Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009L0036

    Direttiva tal-Kummissjoni 2009/36/KE tas- 16 ta’ April 2009 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE, rigward prodotti kożmetiċi, għall-iskop tal-adattar tal-Anness III tagħhom mal-progress tekniku (Test b’relevanza għaż-ŻEE )

    ĠU L 98, 17.4.2009, p. 31–37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 11/07/2013: This act has been changed. Current consolidated version: 11/07/2013

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2009/36/oj

    17.4.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 98/31


    DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2009/36/KE

    tas-16 ta’ April 2009

    li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE, rigward prodotti kożmetiċi, għall-iskop tal-adattar tal-Anness III tagħhom mal-progress tekniku

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-prodotti kożmetiċi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(2) tagħha,

    Wara konsultazzjoni mal-Kumitat Xjentifiku dwar il-Prodotti tal-Konsumatur,

    Billi:

    (1)

    Wara l-pubblikazzjoni ta’ studju xjentifiku fl-2001, bl-isem “L-użu ta’ żebgħa permanenti tax-xagħar u r-riskju tal-kanċer tal-bużżieqa tal-awrina”, il-Kumitat Xjentifiku dwar il-Prodotti Kożmetiċi u Prodotti li Mhumiex tal-Ikel maħsuba għal Konsumaturi, attwalment il-Kumitat Xjentifiku dwar il-Prodotti għal Konsumaturi (minn issa ‘l quddiem il-“KXPK”) (2), ikkonkluda li r-riskji potenzjali kienu ta’ tħassib. Dan irrakkomanda li l-Kummissjoni tieħu iżjed passi biex tikkontrolla l-użu tal-kimiċi taż-żebgħa tax-xagħar.

    (2)

    Il-KXPK jirrakkomanda wkoll strateġija ta’ valutazzjoni ġenerali għas-sikurezza għas-sustanzi fiż-żebgħa tax-xagħar li tinkludi l-ħtiġijiet għall-ittestjar tas-sustanzi wżati fil-prodotti taż-żebgħa tax-xagħar għall-ġenotossiċità/mutaġeniċità potenzjali tagħhom.

    (3)

    Skont l-opinjonijiet tal-KXPK, il-Kummissjoni, flimkien mal-Istati Membri u l-partijiet interessati, qablet dwar strateġija komprensiva biex tirregola s-sustanzi użati fiż-żebgħa tax-xagħar li dwarha l-industrija ġiet obbligata tressaq il-fajls bid-data xjentifika dwar is-sustanzi taż-żebgħa tax-xagħar biex jiġu vvalutati mill-KXPK.

    (4)

    Is-sustanzi li għalihom ġew ippreżentati fajls aġġornati dwar is-sikurezza qed jiġu vvalutati attwalment mill-KXPK. Diġà ngħataw opinjonijiet finali għal 17-il sustanza fiż-żebgħa tax-xagħar mill-KXPK. Għalhekk, tista’ ssir regolamentazzjoni definittiva ta’ dawn is-sustanzi fiż-żebgħa tax-xagħar, fuq il-bażi ta’ valutazzjonijiet bħal dawn.

    (5)

    Id-Direttiva 76/768/KEE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

    (6)

    Il-miżuri stipulati f’din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Kożmetiċi,

    ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

    Artikolu 1

    L-Anness III tad-Direttiva 76/768/KEE hu emendat skont l-Anness ta’ din id-Direttiva.

    Artikolu 2

    1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Novembru 2009 il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu f’konformità ma’ din id-Direttiva. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet.

    Għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet stipulati fl-Anness ta’ din id-Direttiva mill-15 ta’ Mejju 2010,

    Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir din ir-referenza.

    2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

    Artikolu 3

    Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Artikolu 4

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussell, 16 ta’ April 2009.

    Għall-Kummissjoni

    Günter VERHEUGEN

    Viċi-President


    (1)  ĠU L 262, 27.9.1976, p. 169.

