Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009D0800

2009/800/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 30 ta’ Ottubru 2009 li temenda d-Deċiżjoni 2004/432/KE dwar l-approvazzjoni tal-pjanijiet tal-monitoraġġ tar-residwi sottomessi minn pajjiżi terzi skont id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE (notifikata bid-dokument numru C(2009) 8347) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

ĠU L 285, 31.10.2009, p. 43–48 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 14/03/2011; Impliċitament imħassar minn 32011D0163

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/800/oj

31.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 285/43


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-30 ta’ Ottubru 2009

li temenda d-Deċiżjoni 2004/432/KE dwar l-approvazzjoni tal-pjanijiet tal-monitoraġġ tar-residwi sottomessi minn pajjiżi terzi skont id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE

(notifikata bid-dokument numru C(2009) 8347)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2009/800/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE tad-29 ta’ April 1996 dwar miżuri għall-monitoraġġ ta’ ċerti sustanzi u residwi tagħhom f’annimali ħajjin u prodotti tal-annimali u li tħassar id-Direttivi 85/358/KEE u 86/469/KEE u d-Deċiżjonijiet 89/187/KEE u 91/664/KEE (1), u b’mod partikolari r-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 29(1) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 96/23/KE tistipula miżuri għall-monitoraġġ ta’ sustanzi u gruppi ta’ residwi elenkati fl-Anness I tagħha. Skont id-Direttiva 96/23/KE, l-inklużjoni u l-permanenza fuq il-listi tal-pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri huma awtorizzati jimpurtaw annimali u prodotti primarji li joriġinaw mill-annimali koperti minn dik id-Direttiva, għandhom ikunu soġġetti għat-tressiq ta’ pjan mill-pajjiżi terzi kkonċernati li jistipula l-garanziji li huma joffru fejn jidħol il-monitoraġġ tal-gruppi ta’ residwi u sustanzi elenkati f’dak l-Anness. Dawn il-pjanijiet għandhom jiġu aġġornati fuq it-talba tal-Kummissjoni, partikolarment meta ċerti verifiki jkunu jeżiġu dan.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/432/KE tad-29 ta’ April 2004 dwar l-approvazzjoni tal-pjanijiet tal-monitoraġġ tal-fdalijiet sottomessi minn pajjiżi terzi skont id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE (2) tapprova l-pjanijiet għall-monitoraġġ tar-residwi mressqa minn ċerti pajjiżi terzi elenkati fl-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni għall-annimali u l-prodotti tal-annimali primarji indikati f’dik il-lista.

(3)

Il-Belize, il-Kamerun u l-Polineżja Franċiża ressqu pjanijiet għall-monitoraġġ tal-fdalijiet lill-Kummissjoni fir-rigward tal-għasel. Il-valutazzjoni ta’ dawn il-pjanijiet u l-informazzjoni addizzjonali miksuba mill-Kummissjoni jipprovdu biżżejjed garanziji dwar il-pjanijiet għall-monitoraġġ tar-residwi mressqa minn dawk il-pajjiżi terzi fir-rigward tal-għasel. Dak il-prodott għandu għalhekk jiġi inkluż fl-annotazzjoni għal kull wieħed minn dawk il-pajjiżi terzi fil-lista fl-Anness tad-Deċiżjoni 2004/432/KE.

(4)

Fil-preżent, il-Montenegro hu elenkat fl-Anness tad-Deċiżjoni 2004/432/KE għall-prodotti bovini, ovini/kaprini, mill-ħnieżer, mill-ekwini u tal-għasel. Dan l-elenkar huwa provviżorju, filwaqt li wieħed qed jistenna aktar informazzjoni dwar ir-residwi.

(5)

Il-Montenegro ressaq pjan aġġornat għall-monitoraġġ tar-residwi lill-Kummissjoni għall-prodotti bovini, ovini/kaprini, mill-ħnieżer, mit-tjur, prodotti tal-akkwakultura, il-bajd u l-għasel. Il-valutazzjoni ta’ dak il-pjan u l-informazzjoni addizzjonali miksuba mill-Kummissjoni jipprovdu biżżejjed garanziji dwar il-pjan għall-monitoraġġ tar-residwi fir-rigward tal-prodotti bovini, ovini/kaprini, mill-ħnieżer, mill-ekwini u l-għasel. Dawn il-prodotti għandhom għaldaqstant jibqgħu elenkati fl-annotazzjoni għall-Montenegro fil-lista tal-Anness tad-Deċiżjoni 2004/432/KE, u l-indikazzjoni dwar in-natura provviżorja ta’ dik l-annotazzjoni għandha titħassar.

