Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008R0738

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 738/2008 tat- 28 ta' Lulju 2008 li jemenda, għat-tnax-il darba, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1763/2004 li jimponi ċerti miżuri restrittivi biex isostnu l-implimentazzjoni effettiva tal-mandat tal-Qorti Kriminali Internazzjonali għal dik li qabel kienet il-Jugoslavja (ICTY)

    ĠU L 201, 30.7.2008, p. 33–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/10/2011; Imħassar b' 32011R1048

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/738/oj

    30.7.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 201/33


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 738/2008

    tat-28 ta' Lulju 2008

    li jemenda, għat-tnax-il darba, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1763/2004 li jimponi ċerti miżuri restrittivi biex isostnu l-implimentazzjoni effettiva tal-mandat tal-Qorti Kriminali Internazzjonali għal dik li qabel kienet il-Jugoslavja (ICTY)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1763/2004 li jimponi ċerti miżuri restrittivi biex isostnu l-implimentazzjoni effettiva tal-mandat tal-Qorti Kriminali Internazzjonali għal dik li qabel kienet il-Jugoslavja (ICTY) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(a) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1763/2004 jelenka l-persuni li jagħu taħt l-iffriżar ta’ fondi u riżorsi finanzjarji skond dak ir-Regolament.

    (2)

    Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li temenda dak l-Anness, filwaqt li tieħu f’kunsiderazzjoni Deċiżjonijiet tal-Kunsill li jimplimentaw il-Pożizzjoni Komuni 2004/694/CFSP tal-11 ta' Ottubru 2004 dwar aktar miżuri b’appoġġ għall-implimentazzjoni effettiva tal-mandat ta’ l-ICTY (2). Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/613/CFSP (3) tat-24 ta’ Lulju 2008 timplimenta dik il-Pożizzjoni Komuni. L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1763/2004 tal-11 ta' Ottubru 2004 għandu għaldaqstant jiġi emendat kif xieraq,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1763/2004 hu emendat kif stabbilit fl-Anness għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 28 ta’ Lulju 2008.

    Għall-Kummissjoni

    Eneko LANDÁBURU

    Direttur Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni


    (1)  ĠU L 315, 14.10.2004, p. 14. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 789/2007 (ĠU L 175, 5.7.2007, p. 27).

    (2)  ĠU L 315, 14.10.2004, p. 52. Il-Pożizzjoni Komuni kif l-aħħar emendata bil-Pożizzjoni Komuni 2007/635/CFSP (ĠU L 256, 2.10.2007, p. 30)

    (3)  ĠU L 197, 25.7.2008, p. 63.


    ANNESS

    Il-persuna li ġejja għandha titneħħa mill-Anness I tar-Regolament (KE) Numru 1763/2004:

    “Zupljanin, Stojan. Data tat-twelid: 22.9.1951. Post tat-twelid: Kotor Varos, il-Bożnja u l-Ħerżegovina. Nazzjonalità: Tal-Bożnja u Ħerżegovina.”


    Top