EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009R1276

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1276/2009 tat- 22 ta’ Diċembru 2009 li jiffissa l-valuri standard li għandhom jintużaw għall-kalkolu tal-kumpens finanzjarju u tal-ħlas bil-quddiem li għandu x'jaqsam miegħu fir-rigward tal-prodotti tas-sajd irtirati mis-suq matul is-sena tas-sajd 2010

ĠU L 344, 23.12.2009, p. 10–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2010

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/1276/oj

23.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 344/10


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1276/2009

tat-22 ta’ Diċembru 2009

li jiffissa l-valuri standard li għandhom jintużaw għall-kalkolu tal-kumpens finanzjarju u tal-ħlas bil-quddiem li għandu x'jaqsam miegħu fir-rigward tal-prodotti tas-sajd irtirati mis-suq matul is-sena tas-sajd 2010

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 tas-17 ta' Diċembru 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(5) u (8) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 104/2000 jipprovdi għall-ħlas ta' kumpens finanzjarju lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi li jirtiraw, taħt ċerti kundizzjonijiet, il-prodotti elenkati fl-Anness I(A) u (B) għal dak ir-Regolament. L-ammont ta' kumpens finanzjarju bħal dan għandu jitnaqqas bil-valuri standard fil-każ tal-prodotti maħsuba għal skopijiet għajr dak tal-konsum mill-bniedem.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2493/2001 tad-19 ta' Diċembru 2001 dwar l-eliminazzjoni ta' ċerti prodotti tas-sajd li jkunu ġew irtirati mis-suq (2) jispeċifika l-modi ta' kif wieħed jista’ jelimina l-prodotti rtirati mis-suq. Il-valur ta’ dawn il-prodotti għandu jkun iffissat f'livell standard għal kull wieħed minn dawn il-modi ta’ eliminazzjoni, billi jitqies id-dħul medju li jista’ jinkiseb minn eliminazzjoni bħal din fid-diversi Stati Membri.

(3)

Skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2509/2000 tal-15 ta' Novembru 2000 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 dwar l-għoti ta' kumpens finanzjarju għall-irtirar ta' ċerti prodotti tas-sajd (3), ir-regoli speċjali jipprovdu li, meta organizzazzjoni tal-produtturi jew wieħed mill-membri tagħha jqiegħed il-prodotti tiegħu għall-bejgħ fi Stat Membru li ma jkunx il-pajjiż li fih ikun irrikonoxxut, dak il-korp responsabbli għall-għoti tal-kumpens finanzjarju jrid ikun infurmat. Dan il-korp huwa l-korp fl-Istat Membru li fih l-organizzazzjoni tal-produtturi tkun irrikonoxxuta. Il-valur standard li għandu jitnaqqas għandu għalhekk ikun il-valur applikat f'dak l-Istat Membru.

(4)

L-istess metodu ta' kalkolu għandu jkun applikat għall-ħlasijiet bil-quddiem fuq il-kumpens finanzjarju kif hemm ipprovdut fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 2509/2000.

(5)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Prodotti tas-Sajd,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għas-sena tas-sajd 2010, il-valuri standard li għandhom jintużaw għall-kalkolu tal-kumpens finanzjarju u tal-ħlasijiet bil-quddiem marbutin miegħu għall-prodotti tas-sajd irtirati mis-suq mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi u maħsuba għal skopijiet għajr dak tal-konsum mill-bniedem, kif imsemmija fl-Artikolu 21(5) tar-Regolament (KE) Nru 104/2000, huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Il-valur standard li għandu jitnaqqas mill-kumpens finanzjarju u mill-ħlasijiet bil-quddiem marbutin miegħu għandu jkun dak applikat fl-Istat Membru li fih l-organizzazzjoni tal-produtturi tkun irrikonoxxuta.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Diċembru 2009.

Għall-Kummissjoni

José Manuel BARROSO

Il-President


(1)  ĠU L 17, 21.1.2000, p. 22.

(2)  ĠU L 337, 20.12.2001, p. 20.

(3)  ĠU L 289, 16.11.2000, p. 11.


ANNESS

IL-VALURI STANDARD

L-użu ta' prodotti rtirati mis-suq

EUR għal kull tunnellata

1.

Użu wara l-ipproċessar f’ikel (għalf għall-annimali):

 

(a)

Aringi tal-ispeċi Clupea harengus u kavalli tal-ispeċi Scomber scombrus u Scomber japonicus:

 

id-Danimarka u l-Iżvezja

60

ir-Renju Unit

50

l-Istati Membri l-oħra

15

Franza

2

(b)

Gambli tal-ispeċi Crangon crangon u gambli tal-fond (Pandalus borealis):

 

id-Danimarka u l-Iżvezja

0

l-Istati Membri l-oħra

10

(c)

Prodotti oħrajn:

 

id-Danimarka

40

l-Iżvezja, il-Portugall u l-Irlanda

20

ir-Renju Unit

28

l-Istati Membri l-oħra

1

2.

Użu frisk jew ippriżervat (għalf għall-annimali)

 

(a)

Sardin tal-ispeċi Sardina pilchardus u inċova (Engraulis spp.):

 

l-Istati Membri kollha

8

(b)

Prodotti oħrajn:

 

l-Iżvezja

0

Franza

30

l-Istati Membri l-oħra

30

3.

Użu bħala lixka

 

Franza

60

l-Istati Membri l-oħra

20

4.

Użu għal skopijiet oħra għajr għall-għalf għall-annimali

0


Top