This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008R0429
Commission Regulation (EC) No 429/2008 of 25 April 2008 on detailed rules for the implementation of Regulation (EC) No 1831/2003 of the European Parliament and of the Council as regards the preparation and the presentation of applications and the assessment and the authorisation of feed additives (Text with EEA relevance)
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 429/2008 tal- 25 ta' April 2008 dwar regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-preparazzjoni u l-preżentazzjoni ta' applikazzjonijiet u l-valutazzjoni u l-awtorizzazzjoni ta' addittivi fl-għalf (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 429/2008 tal- 25 ta' April 2008 dwar regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-preparazzjoni u l-preżentazzjoni ta' applikazzjonijiet u l-valutazzjoni u l-awtorizzazzjoni ta' addittivi fl-għalf (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 133, 22.5.2008, pp. 1–65
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force: This act has been changed. Current consolidated version:
27/03/2021
| Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
|---|---|---|---|---|---|
| Corrected by | 32008R0429R(01) | (SK) | |||
| Modified by | 32020R1773 | Sostituzzjoni | anness II paragrafu mhux numerat | 27/03/2021 | |
| Modified by | 32020R1773 | Sostituzzjoni | anness II punt 1.1.1 punt (d) | 27/03/2021 | |
| Modified by | 32020R1773 | Sostituzzjoni | artikolu 2 paragrafu 2 | 27/03/2021 | |
| Modified by | 32020R1773 | Sostituzzjoni | anness I punt 1.5 | 27/03/2021 | |
| Modified by | 32020R1773 | Sostituzzjoni | anness II taqsima I punt 1.1 titolu | 27/03/2021 | |
| Modified by | 32026R1115 | Sostituzzjoni | anness I | 16/12/2026 | |
| Modified by | 32026R1115 | Żieda | anness V | 16/12/2026 | |
| Modified by | 32026R1115 | Sostituzzjoni | anness III punt 5.4 paragrafu mhux numerat 1 | 16/12/2026 | |
| Modified by | 32026R1115 | Sostituzzjoni | anness III punt 6.3.1.1 paragrafu mhux numerat 3 | 16/12/2026 | |
| Modified by | 32026R1115 | Sostituzzjoni | anness III punt 2.1.4 punt (c) | 16/12/2026 | |
| Modified by | 32026R1115 | Sostituzzjoni | anness II punt 3.2.3.3 tabella 1 kolonna tat-tabella 4 titolu | 16/12/2026 | |
| Modified by | 32026R1115 | Sostituzzjoni | anness III punt 6 paragrafu mhux numerat 1 | 16/12/2026 | |
| Modified by | 32026R1115 | Sostituzzjoni | anness III punt 2.1.3 punt 3 | 16/12/2026 | |
| Modified by | 32026R1115 | Sostituzzjoni | anness II punt 3.4.2.1 | 16/12/2026 | |
| Modified by | 32026R1115 | Sostituzzjoni | anness II punt 4.4 | 16/12/2026 | |
| Modified by | 32026R1115 | Sostituzzjoni | artikolu 1 | 16/12/2026 | |
| Modified by | 32026R1115 | Sostituzzjoni | anness II punt 3.1.1.2 tabella 5 | 16/12/2026 | |
| Modified by | 32026R1115 | Sostituzzjoni | anness II punt 3.1.1.2 tabella 2 | 16/12/2026 | |
| Modified by | 32026R1115 | Sostituzzjoni | anness II punt 3.2.3.3 paragrafu mhux numerat 3 | 16/12/2026 | |
| Modified by | 32026R1115 | Sostituzzjoni | anness II punt 3.4.1.2 paragrafu mhux numerat 1 | 16/12/2026 | |
| Modified by | 32026R1115 | Sostituzzjoni | anness II punt 3.2.3.3 tabella 1 kolonna tat-tabella 3 titolu | 16/12/2026 | |
| Modified by | 32026R1115 | Sostituzzjoni | anness IV | 16/12/2026 | |
| Modified by | 32026R1115 | Sostituzzjoni | anness II punt 3.1.1.2 tabella 7 | 16/12/2026 | |
| Modified by | 32026R1115 | Sostituzzjoni | anness III punt 6.3.2.3 | 16/12/2026 | |
| Modified by | 32026R1115 | Sostituzzjoni | artikolu 2 paragrafu 1 paragrafu mhux numerat 1 | 16/12/2026 | |
| Modified by | 32026R1115 | Sostituzzjoni | artikolu 3 paragrafu 2 paragrafu mhux numerat 3 | 16/12/2026 | |
| Modified by | 32026R1115 | Sostituzzjoni | anness II punt 3.2.1.2 paragrafu mhux numerat 5 | 16/12/2026 |
