Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010D0760

2010/760/UE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 6 ta’ Diċembru 2010 dwar l-importazzjoni ta’ oġġetti bla dazju maħsuba biex jitqassmu jew biex ikunu disponibbli mingħajr ħlas għall-vittmi tal-għarar li seħħ fir-Rebbiegħa tal-2010 fl-Ungerija (notifikata bid-dokument numru C(2010) 8482)

ĠU L 322, 8.12.2010, p. 46–46 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2010

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/760/oj

8.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 322/46


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-6 ta’ Diċembru 2010

dwar l-importazzjoni ta’ oġġetti bla dazju maħsuba biex jitqassmu jew biex ikunu disponibbli mingħajr ħlas għall-vittmi tal-għarar li seħħ fir-Rebbiegħa tal-2010 fl-Ungerija

(notifikata bid-dokument numru C(2010) 8482)

(It-test bl-Ungeriż biss huwa awtentiku)

(2010/760/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1186/2009 tas-16 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ eżenzjonijiet mid-dazju doganali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 76 tiegħu,

Wara li kkunsidrat it-talba tat-2 ta’ Ġunju 2010 magħmula mill-Gvern tal-Ungerija, għall-importazzjoni bla dazju ta’ oġġetti maħsuba biex ikunu disponibbli mingħajr ħlas għall-vittmi tal-għarar li seħħ fir-Rebbiegħa tal-2010 fl-Ungerija,

Billi:

(1)

L-għarar jikkostitwixxi diżastru skont it-tifsira tal-Kapitolu XVII C tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009; billi, konsegwentament hemm raġuni għall-awtorizzazzjoni tal-importazzjoni ta’ oġġetti bla dazju li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikoli 74 sa 80 tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009 msemmi hawn fuq.

(2)

Sabiex il-Kummissjoni tkun infurmata kif xieraq dwar l-użu tal-oġġetti ammessi bla dazju, il-Gvern tal-Ungerija għandu jikkomunika l-miżuri meħuda sabiex jipprevjeni li dawn l-oġġetti impurtati bla dazju jiġu użati b’mod differenti mill-użu stabbilit.

(3)

Il-Kummissjoni għandha tkun infurmata wkoll dwar il-livell u n-natura tal-importazzjonijiet li jkunu saru.

(4)

L-Istati Membri l-oħra ġew ikkonsultati kif stabbilit fl-Artikolu 76 tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   L-oġġetti impurtati għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa mill-entitajiet tal-Istat jew l-organizzazzjonijiet approvati mill-awtoritajiet Ungeriżi kompetenti bl-iskop li huma jqassmuhom mingħajr ħlas lill-vittmi tal-għarar li seħħ fir-Rebbiegħa tal-2010 fl-Ungerija, jew li jkunu disponibbli għalihom mingħajr ħlas filwaqt li jibqgħu l-proprjetà tal-organizzazzjonijiet ikkonċernati, għandhom ikunu ammessi bla dazji fuq l-importazzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 2(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009.

2.   L-oġġetti impurtati għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa minn aġenziji ta’ assistenza sabiex jilħqu l-ħtiġijiet tagħhom matul il-perjodu tal-attività tagħhom għandhom ukoll ikunu ammessi bla dazju.

Artikolu 2

Il-Gvern tal-Ungerija għandu jikkomunika lill-Kummissjoni, sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Jannar 2011, il-lista tal-organizzazzjonijiet approvati msemmija fl-Artikolu 1(1).

Artikolu 3

Il-Gvern tal-Ungerija għandu jikkomunika lill-Kummissjoni, sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Jannar 2011, skont kategorija wiesgħa ta’ prodotti, l-informazzjoni kollha relatata man-natura u l-kwantitajiet ta’ diversi oġġetti ammessi bla dazju f’konformità mal-Artikolu 1.

Artikolu 4

Il-Gvern tal-Ungerija għandu jinforma lill-Kummissjoni, sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Jannar 2011, bil-miżuri li qed jieħu sabiex jiżgura li l-Artikoli 78, 79 u 80 tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009 qed jiġu rrispettati.

Artikolu 5

L-Artikolu 1 ta’ din id-Deċiżjoni għandu japplika għall-importazzjonijiet li jsiru fl-1 ta’ Mejju 2010 jew wara, u mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2010.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Ungerija.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Diċembru 2010.

Għall-Kummissjoni

Algirdas ŠEMETA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 324, 10.12.2009, p. 23.


Top