This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008R0967
Council Regulation (EC) No 967/2008 of 29 September 2008 amending Regulation (EC) No 834/2007 on organic production and labelling of organic products
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 967/2008 tad- 29 ta' Settembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 834/2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 967/2008 tad- 29 ta' Settembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 834/2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi
ĠU L 264, 3.10.2008, p. 1–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2021; Impliċitament imħassar minn 32018R0848
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32007R0834 | Tlestija | artikolu 42 | 10/10/2008 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Implicitly repealed by | 32018R0848 | 01/01/2022 |
3.10.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 264/1 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 967/2008
tad-29 ta' Settembru 2008
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 834/2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 37(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 834/2007 (1) introduċa regoli għall-użu ta’ indikazzjonijiet obbligatorji fuq prodotti organiċi, li, mill-1 ta’ Jannar 2009, jinkludu l-użu tal-logo Komunitarju fuq ikel ippakkjat minn qabel skond l-Artikolu 24(1)(b) ta’ dak ir-Regolament. |
(2) |
Irriżulta li l-logo tal-Komunità użat skond l-Anness V tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 ta’ l-24 ta’ Ġunju 1991 dwar il-produzzjoni organika ta’ prodotti agrikoli u l-indikazzjonijiet li jirreferu għalihom fil-prodotti agrikoli u fl-oġġetti ta’ l-ikel (2) seta’ jiġi konfuż ma’ logos oħrajn użati għal indikazzjonijiet ġeografiċi protetti u denominazzjonjiet ta’ l-oriġini protetti skond, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1898/2006 ta’ l-14 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi u denominazzjonijiet ta’ l-oriġini għal prodotti agrikoli u oġġetti ta’ l-ikel (3) u l-logo għal speċjalitajiet tradizzjonali garantiti, ddefiniti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1216/2007 tat-18 ta’ Ottubru 2007 li jistipula regoli dettaljati għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 509/2006 dwar prodotti agrikoli u prodotti ta’ l-ikel bħala speċjalitajiet tradizzjonali garantiti (4). |
(3) |
Huwa importanti għall-perċezzjoni tal-konsumaturi li jkun assigurat tikkettar informattiv b’logo Komunitarju distintiv u attraenti, li jissimbolizza l-produzzjoni organika u jidentifika b’mod ċar il-prodotti. Id-disinn ta’ logo Komunitarju bħal dan jitlob ċertu tul ta’ żmien biex ikun żviluppat u mgħarraf lill-pubbliku. |
(4) |
Sabiex jiġu evitati piżijiet finanzjarji u organizzattivi żejda fuq l-operaturi, l-użu obbligatorju tal-logo Komunitarju għandu jiġi pospost għat-tul ta’ żmien meħtieġ biex jinħoloq il-logo Komunitarju ġdid. Din id-deċiżjoni ma twaqqafx lill-operaturi milli jużaw, fuq bażi volontarja, il-logo attwali definit fl-Anness V tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91. |
(5) |
Ir-Regolament (KE) Nru 834/2007 għandu għaldaqstant jiġi emendat kif meħtieġ, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-paragrafu li ġej għandu jiżdied ma’ l-Artikolu 42 tar-Regolament (KE) Nru 834/2007:
“Madankollu, l-Artikolu 24(1)(b) u (c) għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2010.”
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 29 ta’ Settembru 2008.
Għall-Kunsill
Il-President
M. BARNIER
(1) ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1.
(2) ĠU L 198, 22.7.1991, p. 1.
(3) ĠU L 369, 23.12.2006, p. 1.
(4) ĠU L 275, 19.10.2007, p. 3.