|
22.5.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 133/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 429/2008
tal-25 ta' April 2008
dwar regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-preparazzjoni u l-preżentazzjoni ta' applikazzjonijiet u l-valutazzjoni u l-awtorizzazzjoni ta' addittivi fl-għalf
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar l-addittivi li jintużaw fin-nutrizzjoni ta' l-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(4) u (5) tiegħu,
Wara li kkonsultat l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel skond l-Artikolu 7(4) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003,
Billi:
|
(1) |
Jeħtieġ li jiġu stabbiliti regoli ta' implimentazzjoni li jikkonċernaw il-proċedura għall-awtorizzazzjoni ta' l-addittivi fl-għalf skond ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003, inklużi regoli għall-preparazzjoni u l-preżentazzjoni ta' l-applikazzjonijiet u għall-valutazzjoni u l-awtorizzazzjoni ta' dawk l-addittivi. Dawn ir-regoli huma maħsuba biex jissostitwixxu d-dispożizzjonijiet stipulati fl-Anness għad-Direttiva tal-Kunsill 87/153/KEE (2) billi jistabbilixxu linji gwida għall-valutazzjoni ta' addittivi fin-nutrizzjoni ta' l-annimali. |
|
(2) |
Dawn ir-regoli għandhom jipprovdu biex ir-rekwiżiti jiġu sodisfatti mid-dossier li jkun hemm ma' l-applikazzjoni. Huma għandhom, b'mod partikolari, jistipulaw id-data xjentifika li trid tiġi sottomessa għall-identifikazzjoni u l-karatterizzazzjoni ta' l-addittiv ikkonċernat u l-istudji li jridu jiġu sottomessi biex juru l-effikaċja tiegħu u s-sigurtà tiegħu għan-nies, l-annimali u l-ambjent minħabba l-verifikazzjoni u l-evalwazzjoni ta' l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (l-Awtorità). |
|
(3) |
Skond in-natura ta' l-addittiv jew il-kondizzjonijiet ta' l-użu tiegħu mitluba, id-daqs ta' l-istudji meħtieġa biex jevalwaw il-karatteristiċi jew l-effetti tiegħu jistgħu jvarjaw. L-operaturi għandhom, għalhekk, jingħataw ftit tal-flessibbiltà fir-rigward tat-tip ta' studji u materjal li jridu jiġu sottomessi biex juru s-sigurtà u l-effikaċja ta' l-addittiv ikkonċernat. L-operaturi li jużaw dik il-flessibbiltà jkunu jridu jiġġustifikaw l-għażla tagħhom fid-dossier. |
|
(4) |
L-Awtorità għandu jkollha l-possibbiltà li titlob informazzjoni supplimentari, fejn jixraq, sabiex tiddetermina jekk l-addittiv jikkonformax mal-kondizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(5) |
Hu indispensabbli li jiġu applikati standards ta' kwalità adattati meta jkunu qed jiġu żviluppati d-dossiers għall-addittivi maħsuba biex jintużaw fl-għalf jew fl-ilma biex ikun żgurat li r-riżultati tat-testijiet tal-laboratorji ma jiġux ikkuntestati. |
|
(6) |
Meta jkun meħtieġ, għandhom jiġu stabbiliti rekwiżiti speċifiċi għal kull kategorija ta' addittivi msemmija fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(7) |
Biex jiġu stimulati l-isforzi ħalli jinkisbu awtorizzazzjonijiet għal speċi minuri filwaqt li jinżamm il-livell meħtieġ ta' sigurtà, għandhom jiġu provduti kondizzjonijiet speċifiċi li jqisu l-possibbiltà li jiġu estrapolati r-riżultati ta' l-istudji li jsiru fuq speċi maġġuri għal speċi minuri. |
|
(8) |
Ir-regoli ta' implimentazzjoni li jikkonċernaw l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni għandhom iqisu r-rekwiżiti differenti għall-annimali li jipproduċu l-ikel u għall-annimali l-oħra, li għalihom l-aspetti li jirrigwardaw l-evalwazzjoni tas-sigurtà għall-konsumatur uman mhumiex rilevanti. |
|
(9) |
Għandhom jintużaw mill-inqas il-proċeduri li jinvolvu l-użu ta' annimali fil-laboratorju għal finijiet sperimentali jew xjentifiċi oħra u l-ittestjar fuq l-annimali skond id-Direttiva tal-Kunsill 86/609/KEE ta' l-24 ta' Novembru 1986 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri li jirrigwardaw il-protezzjoni ta' l-annimali użati għal finijiet sperimentali u xjentifiċi oħra (3). |
