Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011D0250

    2011/250/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 31 ta’ Jannar 2011 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, ta’ Protokoll għall-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Uzbekistan, min-naħa l-oħra, li jemenda l-Ftehim sabiex jestendi d-dispożizzjonijiet tal-Ftehim għall-kummerċ bilaterali fit-tessuti, b'konsiderazzjoni tal-iskadenza tal-Ftehim bilaterali dwar it-tessuti

    ĠU L 106, 27.4.2011, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2011/250/oj

    Related international agreement

    27.4.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 106/1


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    tal-31 ta’ Jannar 2011

    dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, ta’ Protokoll għall-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Uzbekistan, min-naħa l-oħra, li jemenda l-Ftehim sabiex jestendi d-dispożizzjonijiet tal-Ftehim għall-kummerċ bilaterali fit-tessuti, b'konsiderazzjoni tal-iskadenza tal-Ftehim bilaterali dwar it-tessuti

    (2011/250/UE)

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

    Billi:

    (1)

    Fid-9 ta’ Ġunju 2010 l-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tidħol f’negozjati mar-Repubblika tal-Uzbekistan biex jiġi emendat il-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Uzbekistan, min-naħa l-oħra (1) (minn hawn ’il quddiem “il-Ftehim”), sabiex jiġi żgurat li l-prinċipji li japplikaw għall-kummerċ f’oġġetti oħra jiġu estiżi formalment ukoll għall-kummerċ tal-prodotti tat-tessuti. Dawn in-negozjati ġew konklużi b'suċċess u l-Protokoll li jemenda l-Ftehim billi ħassar l-Artikolu 16, u r-referenzi kollha għalih, ġie inizjalat fl-1 ta’ Lulju 2010.

    (2)

    Fil-qafas tan-negozjati sar qbil bejn iż-żewġ partijiet biex isir eżerċizju ta’ tindif u titħassar dispożizzjoni teknika li m'għadx għandha użu li skadiet fl-1998 u l-Anness koorispondenti li jirreferi għaliha.

    (3)

    Bħala konsegwenza tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona fl-1 ta’ Diċembru 2009, l-Unjoni Ewropea ssostitwiet u ssuċċediet lill-Komunità Ewropea.

    (4)

    Il-Protokoll li jemenda l-Ftehim għandu jiġi ffirmat f'isem l-Unjoni, suġġett għall-konklużjoni tiegħu,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-iffirmar tal-Protokoll għall-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Stati Membri tagħhom, minn naħa waħda u r-Repubblika tal-Uzbekistan, min-naħa l-oħra, li jemenda l-Ftehim sabiex jestendi d-dispożizzjonijiet tal-Ftehim għall-kummerċ bilaterali fit-tessuti, b'konsiderazzjoni tal-iskadenza tal-Ftehim bilaterali dwar it-tessuti, b'dan huwa approvat f'isem l-Unjoni, suġġett għall-konklużjoni tal-imsemmi Protokoll (2).

    Artikolu 2

    Il-President tal-Kunsill b'dan huwa awtorizzat li jinnomina l-persuna/i bis-setgħa li tiffirma/jiffirmaw il-Protokoll f'isem l-Unjoni, suġġett għall-konklużjoni tiegħu, u li jagħmel din id-dikjarazzjoni:

    “B’konsegwenza tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona fl-1 ta’ Diċembru 2009, l-Unjoni Ewropea issostitwiet u ssuċċediet lill-Komunità Ewropea u minn dik id-data teżerċita d-drittijiet kollha u tassumi l-obbligi kollha tal-Komunità Ewropea. Għalhekk, referenzi għall-‘Komunità Ewropea’ jew għall-‘Komunità’ fit-test tal-Ftehim, fejn meħtieġ, għandhom jinqraw bħala referenzi għall-‘Unjoni Ewropea’.”

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Jannar 2011.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    C. ASHTON


    (1)  ĠU L 229, 31.8.1999, p. 3.

    (2)  It-test tal-Protokoll għandu jiġi ppubblikat flimkien mad-deċiżjoni dwar il-konklużjoni tiegħu.


    Top