    (2)  L-isem tal-kumitat ġie mibdul bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/210/KE (ĠU L 66, 04.03.2004, p. 45).


    ANNESS

    Id-Direttiva 76/768/KEE għandha tiġi emendata kif ġej:

    (1)

    Fil-Parti 1 tal-Anness III qed jiżdiedu n-numri ta’ referenzi 189-205 kif ġej:

    In-numru ta’ referenza

    Is-sustanza

    Restrizzjonijiet

    Il-kundizzjonijiet dwar l-użu u twissijiet li għandhom jiġu stampati fuq it-tikketta

    Kamp ta’ applikazzjoni u/jew użu

    Konċentrazzjoni massima awtorizzata fil-prodott kożmetiku lest

    Limitazzjonijiet u ħtiġijiet oħrajn

    a

    b

    c

    d

    e

    f

    “189

    Trisodium 5-hydroxy-1-(4-sulphophenyl)-4-(4-sulphophenylazo)pyrazole-3-carboxylate and aluminium lake (15)

    Acid Yellow 23

    CAS 1934-21-0

    EINECS 217-699-5

    Acid Yellow 23 Aluminum lake

    CAS 12225-21-7

    EINECS 235-428-9

    CI 19140

    Sustanzi taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar mhux ossidattivi

    0,5  %

     

     

    190

    Benzenemethanaminium, N-ethyl-N-[4-[[4-[ethyl-[(3-sulfophenyl)-methyl]-amino]-phenyl] [2-sulfophenyl)methylene]-2,5-cyclohexadien-1-ylidene]-3-sulfo, inner salt, id-dissodju tal-melħ u l-imluħa tiegħu tal-ammonju u tal-aluminju (15)

    Acid Blue 9

    CAS 3844-45-9

    EINECS 223-339-8

    Acid Blue 9 Ammonium salt

    CAS 2650-18-2

    EINECS 220-168-0

    Acid Blue 9 Aluminum lake

    CAS 68921-42-6

    EINECS 272-939-6

    CI 42090

    Sustanzi taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar mhux ossidattivi

    0,5  %

     

     

    191

    Disodium 6-hydroxy-5-[(2-methoxy-4-sulphonato-m-tolyl)azo]naphthalene-2-sulphonate (15)

    Curry Red

    CAS 25956-17-6

    EINECS 247-368-0

    CI 16035

    Sustanzi taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar mhux ossidattivi

    0,4  %

     

     

    192

    Trisodium 1-(1-naphthylazo)-2-hydroxynaphthalene-4’,6,8-trisulphonate u aluminium lake (15)

    Acid Red 18

    CAS 2611-82-7

    EINECS 220-036-2

    Acid Red 18 Aluminum lake

    CAS 12227-64-4

    EINECS 235-438-3

    CI 16255

    Sustanzi taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar mhux ossidattivi

    0,5  %

     

     

    193

    Idroġenu 3,6-bis(diethylamino)-9-(2,4-disulphonatophenyl)xanthylium, melħ tas-sodju (15)

    Acid Red 52

    CAS 3520-42-1

    EINECS 222-529-8

    CI 45100

    a)

    Sustanzi taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar ossidattivi

    b)

    Sustanzi taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar mhux ossidattivi

    b)

    0,6  %

    a)

    Wara t-taħlita taħt kundizzjonijiet ossidattivi l-konċentrazzjoni massima applikata lix-xagħar ma għandhiex taqbeż il-1,5 %.

    a)

    Il-proporzjon ta’ taħlit għandu jkun stampat fuq it-tikketta.