|
(10) |
Biex ikun evitat li jiġu ripetuti studji bla bżonn, għandhom jiġu pprovduti proċeduri simplifikati għall-awtorizzazzjoni ta' l-addittivi diġà awtorizzati biex jintużaw fl-ikel. |
|
(11) |
Fir-rigward ta' l-addittivi diġà awtorizzati mingħajr limitu taż-żmien skond id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE (4), fejn jixraq, għandu jkun hemm il-possibbiltà li l-applikant juri l-effikaċja, meta ma jkunux jeżistu studji, b'xi materjal ieħor li jeżisti biex tintwera l-effikaċja, b'mod partikolari materjal li jikkonċerna l-istorja twila ta' l-użu ta' l-addittiv ikkonċernat. |
|
(12) |
Għandhom jiġu provduti regoli għall-applikazzjonijiet għall-modifikazzjonijiet ta' awtorizzazzjonijiet skond l-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(13) |
Għandu jkun hemm provdut ukoll regoli għall-applikazzjonijiet għal tiġdid ta' l-awtorizzazzjoni skond l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 |
|
(14) |
Fir-rigward tad-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw l-istudji dwar is-sigurtà u l-effikaċja li jridu jsiru biex jappoġġjaw l-applikazzjoni, jeħtieġ li jiġi pprovdut perjodu ta' tranżizzjoni li matulu jibqgħu japplikaw ir-regoli preżenti. L-applikazzjonijiet sottomessi qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament għandhom jibqgħu jiġu trattati skond l-Anness għad-Direttiva 87/153/KEE. Fir-rigward ta' l-applikazzjonijiet sottomessi matul ċertu perjodu wara d-dħul fis-seħħ, billi jitqies il-perjodu twil ta' żmien meħtieġ għal xi studji, l-applikanti għandu jkollhom għażla bejn ir-regoli li hemm provdut dwarhom f'dan ir-Regolament u l-Anness għad-Direttiva 87/153/KEE. Ir-regoli ta' implimentazzjoni ġew imfassla abbażi tat-tagħrif xjentifiku u tekniku preżenti u għandhom jiġu adattati jekk ikun hemm bżonn skond l-iżviluppi ġodda kollha. |
|
(15) |
Il-miżuri li hemm provdut dwarhom f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Definizzjonijiet
Id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw għall-fini ta' dan ir-Regolament:
|
(1) |
“annimali domestiċi u annimali oħra li ma jipproduċux ikel” tfisser annimali li jappartjenu għall-ispeċi li normalment jiġu mitmugħa, mgħammra jew miżmuma, iżda mhux ikkonsmati min-nies, minbarra ż-żwiemel; |
|
(2) |
“speċi minuri” tfisser annimali li jipproduċu l-ikel barra l-bovini (annimali tal-ħalib u tal-laħam, inkluż l-għoġġiela), in-ngħaġ (annimali għal-laħam), ħnieżer, tiġieġ (inkluż tiġieġ tal-bajd), dundjani u ħut li jappartjenu għas-Salmonidae. |
Artikolu 2
L-applikazzjoni
(1) Kull applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta' xi addittiv ta' l-għalf, kif hemm provdut fl-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, għandha tiġi sottomessa permezz tal-formola mogħtija fl-Anness I.
Għandu jkollha magħha dossier kif hemm provdut fl-Artikolu 3 (minn issa ‘l quddiem “id-dossier”), bid-dettalji u d-dokumenti msemmija fl-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.
(2) Meta, skond l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, l-applikant jitlob li ma jiġux żvelati ċerti partijiet tad-dossier imsemmija fil-paragrafu 1, hu għandu jagħti ġustifikazzjoni verifikabbli għal kull dokument jew kull parti ta' dokument li turi li l-iżvelar ta' din l-informazzjoni jista' jagħmel ħsara sew lill-pożizzjoni kompetittiva tiegħu. Il-partijiet kunfidenzjali għandhom jiġu sottomessi separatament mill-bqija tad-dossier u ma għandhomx jiddaħħlu fis-sommarju msemmi fl-Artikolu 7(3)(h) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. L-applikant għandu jibgħat lill-Kummissjoni kopja tal-partijiet tad-dossier li talab li ma jiġux żvelati flimkien mal-ġustifikazzjoni għalihom.
