Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009D0448

    2009/448/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 28 ta’ Mejju 2009 li temenda d-Deċiżjoni 1999/70/KE dwar l-awdituri esterni tal-banek ċentrali nazzjonali, fir-rigward tal-awditur estern tad-De Nederlandsche Bank

    ĠU L 149, 12.6.2009, p. 64–64 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/448/oj

    12.6.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 149/64


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    tat-28 ta’ Mejju 2009

    li temenda d-Deċiżjoni 1999/70/KE dwar l-awdituri esterni tal-banek ċentrali nazzjonali, fir-rigward tal-awditur estern tad-De Nederlandsche Bank

    (2009/448/KE)

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra l-Protokoll dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew anness mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,

    Wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni BĊE/2009/8 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-3 ta' April 2009 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tad-De Nederlandsche Bank (1),

    Billi:

    (1)

    Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Eurosistema għandhom jiġu vverifikati minn awdituri esterni indipendenti rakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

    (2)

    Fit-12 ta’ Lulju 2005, Josephus Andreas Nijhuis, Kontabbli Reġistrat u president tal-bord ta’ PricewaterhouseCoopers Accountants N.V., li jaġixxi fil-kapaċità personali tiegħu, inħatar bħala l-awditur estern tad-De Nederlandsche Bank mis-sena finanzjarja 2005 għal perijodu indefinit, suġġett għal konferma kull sena.

    (3)

    Is-Sur Nijhuis irriżenja mill-PricewaterhouseCoopers Accountants N.V. b'effett mill-1 ta' Ottubru 2008; jeħtieġ għalhekk li jinħatar awditur ġdid.

    (4)

    Id-De Nederlandsche Bank għażel lil PricewaterhouseCoopers Accountants N.V. bħala l-awditur estern tiegħu għas-snin finanzjarji mill-2008 sal-2011.

    (5)

    Il-Kunsill Governattiv tal-BĊE irrakkomanda li PricewaterhouseCoopers Accountants N.V. għandha tinħatar bħala l-awditur estern tad-De Nederlandsche Bank għas-snin finanzjarji mill-2008 sal-2011.

    (6)

    Huwa adatt li r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE tiġi segwita u li d-Deċiżjoni 1999/70/KE (2) tiġi emendata kif meħtieġ,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    L-Artikolu 1(8) tad-Deċiżjoni 1999/70/KE huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “8.   PricewaterhouseCoopers Accountants N.V. hija b'dan approvata bħala l-awditur estern tad-De Nederlandsche Bank għas-snin finanzjarji mill-2008 sal-2011.”

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi nnotifikata lill-BĊE.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmula fi Brussell, 28 ta’ Mejju 2009.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    V. TOŠOVSKÝ


    (1)  ĠU C 93, 22.4.2009, p. 1.

    (2)  ĠU L 22, 29.1.1999, p. 69.


    Top