(6)

Barra minn hekk, il-valutazzjoni ta’ dak il-pjan u l-informazzjoni addizzjonali miksuba mill-Kummissjoni jipprovdu biżżejjed garanziji dwar il-pjan għall-monitoraġġ tar-residwi fir-rigward tat-tajr, l-annimali tal-akkwakultura u l-bajd. Għaldaqstant, dawn il-prodotti għandhom jiġu inklużi fl-annotazzjoni għall-Montenegro fil-lista fl-Anness tad-Deċiżjoni 2004/432/KE.

(7)

L-ispeċi ekwini mhumiex koperti mill-pjan aġġornat għall-monitoraġġ tar-residwi li l-Montenegro ressaq lill-Kummissjoni. Għaldaqstant il-prodotti ekwini għandhom jitħassru mill-annotazzjoni għal dan il-pajjiż terz fil-lista fl-Anness tad-Deċiżjoni 2004/432/KE.

(8)

Is-Seychelles fil-preżent huma elenkati fl-Anness tad-Deċiżjoni 2004/432/KE għall-prodotti tal-akkwakultura imma għadu ma ressaqx pjan tal-monitoraġġ tar-residwi lill-Kummissjoni għall-2009. Għaldaqstant, l-annotazzjoni għas-Seychelles għall-prodotti tal-akkwakultura għandha titħassar mill-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni.

(9)

Għall-finijiet ta’ ċarezza u ta’ konsistenza tal-leġiżlazzjoni Komunitarja għandhom isiru ċerti emendi żgħar lin-noti f’qiegħ il-paġna fl-Anness tad-Deċiżjoni 2004/432/KE.

(10)

Sabiex wieħed jevita xi tfixkil lill-kummerċ, għandu jiġi stabbilit perjodu tranżitorju biex jiġu koperti kunsinni ta’ xi annimali u ta’ prodotti ġejjin mill-annimali li joriġinaw mill-Montenegro u mis-Seychelles u li telqu minn dawk il-pajjiżi terzi għall-Komunità qabel dakinhar li tibda tapplika din id-Deċiżjoni..

(11)

Id-Deċiżjoni 2004/432/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

(12)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness mad-Deċiżjoni 2004/432/KE huwa mibdul bit-test fl-Anness ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Novembru 2009.

L-emendi tal-lista fl-Anness tad-Deċiżjoni 2004/432/KE bid-Deċiżjoni preżenti ma għandhomx japplikaw għal kunsinni tal-annimali ekwini u l-prodotti tagħhom li joriġinaw mill-Montenegro u dawk tal-akkwakultura mis-Seychelles fejn l-importatur ta’ tali annimali u prodotti jista’ juri li dawn kienu ntbagħtu mill-Montenegro u mis-Seychelles, rispettivament, u li kienu fi triqithom lejn il-Komunità qabel id-data tal-applikazzjoni tad-Deċiżjoni preżenti.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Ottubru 2009.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 125, 23.5.1996, p. 10.

(2)  ĠU L 154, 30.4.2004, p. 44.


ANNESS

“ANNESS

Kodiċi ISO2

Pajjiż

Bovini

Ovini/kaprini

Ħnieżer

Ekwini

Tajr

Akkwakultura

Ħalib

Bajd

Fniek

Tajr selvaġġ

Tajr imrobbi

Għasel

AD

Andorra (1)

X

X

 

X

 

 

 

 

 

 

 

 

AE

L-Emirati Għarab Magħquda

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

AL

L-Albanija

 

X

 

 

 

X

 

X

 

 

 

 

AN

L-Antilles tal-Olanda

 

 

 

 

 

 

X (2)

 

 

 

 

 

AR

L-Arġentina

X

X

 

X

X

X

X

X

X

X

X

X

AU

L-Awstralja

X

X

 

X

 

X

X

 

 

X

X

X

BA

Il-Bożnja u Ħerzegovina

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

BD

Il-Bangladexx

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

BR

Il-Brażil

X

 

 

X

X

X

 

 

 

 

 

X

BW

Il-Botswana

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

BY

Il-Belarus

 

 

 

X (3)

 

X

X

X

 

 

 

 

BZ

Il-Beliże

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

X

CA

Il-Kanada

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

CH

L-Iżvizzera

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

CL

Iċ-Ċile

X

X (4)

X

 

X

X

X

 

 

X

 

X

CM

Il-Kamerun

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

CN

Iċ-Ċina

 

 

 

 

X

X

 

X

X

 

 

X

CO

Il-Kolombja

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

CR

Il-Kosta Rika

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

CU

Kuba

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

X

EC

L-Ekwador

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

ET

L-Etjopja

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

FK

Il-Gżejjer Falklands

X

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

FO

Il-Gżejjer Faeroe

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

GL

Greenland

 

X

 

 

 

 

 

 

 

X

X

 

GM

Il-Gambja

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

GT

Il-Gwatemala

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

X

HK

Ħong Kong

 

 

 

 

X (2)

X (2)

 

 

 