Artikolu 3
Id-dossier
1. Id-dossier għandu juri b'mod adegwat u suffiċjenti li l-addittiv ta' l-għalf jissodisfa l-kondizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni li hemm provdut dwarhom fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.
2. Ir-rekwiżiti ġenerali għall-preparazzjoni u l-preżentazzjoni tad-dossier għandhom ikunu kif stipulati fl-Anness II.
Ir-rekwiżiti speċifiċi li jridu jiġu sodisfatti mid-dossier, fil-każ ikkonċernat, għandhom ikunu kif stipulati fl-Anness III.
It-tul taż-żmien minimu għall-istudji fit-tul għandu jkun kif stipulat fl-Anness IV.
3. B'deroga mill-paragrafu 2, l-applikant jista' jissottometti dossier li ma jissodisfax ir-rekwiżiti li hemm provdut dwarhom fil-paragrafu 2, dejjem jekk jagħti ġustifikazzjoni għal kull element li ma jikkonformax ma' dawn ir-rekwiżiti.
Artikolu 4
Miżuri tranżizzjonali
1. Fil-każ ta' l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni sottomessi qabel id-data ta' dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament l-Anness għad-Direttiva 87/153/KEE għandu jibqa' japplika.
2. Għall-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni sottomessi qabel il-11 ta' Ġunju 2009 l-applikanti jistgħu jagħżlu li jibqgħu japplikaw it-Taqsimiet III u IV tal-Partijiet I u II ta' l-Anness għad-Direttiva 87/153/KEE minflok il-punti 1.3, 1.4, 2.1.3, 2.1.4, 2.2.3, 2.2.4, 3.3, 3.4, 4.1.3, 4.1.4, 4.2.3, 4.2.4, 5.3, 5.4, 6.3, 6.4, 7.3, 7.4, 8.3 u 8.4 ta' l-Anness III u minflok id-dispożizzjonijiet stipulati fil-kolonna “Tul taż-żmien minimu għall-istudji ta' effikaċja fit-tul” tat-tabelli ta' l-Anness IV.
Artikolu 5
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata mill-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 25 ta' April 2008.
Għall-Kummissjoni
Androulla VASSILIOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/2005 (ĠU L 59, 5.3.2005, p. 8).
(2) ĠU L 64, 7.3.1987, p. 19. Imħassar bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.
(3) ĠU L 358, 18.12.1986, p. 1; Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2003/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 230, 16.9.2003, p. 32).
(4) ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1800/2004 (ĠU L 317, 16.10.2004, p. 37).
ANNESS I
IL-FORMOLA TA' L-APPLIKAZZJONI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 2(1) U D-DATA AMMINISTRATTIVA
1. FORMOLA TA' L-APPLIKAZZJONI
KUMMISSJONI EWROPEA
IL-ĦARSIEN TAS-SAĦĦA U TAL-KONSUMATUR
DIRETTORAT ĠENERALI
(Indirizz)
Data: …
|
Suġġett |
: |
Applikazzjoni għal awtorizzazzjoni ta' xi addittiv ta' l-ikel skond ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
|
Awtorizzazzjoni ta' addittiv ta' l-ikel jew użu ġdid ta' addittiv ta' l-ikel (Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003) |
|
|
Awtorizzazzjoni ta' prodott eżistenti (Artikolu 10(2) jew 10(7) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003) |
|
|
Modifikazzjoni ta' awtorizzazzjoni eżistenti (Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003) |
|
|
Tiġdid ta' awtorizzazzjoni għal addittiv ta' l-għalf (Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003) |
|
|
Awtorizzazzjoni urġenti (Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003) |
(Jekk jogħġbok indika billi timmarka waħda mill-kaxxi)
L-Applikant(i) u/jew ir-Rappreżentant(i) tiegħu/tagħha fil-Komunità (Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003), skond il-kondizzjonijiet meħtieġa fl-Artikolu 7(3)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 (isem, indirizz…)
…
…
