This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32010L0079
Commission Directive 2010/79/EU of 19 November 2010 on the adaptation to technical progress of Annex III to Directive 2004/42/EC of the European Parliament and of the Council on the limitation of emissions of volatile organic compounds
Direttiva tal-Kummissjoni 2010/79/UE tad- 19 ta’ Novembru 2010 dwar l-adattament għall-progress tekniku tal-Anness III għad-Direttiva 2004/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-limitazzjoni ta’ emissjonijiet ta’ komposti organiċi volatili
Direttiva tal-Kummissjoni 2010/79/UE tad- 19 ta’ Novembru 2010 dwar l-adattament għall-progress tekniku tal-Anness III għad-Direttiva 2004/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-limitazzjoni ta’ emissjonijiet ta’ komposti organiċi volatili
ĠU L 304, 20.11.2010, pp. 18–19
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
| Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
|---|---|---|---|---|---|
| Modifies | 32004L0042 | Sostituzzjoni | anness III | 10/12/2010 |
|
20.11.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 304/18 |
DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2010/79/UE
tad-19 ta’ Novembru 2010
dwar l-adattament għall-progress tekniku tal-Anness III għad-Direttiva 2004/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-limitazzjoni ta’ emissjonijiet ta’ komposti organiċi volatili
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2004/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar il-limitazzjonijiet ta’ emissjonijiet ta’ komposizzjonijiet [komposti] organiċi volatili minħabba l-użu ta’ solventi f'ċertu żebgħa u lostri u prodotti ta’ lostru mill-ġdid tal-vetturi u li temenda d-Direttiva 1999/13/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11 tagħha,
Billi:
|
(1) |
Il-metodi analitiċi mogħtija fl-Anness III għad-Direttiva 2004/42/KE għandhom jiġu wżati biex tiġi ddeterminata, għall-prodotti li jinsabu fl-Anness I għad-Direttiva, il-konformità mal-limiti tal-kontenut massimu permess ta’ komposti organiċi volatili (minn hawn ’il quddiem imsejħa “l-KOV”) stabbilit fl-Anness II għad-Direttiva. Dawk il-metodi ghandhom jiġu adattati għall-progress tekniku. |
|
(2) |
Il-metodu ISO 11890-2 ġie rrivedut mill-Organizzazzjoni internazzjonali tal-istandards fl-2006 u l-verżjoni l-ġdida għandha tiġi integrata fl-Anness III għad-Direttiva 2004/42/KE. |
|
(3) |
Il-metodu ISO 11890-2 jgħid li f’każ fejn id-dilwenti reattivi ma jiffurmawx parti mill-formulazzjoni tal-prodott u f’każ fejn il-kontenut tal-KOV huwa ta’ 15 % mill-massa jew aktar, il-metodu ISO 11890-1, li huwa iktar sempliċi u orħos, huwa alternattiva aċċettabbli. Dan il-metodu għandu, b'hekk, ikun permess mid-Direttiva 2004/42/KE biex jitnaqqsu l-ispejjeż tat-testijiet għall-Istati Membri u għall-operaturi ekonomiċi affettwati minn dik id-Direttiva. |
|
(4) |
Id-Direttiva 2004/42/KE għandha tiġi emendata skont dan. |
|
(5) |
Il-miżuri stipulati f'din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 12(3) tad-Direttiva 2004/42/KE, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
L-Anness III għad-Direttiva 2004/42/KE għandu jinbidel bl-Anness għal din id-Direttiva.
Artikolu 2
Traspożizzjoni
1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux iktar tard mill-10 ta’ Ġunju 2012, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jibagħtu minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati mit-tali referenza meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir din ir-referenza.
2. L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Novembru 2010.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
ANNESS
“ANNESS III
METODI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 3(1)
Metodu permess għall-prodotti b’kontenut tal-KOV li huwa ta’ inqas minn 15 % tal-massa f’każ fejn ma jkunx hemm dilwenti reattivi:
|
Parametru |
Unità |
Test |
|
|
Metodu |
Data tal-pubblikazzjoni |
||
|
Kontenut tal-KOV |
g/l |
ISO 11890-2 |
2006 |
Metodi permessi għall-prodotti b’kontenut ta’ KOV li huwa ta’ 15 % tal-massa jew iktar f’każ fejn ma jkunx hemm dilwenti reattivi:
|
Parametru |
Unità |
Test |
|
|
Metodu |
Data tal-pubblikazzjoni |
||
|
Kontenut tal-KOV |
g/l |
ISO 11890-1 |
2007 |
|
Kontenut tal-KOV |
g/l |
ISO 11890-2 |
2006 |
Metodu permess għall-prodotti b’kontenut tal-KOV f’każ fejn ikun hemm id-dilwenti reattivi:
|
Parametru |
Unità |
Test |
|
|
Metodu |
Data tal-pubblikazzjoni |
||
|
Kontenut tal-KOV |
g/l |
ASTMD 2369 |
2003” |