 

 

 

HN

Il-Ħonduras

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

HR

Il-Kroazja

X

X

X

X (3)

X

X

X

X

X

X

X

X

ID

L-Indoneżja

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

IL

L-Iżrael

 

 

 

 

X

X

X

X

 

 

X

X

IN

L-Indja

 

 

 

 

 

X

X

X

 

 

 

X

IS

L-Iżlanda

X

X

X

X

 

X

X

 

 

 

X (2)

 

IR

L-Iran

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

JM

Il-Ġamajka

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

X

JP

Il-Ġappun

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

KG

Il-Kirgistan

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

KR

Il-Korea t’Isfel

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

LK

Sri Lanka

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

MA

Il-Marokk

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

ME

Il-Montenegro

X

X

X

 

X

X

 

X

 

 

 

X

MG

Il-Madagaskar

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

MK

L-eks Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja (5)

X

X

 

X (3)

 

 

X

 

 

 

 

 

MU

Il-Mawrizju

 

 

 

 

X (2)

X

 

 

 

 

 

 

MX

Il-Messiku

 

 

 

X

 

X

 

X

 

 

 

X

MY

Il-Malażja

 

 

 

 

X (6)

X

 

 

 

 

 

 

MZ

Il-Możambik

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

NA

In-Namibja

X

X

 

 

 

 

 

 

 

X

X

 

NC

Il-Kaledonja Ġdida

X

 

 

 

 

X

 

 

 

X

X

X

NI

In-Nikaragwa

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

X

NZ

New Zealand

X

X

 

X

 

X

X

 

 

X

X

X

PA

Il-Panama

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

PE

Il-Perù

 

 

 

 

X

X

 

 

 

 

 

 

PF

Il-Polineżja Franċiża

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

PH

Il-Filippini

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

PN

Il-Gżejjer Pitcairn

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

PY

Il-Paragwaj

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

RS

Is-Serbja (7)

X

X

X

X (3)

X

X

X

X

 

X

 

X

RU

Ir-Russja

X

X

X

X (3)

X

 

X

X

 

 

X (8)

X

SA

L-Għarabja Sawdija

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

SG

Singapor

X (2)

X (2)

X (2)

 

X (2)

X (2)

X (2)

 

 

 

 

 

SM

San Marino (9)

X

 

X

 

 

 

 

 

 

 

 

X

SR

Is-Surinam

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

SV

El Salvador

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

SZ

Is-Sważiland

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

TH

It-Tajlandja

 

 

 

 

X

X

 

 

 

 

 

X

TN

It-Tuneżija

 

 

 

 

X

X

 

 

 

X

 

 

TR

It-Turkija

 

 

 

 

X

X

X

 

 

 

 

X

TW

It-Tajwan

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

X

TZ

It-Tanżanija

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

X

UA

L-Ukraina

 

 

 

X

X

X

X

X

 

 

 

X

UG

L-Uganda

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

US

L-Istati Uniti

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

UY

L-Urugwaj

X

X

 

X

 

X

X

 

X

X

X

X

VE

Il-Venezwela

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

VN

Il-Vjetnam

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

YT

Mayotte

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

ZA

L-Afrika t’Isfel

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

X

 

ZM

Iż-Żambja

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

ZW

Iż-Żimbabwe

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

X

 


(1)  Il-pjan inizjali għall-monitoraġġ tar-residwi approvat mis-sottogrupp veterinarju KE-Andorra (skont id-Deċiżjoni Nru 2/1999 tal-Kumitat Konġunt KE-Andorra tat-22 ta’ Diċembru 1999 (ĠU L 31, 5.2.2000, p. 84)).

(2)  Pajjiżi terzi li jużaw biss materja prima minn pajjiżi terzi oħra approvati jew minn Stati Membri tal-UE għall-produzzjoni tal-ikel.

(3)  Esportazzjonijiet ta’ ekwini ħajjin għall-qatla (annimali għall-produzzjoni tal-ikel biss).

(4)  Annimali ovini biss.

(5)  L-eks Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja; kodiċi provviżorja li bl-ebda mod ma tippreġudika n-nomenklatura definittiva għal dan il-pajjiż, li qed tiġi diskussa min-Nazzjonijiet Uniti.

(6)  Il-Malażja Peninżulari (tal-Punent) biss.

(7)  Mhux inkluż il-Kosovo kif iddefinit mir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1244 tal-10 ta’ Ġunju 1999.

(8)  Għar-renni mir-reġjuni ta’ Murmansk u Yamalo-Nenets biss.

(9)  Il-pjan ta’ monitoraġġ approvat skont id-Deċiżjoni Nru 1/94 tal-Kumitat ta’ Kooperazzjoni KE-San Marino tat-28 ta’ Ġunju 1994 (ĠU L 238, 13.9.1994, p. 25).”


Top