qed jissottometti(/u) l-applikazzjoni preżenti sabiex jikseb awtorizzazzjoni għall-prodott li ġej bħala addittiv fl-għalf:
1.1. Identifikazzjoni u karatterizzazzjoni ta' l-addittiv
Isem l-addittiv (karatterizzazzjoni tas-sustanza(/i) attiva jew l-aġent(i) kif imfissra fis-subsezzjonijiet 2.2.1.1 u 2.2.1.2 ta' l-Anness II):
…
…
Isem kummerċjali (jekk jixraq għall-awtorizzazzjonijiet marbuta mad-detentur):
…
…
fil-kategorija/i u grupp/i funzjonali ta' l-addittivi (1) (lista):
…
…
speċi mmirata:
…
…
…
Isem id-detentur ta' l-awtorizzazzjoni: (Artikolu 9(6) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003)
…
…
Dan l-addittiv diġà ġie awtorizzat fil-leġiżlazzjoni dwar l-għalf bid-Direttiva .……/…/(E)KE jew Regolament (KE) Nru …/… bin-numru …… bħala (kategorija addittiva)
…
Dan l-addittiv diġà ġie awtorizzat fil-leġiżlazzjoni dwar l-ikel bid-Direttiva …/…/(E)KE jew ir-Regolament (KE) Nru …/… bin-numru … bħala
…
biex jintuża’ fi
…
Jekk il-prodott hu magħmul minn, fih jew ġie prodott minn Organiżmu li hu Modifikat Ġenetikament (GMO), jekk jogħġbok agħti l-informazzjoni li ġejja:
|
|
identifikatur uniku (Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 65/2004 (2) (fejn jixraq): … |
|
|
jew id-dettalji ta' xi awtorizzazzjoni mogħtija skond ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1829/2003 (3): … |
|
|
jew id-dettalji ta' kull applikazzjoni pendenti għal awtorizzazzjoni skond ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003: … |
1.2. Kondizzjonijiet dwar l-użu
1.2.1. Użu f'oġġetti ta' l-ikel kompluti
Speċi jew kategorija ta' annimali:
…
…
Età jew piż massimu:
…
…
Doża minima (jekk jixraq): mg jew Unitajiet ta' attività (4) jew unitajiet li jiffurmaw kolonji (CFU) jew ml/kg ta' oġġetti ta' l-ikel kompluti b'kontenut umdu ta' 12 %
…
…
Doża massima (jekk jixraq): mg jew Unitajiet ta' attività jew CFU jew ml/kg ta' oġġetti ta' l-ikel kompluti b'kontenut umdu ta' 12 %
…
…
Għall-għalf likwidu d-dożi minimi u massimi jistgħu jiġu mfissra għal kull litru.
1.2.2. Użu fl-ilma
Id-doża minima (jekk tixraq): mg jew Unitajiet ta' attività jew CFU jew ml/l ta' ilma
…
…
Doża massima (jekk jixraq): mg jew Unitajiet ta' attività jew CFU jew ml/l ta' ilma
…
…
1.2.3. Kondizzjonijiet speċjali dwar l-użu (jekk jixraq)
Speċi jew kategorija ta' annimali:
…
…
Età massima:
…
…
Doża minima (jekk jixraq): mg jew Unitajiet ta' attività jew CFU/kg ta' oġġetti ta' l-ikel kumplimentari b'kontenut umdu ta' 12 %
…
…
Doża massima (jekk jixraq): mg jew Unitajiet ta' attività jew CFU/kg ta' oġġetti ta' l-ikel kumplimentari b'kontenut umdu ta' 12 %
…
…
Għall-għalf likwidu d-dożi minimi u massimi jistgħu jiġu mfissra għal kull litru.
Kondizzjonijiet jew restrizzjonijiet dwar l-użu (jekk jixraq):
…
…
…
Kondizzjonijiet jew restrizzjonijiet speċifiċi għat-tqandil (jekk jixraq):
…
…
…
…
Limitu massimu ta' residwi (jekk jixraq):
speċi jew kategorija ta' annimali:
…
…
markatur tar-residwi:
…
…
tessuti jew prodotti mmirati:
…
…
…
Residwi massimi fit-tessuti jew fil-prodotti (μg/kg):
…
…
…
Perjodu ta' rtirar:
…
1.3. Kampjuni ta' Referenza
Laboratorju ta' Referenza fil-Komunità (CRL) numru tal-kampjun (jekk japplika):
…
Numru tal-lott/kodiċi tal-kunsinna:
…
Id-data tal-fabbrikazzjoni:
…
Id-data ta' l-iskadenza:
…
Konċentrazzjoni:
…
Piż:
…
Deskrizzjoni fiżika:
…
Deskrizzjoni tal-kontenitur:
…
Rekwiżiti dwar il-ħżin:
…
1.4. Modifikazzjoni mitluba (fejn jixraq)
…
…
…
…
Kopja ta' din l-applikazzjoni ntbagħtet direttament lill-Awtorità flimkien mad-dossier u lis-CRL flimkien mal-kampjuni ta' referenza.
