wettaq test ta’ degradabilità b’dożaġġ baxx. Jekk ikun meħtieġ ittestjar ġdid, u fil-każ ta’ problemi sperimentali fit-test tal-iskrinjar (eż. inibizzjoni minħabba t-tossiċità tas-sustanza għat-test), irrepeti l-ittestjar bl-użu ta’ dożaġġ baxx ta’ aġent tensjoattiv u mmonitorja d-degradazzjoni b’kejl ta’ 14C jew b’analiżi kimika. L-ittestjar b’dożaġġi baxxi jista’ jitwettaq bl-użu tal-metodu OECD 308 (Awwissu 2000) jew metodu ekwivalenti. |
(*) Jekk ma tinstab l-ebda dejta aċċettabbli dwar it-tossiċità kronika dawn il-kolonni jitħallew vojta. F’dak il-każ it-TF(kroniku) jiġi ddefinit bħala ugwali għat-TF(akut).