Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011D0058

2011/58/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 25 ta’ Ottubru 2010 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk li jistabbilixxi Mekkaniżmu għas-Soluzzjoni tat-Tilwim

ĠU L 27, 1.2.2011, p. 1–1 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2011/58(1)/oj

Related international agreement

1.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 27/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-25 ta’ Ottubru 2010

dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk li jistabbilixxi Mekkaniżmu għas-Soluzzjoni tat-Tilwim

(2011/58/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 207(4), l-ewwel subparagrafu, flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fl-24 ta’ Frar 2006, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni sabiex tiftaħ negozjati mal-imsieħba tar-reġjun tal-Mediterran biex tistabbilixxi mekkaniżmu ta’ soluzzjoni ta’ tilwim marbut ma’ dispożizzjonijiet kummerċjali.

(2)

In-negozjati tmexxew mill-Kummissjoni b’konsultazzjoni mal-Kumitat appuntat skont l-Artikolu 207 tat-Trattat u fi ħdan il-qafas tad-direttivi dwar in-negozjati maħruġa mill-Kunsill.

(3)

Dawn in-negozjati ġew konklużi u ġie inizjalat Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk li jistabbilixxi Mekkaniżmu għas-Soluzzjoni tat-Tilwim (minn issa ‘l quddiem “il-Ftehim”) nhar id-9 ta’ Diċembru 2009.

(4)

Il-Ftehim għandu jiġi ffirmat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iffirmar tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk li jistabbilixxi Mekkaniżmu tas-Soluzzjoni tat-Tilwim huwa approvat f’isem l-Unjoni Ewropea, soġġett għall-konklużjoni tiegħu (1).

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat li jaħtar il-persuna/persuni li għandha/għandhom is-setgħa tiffirma/jiffirmaw il-Ftehim f’isem l-Unjoni, soġġett għall-konklużjoni tiegħu.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, il-25 ta’ Ottubru 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  It-test tal-Ftehim ser jiġi ppubblikat mad-Deċiżjoni dwar il-konklużjoni tiegħu.


Top