Firma …
1.5. Affarijiet mehmuża:
|
|
dossier komplut (lill-Awtorità biss); |
|
|
sommarju pubbliku tad-dossier; |
|
|
sommarju dettaljat tad-dossier; |
|
|
lista tal-partijiet tad-dossier li ntalbu li ma jiġux żvelati u kopja tal-partijiet rispettivi kkonċernati tad-dossier (lill-Kummissjoni u lill-Awtorità biss); |
|
|
kopja tad-data amministrattiva ta' l-applikant(i); |
|
|
tliet kampjuni ta' l-addittiv ta' l-għalf lis-CRL skond l-Artikolu 7(3)(f) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 (lis-CRL biss); |
|
|
karta bid-data dwar il-materjal tas-sigurtà (lis-CRL biss); |
|
|
ċertifikat ta' identifikazzjoni u analiżi (lis-CRL biss); u |
|
|
konferma li sar il-ħlas lis-CRL (Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 378/2005 (5). |
Imla l-partijiet tal-formola fejn jixraq, u ħassar dawk li mhumiex rilevanti. Il-formola ta' l-applikazzjoni oriġinali (flimkien mat-tehmiż kollu mitlub) għandha tintbagħat direttament lill-Kummissjoni Ewropea.
2. DATA AMMINISTRATTIVA TA' L-APPLIKANT(I)
Dettalji ta' kuntatt għas-sottomissjoni ta' applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta' addittiv fl-għalf skond ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003
|
(1) |
Kumpanija jew persuna applikanti
|
|
(2) |
Persuna ta' kuntatt (għall-korrispondenza kollha mal-Kummissjoni, l-Awtorità u s-CRL)
|
(1) Għall-grupp funzjonali “addittivi żootekniċi oħra” taħt il-kategorija ta' l-addittivi żootekniċi, għandu jkun meħtieġ li tiġi definita sew liema funzjoni hi mfittxa għall-addittiv.
(3) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 298/2008 (ĠU L 97, 9.4.2006, p. 64).
(4) Id-definizzjoni ta' “Unità” għandha tiġi provduta mill-applikant.
(5) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/2005 ta' l-4 ta' Marzu 2005 dwar regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-dmirijiet u l-kompiti tal-Laboratorju ta' Referenza tal-Komunità li jikkonċerna l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjonijiet ta' addittivi ta' l-għalf, ĠU L 59, 5.3.2005, p. 8. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 850/2007 (ĠU L 188, 20.7.2007, p. 3).
ANNESS II
REKWIŻITI ĠENERALI LI JRIDU JINTLAĦQU MID-DOSSIER LI HEMM PROVDUT DWARHOM FL-ARTIKOLU 3
ASPETTI ĠENERALI
Dan l-Anness jistipula r-rekwiżiti biex jiġu stabbiliti l-lista u l-karatteristiċi ta’ studji u informazzjoni dwar sustanzi, mikroorganiżmi u preparazzjonijiet li jridu jiġu sottomessi flimkien mad-dossiers skond l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 għal:
|
— |
awtorizzazzjoni bħala addittiv ġdid ta’ l-għalf; |
|
— |
awtorizzazzjoni ta’ użu ġdid ta’ addittiv ta’ l-għalf; |
|
— |
modifikazzjoni ta’ awtorizzazzjoni eżistenti ta’ addittiv ta’ l-għalf; jew |
|
— |
tiġdid ta’ l-awtorizzazzjoni ta’ addittiv ta’ l-għalf. |
Id-dossiers iridu jagħtu lok għal evalwazzjoni ta’ l-addittivi abbażi ta' l-istat preżenti ta' tagħrif u jħallu li tiġi vverifikata l-konformità ta' dawn l-addittivi mal-prinċipji fundamentali għall-awtorizzazzjoni, li huma stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.
L-istudji li jridu jiġu sottomessi u d-daqs tagħhom jiddependu min-natura ta’ l-addittiv, il-kategorija u l-grupp funzjonali, it-tip ta’ awtorizzazzjoni (mhux detentur speċifiku vs. detentur speċifiku), is-sustanza nnifisha, l-annimali mmirati u l-kondizzjonijiet dwar l-użu. L-applikant għandu jirreferi għal dan l-Anness u għall-Anness III sabiex jevalwa liema studji u informazzjoni għandhom jiġu sottomessi ma’ l-applikazzjoni.
