Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009E0509

    Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2009/509/PESK tal- 25 ta' Ġunju 2009 li temenda u testendi l-Azzjoni Konġunta 2007/406/PESK dwar il-missjoni ta’ konsulenza u assistenza tal-Unjoni Ewropea għar-riforma tas-settur tas-sigurtà fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (EUSEC RD Congo)

    ĠU L 172, 2.7.2009, p. 36–36 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/09/2009

    ELI: http://data.europa.eu/eli/joint_action/2009/509/oj

    2.7.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 172/36


    AZZJONI KONĠUNTA TAL-KUNSILL 2009/509/PESK

    tal-25 ta' Ġunju 2009

    li temenda u testendi l-Azzjoni Konġunta 2007/406/PESK dwar il-missjoni ta’ konsulenza u assistenza tal-Unjoni Ewropea għar-riforma tas-settur tas-sigurtà fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (EUSEC RD Congo)

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Fit-12 ta’ Ġunju 2007, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2007/406/PESK (1) dwar il-missjoni tal-Unjoni Ewropea li tipprovdi konsulenza u assistenza għar-riforma tas-settur tas-sigurtà fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (EUSEC RD Congo) li ssosstitwixxiet il-missjoni stabbilita preċedentement mill-Azzjoni Konġunta 2005/355/PESK (2).

    (2)

    Fis-26 ta’ Ġunju 2008, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2008/491/PESK (3) li temenda u testendi l-Azzjoni Konġunta 2007/406/PESK sat-30 ta’ Ġunju 2009.

    (3)

    Wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet Kongoliżi u partijiet oħra kkonċernati, tidher il-ħtieġa li l-missjoni tiġi estiża għal perijodu ulterjuri, u fit-12 ta’ Mejju 2009, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà rrakkomanda li l-missjoni tiġi estiża bi tliet xhur addizzjonali.

    (4)

    L-Azzjoni Konġunta 2007/406/PESK għandha tiġi emendata kif meħtieġ,

    ADOTTA DIN L-AZZJONI KONĠUNTA:

    Artikolu 1

    L-Azzjoni Konġunta 2007/406/PESK hija b’dan emendata kif ġej:

    (1)

    fl-Artikolu 9(1), it-tieni subparagrafu għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

    “L-ammont ta’ referenza finanzjarja biex tkun koperta n-nefqa relatata mal-missjoni għall-perijodu mill-1 ta’ Lulju 2008 sat-30 ta’ Settembru 2009 għandu jkun ta’ EUR 8 450 000.”;

    (2)

    it-tieni paragrafu tal-Artikolu 16 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

    “Għandha tapplika sat-30 ta’ Settembru 2009.”.

    Artikolu 2

    Din l-Azzjoni Konġunta għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

    Artikolu 3

    Din l-Azzjoni Konġunta għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fil-Lussemburgu, il-25 ta’ Ġunju 2009.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    L. MIKO


    (1)  ĠU L 151, 13.6.2007, p. 52.

    (2)  ĠU L 112, 3.5.2005, p. 20.

    (3)  ĠU L 168, 28.6.2008, p. 42.


    Top