Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009R1035

    Regolament tal-Kummisjoni (KE) Nru 1035/2009 tat- 30 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi l-koeffiċjenti applikabbli għaċ-ċereali esportati fil-forma ta’ Scotch whisky għall-perjodu 2009/2010

    ĠU L 285, 31.10.2009, p. 3–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/09/2010; Imħassar b' 32010R1113

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/1035/oj

    31.10.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 285/3


    REGOLAMENT TAL-KUMMISJONI (KE) Nru 1035/2009

    tat-30 ta’ Ottubru 2009

    li jistabbilixxi l-koeffiċjenti applikabbli għaċ-ċereali esportati fil-forma ta’ Scotch whisky għall-perjodu 2009/2010

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1670/2006 tal-10 ta’ Novembru 2006 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1784/2003 dwar l-iffissar u l-għoti ta’ rifużjonijiet aġġustati fir-rigward ta’ ċereali esportati fil-forma ta’ ċertu xorb spirituż (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 5 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 1670/2006 jipprovdi li l-kwantitajiet taċ-ċereali eliġibbli għar-rifużjoni għandhom ikunu l-kwantitajiet ta’ ċereali mqiegħda taħt il-kontroll u ddistillati, b’piż ta’ koeffiċjent li jiġi ffissat kull sena għal kull wieħed mill-Istati Membri kkonċernati. Il-koeffiċjent għandu jesprimi r-relazzjoni bejn il-kwantitajiet totali esportati u l-kwantitajiet imqiegħda fis-suq tal-ispirtu tax-xorb ikkonċernat, abbażi tax-xejra osservata f’dawn il-kwantitajiet matul l-għadd ta’ snin li jikkorrispondi għall-perjodu medju taż-żmien tal-maturazzjoni ta’ dan l-ispirtu tax-xorb.

    (2)

    Abbażi tat-tagħrif fornut mir-Renju Unit u li jirrigwarda l-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2008, dan il-perjodu medju taż-żmien ta’ maturazzjoni fl-2008 kien ta’ tmien snin għall-iScotch whisky.

    (3)

    Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġu ffissati l-koeffiċjenti għall-perjodu li jibda mill-1 ta’ Ottubru 2009 sat-30 ta’ Settembru 2010.

    (4)

    L-Artikolu 10 tal-Protokoll 3 tal-ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea jeskludi l-għoti ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni lejn Liechtenstein, l-Iżlanda u n-Norveġja. Barra minn hekk, il-Komunità kkonkludiet ftehimiet ma’ ċerti pajjiżi terzi li jabolixxu r-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni. Konsegwentement jeħtieġ li, b’applikazzjoni tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1670/2006, dan jitqies fil-kalkolu tal-koeffiċjent għall-perjodu 2009/2010.

    (5)

    Ir-regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1196/2008 tat-2 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi l-koeffiċjenti applikabbli għaċ-ċereali esportati fil-forma ta’ Scotch whisky għall-perjodu 2008/2009 (3) eżawrixxa l-effetti tiegħu minħabba li jirrigwarda l-koeffiċjenti applikabbli għas-sena 2008/2009. Għal raġunijiet ta’ ċarezza u sigurtà legali, dan ir-Regolament għandu jitħassar,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Għall-perjodu li jibda mill-1 ta’ Ottubru 2009 sat-30 ta’ Settembru 2010, il-koeffiċjenti msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1670/2006, applikabbli għaċ-ċereali utilizzati fir-Renju Unit għall-fabbrikazzjoni tal-iScotch whisky huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Ir-Regolament (KE) Nru 1196/2008 għandu jitħassar.

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Għandu japplika mill-1 ta’ Ottubru 2009.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Ottubru 2009.

    Għall-Kummissjoni

    Mariann FISCHER BOEL

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

    (2)  ĠU L 312, 11.11.2006, p. 33.

    (3)  ĠU L 323, 3.12.2008, p. 20.


    ANNESS

    Koeffiċjenti applikabbli għar-Renju Unit

    Perjodu ta’ applikazzjoni

    Koeffiċjent applikabbli

    għax-xgħir ipproċessat f’malt utilizzat fil-fabrikazzjoni tal-malt whisky

    għaċ-ċereali użati fil-fabrikazzjoni tal-grain whisky

    Mill-1 ta’ Ottubru 2009 sat-30 ta’ Settembru 2010

    0,196

    0,197


    Top