L-applikant għandu jagħti b’mod ċar ir-raġunijiet għaliex tħalliet barra xi data jew kien hemm devjazzjoni mid-dossier ta’ kull data preskritta f’dan l-Anness, l-Anness III u l-Anness IV.
Id-dossier għandu jinkludi rapporti dettaljati ta’ l-istudji kollha li saru, ippreżentati skond is-sistema ta’ għadd proposta f’dan l-Anness. Id-dossier għandu jinkludi referenzi u kopji tad-data kollha xjentifika ppubblikata msemmija u l-kopji ta’ kull opinjoni oħra rilevanti li diġà ngħatat minn kull korp xjentifiku rikonoxxut. Fejn dawn l-istudji diġa ġew evalwati minn korp xjentifiku Ewropew skond il-leġiżlazzjoni fis-seħħ fil-Komunità, għandha tkun biżżejjed referenza għar-riżultat ta’ l-evalwazzjoni. Id-data mill-istudji li saru u ġew ippubblikati qabel jew li ġejja minn reviżjoni mill-kollegi għandha tirreferi sew għall-istess addittiv bħala s-suġġett uniku għall-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni.
L-istudji, inkluż dawk li saru u ġew ippubblikati qabel jew li ġejjin minn reviżjoni mill-kollegi, għandhom isiru u jiġu dokumentati skond l-istandards ta' kwalità adattati (eż. Prattika Tajba fil-Laboratorju (GLP)) skond id-Direttiva 2004/10/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Frar 2004 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi marbuta ma' l-applikazzjoni tal-prinċipji ta’ prattika tajba fil-laboratorju u l-verifikazzjoni ta’ l-applikazzjonijiet tagħhom għal testijiet fuq sustanzi kimiċi (1) jew l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni. (ISO).
Meta jsiru studji in vivo jew in vitro barra l-Komunità, l-applikant għandu juri li l-faċilitajiet konċernati jikkonformaw mal-prinċipji ta' l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiku (l-OECD) dwar il-Prattika Tajba fil-Laboratorju jew l-istandards ISO.
L-għarfien tal-karatteristiċi fiżiko-kimiċi, tossikoloġiċi u eko-tossikoloġiċi jrid isir skond il-metodi stabbiliti mid-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE tas-27 ta’ Ġunju 1967 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi marbuta mal-klassifikazzjoni, l-ippakkjar u t-tikkettjar ta' sustanzi perikolużi (2), kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/73/KE (3), jew b'metodi aġġornati rikonuxxuti minn korpi xjentifiċi internazzjonali. L-użu ta' metodi oħra barra dawn irid jiġi ġustifikat.
L-użu ta' metodi in vitro jew metodi li jirraffinaw jew jissostitwixxu t-testijiet normali bl-użu ta' annimali fil-laboratorju jew li jnaqqsu n-numru ta’ annimali użati f’dawn it-testijiet għandhom ikunu mħajra. Dawk il-metodi għandhom ikunu ta' l-istess kwalità u jipprovdu l-istess livell ta' assigurazzjoni bħall-metodu li jimmiraw li jissostitwixxu.
Id-deskrizzjoni tal-metodi ta’ analiżi fl-għalf jew fl-ilma għandha tkun konformi mar-regoli tal-GLP kif stipulati fid-Direttiva 2004/10/KE u/jew EN ISO/IEC 17025. Dawn il-metodi għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali magħmula biex jassiguraw il-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi dwar l-għalf u l-ikel, ir-regoli dwar saħħet l-annimali u l-benessri ta' l-annimali (4).
Kull dossier għandu jkun fih sommarju pubbliku u sommarju xjentifiku dettaljat sabiex jgħin biex l-addittiv ikkonċernat ikun jista' jiġi identifikat u kkaratterizzat.
Kull dossier għandu jkun fih proposta ta’ monitoraġġ wara li jidħol fis-suq meta din tintalab mill-Artikolu 7(3)(g) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 u proposta dwar it-tikkettjar kif imsemmija fl-Artikolu 7(3)(e) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.
