Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009R0687

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 687/2009 tad- 29 ta’ Lulju 2009 li jħassar ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 877/2008, (KE) Nru 878/2008 u (KE) Nru 879/2008 li jiftħu sejħa permanenti għall-offerti għall-bejgħ mill-ġdid ta’ zokkor miżmum mill-aġenziji ta’ intervent tal-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, l-Irlanda, l-Italja, l-Ungerija, is-Slovakkja u l-Iżvezja

ĠU L 198, 30.7.2009, p. 3–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/687/oj

30.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 198/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 687/2009

tad-29 ta’ Lulju 2009

li jħassar ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 877/2008, (KE) Nru 878/2008 u (KE) Nru 879/2008 li jiftħu sejħa permanenti għall-offerti għall-bejgħ mill-ġdid ta’ zokkor miżmum mill-aġenziji ta’ intervent tal-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, l-Irlanda, l-Italja, l-Ungerija, is-Slovakkja u l-Iżvezja

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Kommunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 43(d) flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 877/2008 (2), (KE) Nru 878/2008 (3) u (KE) Nru 879/2008 (4) fetħu sejħa permanenti għall-offerti għall-bejgħ mill-ġdid fis-suq Komunitarju, il-bejgħ mill-ġdid għall-użu industrijali u l-bejgħ mill-ġdid għall-esportazzjoni ta’ zokkor miżmum mill-aġenziji ta’ intervent tal-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, l-Irlanda, l-Italja, l-Ungerija, is-Slovakkja u l-Iżvezja.

(2)

Ammont massimu globali ta’ 345 539 tunnellata ta’ zokkor miżmum mill-aġenziji ta’ intervent kien disponibbli għall-bejgħ mill-ġdid. Wara l-bejgħ mill-ġdid fil-qafas tal-offerti li kienu miżmuma mill-1 ta’ Ottubru 2008 kwantità totali ta’ 34 081 tunnellata ta’ zokkor baqgħet ma nbigħitx.

(3)

L-Anness I għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 983/2008 tat-3 ta’ Ottubru 2008 li jadotta l-pjan għall-allokazzjoni lill-Istati Membri ta’ riżorsi li għandhom jitħallsu mill-baġit tas-sena 2009 għall-provvista tal-ikel mill-ħażniet tal-intervent għall-benefiċċju tal-persuni l-aktar fil-bżonn fil-Komunità (5), ipprovda għall-irtirar ta’ ammont globali ta’ 119 687 tunnellata ta’ zokkor mill-ħażniet tal-intervent tal-Komunità għad-distribuzzjoni lill-persuni l-aktar fil-bżonn.

(4)

Fir-rigward tal-pjan tal-2010 tad-distribuzzjoni tal-ikel lill-persuni l-aktar fil-bżonn, il-kwantitajiet globali taz-zokkor mitluba mill-Istati Membri bħalissa jaqbżu l-kwantità disponibbli. Huwa għalhekk xieraq li l-ħażniet kollha ta’ zokkor ta’ intervent li fadal jinżammu u tingħalaq is-sejħa permanenti għall-offerti għall-bejgħ mill-ġdid ta’ zokkor ta’ intervent.

(5)

Għaldaqstant, ir-Regolamenti (KE) Nru 877/2008, (KE) Nru 878/2008 u (KE) Nru 879/2008 għandhom jitħassru.

(6)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni tal-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENTI:

Artikolu 1

Ir-Regolamenti (KE) Nru 877/2008, (KE) Nru 878/2008 u (KE) Nru 879/2008 huma mħassra.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Lulju 2009.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 241, 10.9.2008, p. 3.

(3)  ĠU L 241, 10.9.2008, p. 8.

(4)  ĠU L 241, 10.9.2008, p. 13.

(5)  ĠU L 268, 9.10.2008, p. 3.


Top