    194

    Disodium 5-amino-4-hydroxy-3-(phenylazo)naphthalene-2,7-disulphonate (15)

    Acid Red 33

    CAS 3567-66-6

    EINECS 222-656-9

    CI 17200

    Sustanzi taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar mhux ossidattivi

    0,5  %

     

     

    195

    Sodju 1-amino-4-(cyclohexylamino)-9,10-dihydro-9,10-dioxoanthracene-2-sulphonate (15)

    Acid Blue 62

    CAS 4368-56-3

    EINECS 224-460-9

    CI 62045

    Sustanzi taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar mhux ossidattivi

    0,5  %

    Tużax ma’ sistemi ta’ nitrosazzjoni

    Kontenut massimu f’nitrosamin: 50 μg/kg

    Żomm f’kontenituri ħielsa min-nitrite

     

    196

    1-[(2’-Methoxyethyl)amino]-2-nitro-4-[di-(2’-hydroxyethyl)amino]benzene (15)

    HC Blue No 11

    CAS 23920-15-2

    EINECS 459-980-7

    Sustanzi taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar mhux ossidattivi

    2,0  %

    Tużax ma’ sistemi ta’ nitrosazzjoni

    Kontenut massimu f’nitrosamin: 50 μg/kg

    Żomm f’kontenituri ħielsa min-nitrite

     

    197

    1,5-Di-(ß-hydroxyethylamino)-2-nitro-4-chlorobenzene (15)

    HC Yellow No 10

    CAS 109023-83-8

    EINECS 416-940-3

    Sustanzi taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar mhux ossidattivi

    0,1  %

    Tużax ma’ sistemi ta’ nitrosazzjoni

    Kontenut massimu f’nitrosamin: 50 μg/kg

    Żomm f’kontenituri ħielsa min-nitrite

     

    198

    3-Methylamino-4-nitrophenoxyethanol (15)

    3-Methylamino-4-nitrophenoxyethanol (INCI)

    CAS 59820-63-2

    EINECS 261-940-7

    Sustanzi taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar mhux ossidattivi

    0,15  %

    Tużax ma’ sistemi ta’ nitrosazzjoni

    Kontenut massimu f’nitrosamin: 50 μg/kg

    Żomm f’kontenituri ħielsa min-nitrite

     

    199

    2,2’-[[4-[(2-hydroxyethyl)amino]-3-nitrophenyl]imino]bisethanol (15)

    HC Blue No 2

    CAS 33229-34-4

    EINECS 251-410-3

    Sustanzi taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar mhux ossidattivi

    2,8  %

    Tużax ma’ sistemi ta’ nitrosazzjoni

    Kontenut massimu f’nitrosamin: 50 μg/kg

    Żomm f’kontenituri ħielsa min-nitrite

    Jista’ jikkawża reazzjoni allerġika

    200

    1-Propanol, 3-[[4-[bis(2-hydroxyethyl)amino]-2-nitrophenyl]amino] (15)

    HC Violet No 2

    CAS 104226-19-9

    EINECS 410-910-3

    Sustanzi taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar mhux ossidattivi

    2,0  %

    Tużax ma’ sistemi ta’ nitrosazzjoni

    Kontenut massimu f’nitrosamin: 50 μg/kg

    Żomm f’kontenituri ħielsa min-nitrite

    Jista’ jikkawża reazzjoni allerġika

    201

    Phenol, 2-chloro-6-(ethylamino)-4-nitro- (15)

    2-Chloro-6-ethylamino-4-nitrophenol

    CAS 131657-78-8

    EINECS 411-440-1

    Sustanzi taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar mhux ossidattivi

    3,0  %

    Tużax ma’ sistemi ta’ nitrosazzjoni

    Kontenut massimu f’nitrosamin: 50 μg/kg

    Żomm f’kontenituri ħielsa min-nitrite

    Jista’ jikkawża reazzjoni allerġika

    202

    4,4’-[1,3-Propanediylbis(oxy)]bisbenzene-1,3-diamine u melħ tat-tetrahydrochloride (15)

    1,3-bis-(2,4-Diaminophenoxy)propane

    CAS 81892-72-0

    EINECS 279-845-4

    1,3-bis-(2,4-Diaminophenoxy)propane HCl

    CAS 74918-21-1

    EINECS 278-022-7

    a)

    Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti ossidattivi taż-żebgħa tax-xagħar

    b)

    Sustanzi taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar mhux ossidattivi

    b)

    1,2 % bħala bażi ħielsa (1,8 % bħala melħ tat-tetrahydrochloride)

    a)

    Wara taħlit taħt kundizzjonijiet ossidattivi l-konċentrazzjoni massima applikata lix-xagħar ma għandhiex taqbeż il-1,2 % ikkalkulat bħala bażi libera (1,8 % bħala melħ tat-tetrahydrocholoride).

    a)

    Il-proporzjon ta’ taħlit għandu jkun stampat fuq it-tikketta

    Għal a) u għal b):

    Jista’ jikkawża reazzjoni allerġika

    203

    6-Methoxy-N2-methyl-2,3-pyridinediamine hydrochloride u l-melħ dihydrochloride (15)

    6-Methoxy-2-methylamino-3-aminopyridine HCl

    CAS 90817-34-8 (HCl)

    CAS 83732-72-3 (2HCl)

    EINECS 280-622-9 (2HCl)

    a)

    Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar ossidattivi

    b)

    Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar mhux ossidattivi

    b)

    0,68 % bħala bażi ħielsa (1,0 % bħala dihydrochloride)

    a)

    Wara taħlit taħt kundizzjonijiet ossidattivi l-konċentrazzjoni massima applikata lix-xagħar ma għandhiex taqbeż iż-0,68 % ikkalkulat bħala bażi libera (1,0 % bħala dihydrochloride).

    Għal a) u għal b):

    Tużax ma’ sistemi ta’ nitrosazzjoni

    Kontenut massimu f’nitrosamin: 50 μg/kg

    Żomm f’kontenituri ħielsa min-nitrite

    a)

    Il-proporzjon ta’ taħlit għandu jkun stampat fuq it-tikketta

    Għal a) u għal b):

    Jista’ jikkawża reazzjoni allerġika

    204

    2,3-Dihydro-1H-indole-5,6-diol u l-melħ tiegħu hydrobromide (15)

    Dihydroxyindoline

    CAS 29539-03-5

    Dihydroxyindoline HBr

    CAS 138937-28-7

    EINECS 421-170-6

    Sustanzi taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar mhux ossidattivi

    2,0  %

     

    Jista’ jikkawża reazzjoni allerġika

    205

    4-Hydroxypropylamino-3-nitrophenol (15)

    4-Hydroxypropylamino-3-nitrophenol (INCI)

    CAS 92952-81-3

    EINECS 406-305-9

    (a)

    Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar ossidattivi

    (b)

    Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar mhux ossidattivi

    (b)

    2,6 %

    a)

    Wara li jsir taħlit taħt kundizzjonijiet ossidattivi l-konċentrazzjoni massima applikata lix-xagħar ma għandhiex taqbeż it-2,6 % ikkalkulata bħala bażi ħielsa.

    Għal a) u b):

    Tużax ma’ sistemi ta’ nitrosazzjoni

    Kontenut massimu f’nitrosamin: 50 μg/kg

    Żomm f’kontenituri ħielsa min-nitrite

    Il-proporzjon ta’ taħlit għandu jiġi stampat fuq it-tikketta.

    (2)

    Titħassar it-taqsima b fil-kolonni “c” u “d” tan-numru ta’ reġistrazzjoni 55 tal-Parti 2 tal-Anness III.

    (3)

    Jitħassru n-numri ta’ referenza 7, 9, 14, 24, 28, 47, u 58 fil-Parti 2 tal-Anness III.


    (15)  Il-bażi ħielsa u l-imluħa ta’ dan l-ingredjent ta’ kulur tax-xagħar, sakemm mhumiex projbiti skont l-Anness II, jistgħu jintużaw.”


    Top