This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32010D0188
2010/188/: Commission Decision of 29 March 2010 amending Annex III to Decision 2003/467/EC as regards the declaration that certain administrative regions of Poland and Portugal are officially free of enzootic bovine leukosis (notified under document C(2010) 1912) (Text with EEA relevance)
2010/188/: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad- 29 ta’ Marzu 2010 li temenda l-Anness III għad-Deċiżjoni 2003/467/KE fir-rigward tad-dikjarazzjoni li ċertu reġjuni amministrattivi tal-Polonja u l-Portugall huma uffiċjalment ħielsa mil-lewkożi enżootika bovina (notifikata bid-dokument numru C(2010) 1912) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2010/188/: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad- 29 ta’ Marzu 2010 li temenda l-Anness III għad-Deċiżjoni 2003/467/KE fir-rigward tad-dikjarazzjoni li ċertu reġjuni amministrattivi tal-Polonja u l-Portugall huma uffiċjalment ħielsa mil-lewkożi enżootika bovina (notifikata bid-dokument numru C(2010) 1912) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 83, 30.3.2010, p. 59–61
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021; Impliċitament imħassar minn 32021R0620
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32003D0467 | Emenda | anness 3 | DATEFF |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Implicitly repealed by | 32021R0620 | 21/04/2021 |
30.3.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 83/59 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tad-29 ta’ Marzu 2010
li temenda l-Anness III għad-Deċiżjoni 2003/467/KE fir-rigward tad-dikjarazzjoni li ċertu reġjuni amministrattivi tal-Polonja u l-Portugall huma uffiċjalment ħielsa mil-lewkożi enżootika bovina
(notifikata bid-dokument numru C(2010) 1912)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2010/188/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa tal-annimali li jaffettwaw il-kummerċ ta’ annimali bovini u suwini (1), u b’mod partikolari l-Anness D(I)(E) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Direttiva 64/432/KEE tipprovdi li Stat Membru jew parti minn Stat Membru jista’ jiġi ddikjarat bħala uffiċjalment ħieles mil-lewkożi enżootika bovina fir-rigward ta’ merħliet bovini, suġġett għall-konformità ma’ ċerti kondizzjonijiet stabbiliti f’dik id-Direttiva. |
(2) |
Il-listi tar-reġjuni tal-Istati Membri ddikjarati ħielsa mil-lewkożi enżootika bovina huma stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/467/KE tat-23 ta’ Ġunju 2003 li tistabbilixxi l-kwalifika ta’ uffiċjalment ħielsa mit-tuberkolożi, bruċellożi u mil-lewkożi bovina enżootika ta’ xi Stati Membri u reġjuni fl-Istati Membri rigward annimali bovini (2). |
(3) |
Il-Polonja ressqet ukoll dokumentazzjoni quddiem il-Kummissjoni li turi konformità mal-kondizzjonijiet xierqa stipulati fid-Direttiva 64/432/KEE fir-rigward ta’ 25-il reġjun amministrattiv (powiaty) fi ħdan l-unitajiet amministrattivi superjuri (voivodship) ta’ Kujawsko-Pomorskie, Podlaskie u Mazowieckie sabiex dawk ir-reġjuni jkunu jistgħu jitqiesu bħala reġjuni uffiċjalment ħielsa mil-lewkożi bovina enżootika tal-Polonja. |
(4) |
Wara valutazzjoni tad-dokumentazzjoni ppreżentata mill-Polonja, ir-reġjunijiet (powiaty) ikkonċernati għandhom jiġu ddikjarati bħala reġjuni mill-Polonja uffiċjalment ħielsa mil-lewkożi bovina enżootika. |
(5) |
Il-Portugall ppreżentat ukoll lill-Kummissjoni b’dokumentazzjoni li turi konformità mal-kundizzjonijiet xierqa previsti fid-Direttiva 64/432/KEE fir-rigward tar-Reġjun tal-Ażores sabiex dan ir-reġjun ikun jista’ jiġi uffiċjalment iddikjarat bħala reġjun mill-Portugall ħieles mil-lewkożi bovina enżootika. |
(6) |
Wara valutazzjoni tad-dokumentazzjoni ppreżentata mill-Portugall, ir-Reġjun Awtonomu tal-Ażores għandu jiġi ddikjarat bħala reġjun ta’ Stat Membru uffiċjalment ħieles mil-lewkożi bovina enżootika. |
(7) |
L-Anness III tad-Deċiżjoni 2003/467/KE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
(8) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness III tad-Deċiżjoni 2003/467/KE hu emendat skont l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Marzu 2010.
Għall-Kummissjoni
John DALLI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU 121, 29.7.1964, p. 1977/64.
(2) ĠU L 156, 25 6 2003, p. 74.
ANNESS
1. |
Fl-Anness III, il-Kapitolu 2, l-annotazzjoni għall-Polonja tinbidel b’dan li ġej: “Fil-Polonja:
|
2. |
Fl-Anness III, il-Kapitolu 2, tiżdied l-annotazzjoni li ġejja: “Fil-Portugall: Ir-Reġjun Awtonomu tal-Azores”. |