This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009R0961
Commission Regulation (EC) No 961/2009 of 14 October 2009 entering a name in the register of protected designations of origin and protected geographical indications (Březnický ležák (PGI))
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 961/2009 tal- 14 ta’ Ottubru 2009 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet tal-oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Březnický ležák (IĠP)]
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 961/2009 tal- 14 ta’ Ottubru 2009 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet tal-oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Březnický ležák (IĠP)]
ĠU L 270, 15.10.2009, p. 12–13
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
15.10.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 270/12 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 961/2009
tal-14 ta’ Ottubru 2009
li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet tal-oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Březnický ležák (IĠP)]
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta' Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) u b’applikazzjoni tal-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, it-talba mressqa mir-Repubblika Ċeka għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Březnický ležák”, ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2). |
(2) |
Ġaladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, din id-denominazzjoni għandha tkun irreġistrata, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament hija b'dan irreġistrata.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Ottubru 2009.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.
(2) ĠU C 38, 17.2.2009, p. 16.
ANNESS
Oġġetti tal-ikel imsemmija fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 510/2006
Klassi 2.1: Birer
IR-REPUBBLIKA ĊEKA
Březnický ležák (IĠP)