Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010D0720

2010/720/UE, Euratom: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 26 ta’ Novembru 2010 li tawtorizza lill-Portugall tuża dejta li tirrigwarda snin li jippreċedu s-sena ta’ qabel l-aħħar sena għall-kalkolu tal-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT (notifikata bid-dokument numru C(2010) 8209)

ĠU L 312, 27.11.2010, p. 22–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/720/oj

27.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 312/22


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-26 ta’ Novembru 2010

li tawtorizza lill-Portugall tuża dejta li tirrigwarda snin li jippreċedu s-sena ta’ qabel l-aħħar sena għall-kalkolu tal-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT

(notifikata bid-dokument numru C(2010) 8209)

(It-test bil-Portugiż biss huwa awtentiku)

(2010/720/UE, Euratom)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1553/89 tad-29 ta’ Mejju 1989 dwar l-arranġamenti uniformi definittivi għall-ġbir ta’ riżorsi proprji li jakkumulaw mit-taxxa tal-valur miżjud (1), u b’mod partikulari it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(4) tiegħu,

Wara li kkonsultat lill-Kumitat Konsultattiv dwar Riżorsi Proprji,

Billi:

(1)

Il-Portugall talab awtorizzazzjoni mill-Kummissjoni biex juża l-kontijiet nazzjonali għal snin li jippreċedu s-sena ta’ qabel l-aħħar sena għall-kalkolu tal-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT għas-sena finanzjarja tal-2009.

(2)

Għall-iskopijiet tat-tqassim tat-tranżazzjonijiet skont il-kategorija statistika li hemm dispożizzjoni dwaru fl-Artikolu 4(4) tar-Regolament (KEE, Euratom) Nru 1553/89, il-Portugall ma tistax tuża l-kontijiet nazzjonali li jirrigwardaw is-sena ta’ qabel l-aħħar sena finanzjarja li għaliha għandha tiġi kkalkulat il-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT, peress li huma biss il-kontijiet nazzjonali li jirrigwardaw l-2006 li huma dettaljati biżżejjed biex jippermettu li tiġi kkalkulata r-rata medja peżata għas-sena finanzjarja 2009. Il-Portugall għandu għaldaqstant jiġi awtorizzat li juża l-kontijiet nazzjonali li jirrigwardaw l-2006 sabiex jikkalkula r-rata medja peżata għas-sena finanzjarja 2009,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-iskopijiet tat-tqassim tat-tranżazzjonijiet skont il-kategorija statistika, il-Portugall huwa awtorizzat li juża d-dejta meħuda mill-kontijiet nazzjonali li jirrigwardaw l-2006 sabiex jikkalkula r-rata medja peżata għas-sena finanzjarja 2009.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Portugall.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Novembru 2010.

Għall-Kummissjoni

Janusz LEWANDOWSKI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 155, 7.6.1989, p. 9.


Top