Valutazzjoni tas-sigurtà
Din hi bbażata fuq studji maħsuba biex juru s-sigurtà dwar l-użu ta' l-addittiv b'rabta ma':
|
(a) |
l-ispeċi mmirata fl-ogħla livelli proposti ta’ inkorporazzjoni fl-għalf jew fl-ilma u fuq multiplu ta’ dak il-livell biex ikun stabbilit livell ta’ sigurtà; |
|
(b) |
konsumaturi li jinġerixxu l-prodotti ta’ l-ikel miksuba mill-annimali li ħadu l-addittiv, ir-residwi jew il-metaboliti tiegħu. F’dak il-każ, is-sigurtà trid tkun żgurata billi jiġu stabbiliti l-limiti ta’ residwi massimi (MRLs) u l-perjodi ta’ irtirar ibbażati fuq Konsum Aċċettabbli għal Kuljum (ADI) jew Livell ta’ Konsum Ogħla Tollerabbli (UL); |
|
(ċ) |
in-nies li x’aktarx ikunu esposti għall-addittiv, b’kuntatt respiratorju, mix-xamm, mill-għajnejn jew mal-ġilda waqt li jmissu l-addittiv jew ikunu qed idaħħluh f'taħlitiet bil-quddiem jew għalf lest jew ilma lest jew ikunu qed jużaw għalf jew ilma li fih l-addittiv ikkonċernat; |
|
(d) |
l-annimali u n-nies fir-rigward ta’ l-għażla u l-firxa ta’ ġeni ta’ reżistenza antimikrobiċi; u |
|
(e) |
l-ambjent, riżultat ta’ l-addittiv innifsu jew prodotti miksuba mill-addittiv, jew direttament u/jew li jipporgawhom l-annimali. |
Meta addittiv ikollu diversi komponenti, kull waħda tista’ tiġi evalwata separatament għas-sigurtà tal-konsumatur u mbagħad għandu jiġi kkunsidrat l-effett kumulattiv (fejn jista' jintwera li mhemmx interazzjonijiet bejn il-komponenti). Inkella, it-taħlita sħiħa għandha tiġi evalwata.
Valutazzjoni ta’ l-effikaċja
Din hi bbażata fuq studji intiżi li juru l-effikaċja ta' xi addittiv fir-rigward ta' l-għanijiet ta' l-użu intiż tiegħu kif imfisser fl-Artikolu 6 (1) u l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.
1. TAQSIMA I: SOMMARJU TAD-DOSSIER
1.1. Sommarju pubbliku skond l-Artikolu 7(3)(h) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003
L-applikant għandu jissottometti sommarju li jindika l-karatteristiċi ewlenin ta’ l-addittiv ikkonċernat. Is-sommarju ma għandu jkun fih l-ebda informazzjoni kunfidenzjali u għandu jkun strutturat kif ġej:
1.1.1. Kontenut
|
(a) |
isem l-applikant(i); |
|
(b) |
identifikazzjoni ta’ l-addittiv; |
|
(ċ) |
metodu ta’ produzzjoni u metodu ta’ analiżi; |
|
(d) |
studji dwar is-sigurtà u l-effikaċja ta’ l-addittiv; |
|
(e) |
kondizzjonijiet proposti dwar l-użu; u |
|
(f) |
proposta għal monitoraġġ wara li jidħol fis-suq. |
1.1.2. Deskrizzjoni
|
(a) |
isem u indirizz l-applikant(i) Din l-informazzjoni għandha tingħata fil-każijiet kollha, indipendentement mit-tip ta’ awtorizzazzjoni għall-addittiv fl-għalf (speċifika għad-detentur jew mhux speċifika għad-detentur). Meta jiġi sottomess dossier minn grupp ta’ applikanti, għandu jkun indikat isem kull wieħed minnhom. |
|
(b) |
l-identifikazzjoni ta’ l-addittiv L-identifikazzjoni ta’ l-addittiv għandu jkun fiha sommarju ta’ l-informazzjoni meħtieġa skond l-Anness II jew III, skond it-tip ta’ awtorizzazzjoni għall-addittiv fl-għalf. B’mod partikolari: l-isem ta’ l-addittiv, il-klassifikazzjoni proposta skond il-kategorija u l-grupp funzjonali, l-ispeċi mmirati/il-kategoriji ta' annimali u d-dożi. |
|
(ċ) |
il-metodu ta’ produzzjoni u l-metodu ta’ analiżi Il-proċess ta’ fabbrikazzjoni għandu jkun deskritt. Il-proċeduri ġenerali tal-metodi analitiċi li jridu jintużaw għall-analiżi għall-kontrolli uffiċjali ta’ l-addittiv kif inhu, f'taħlitiet minn qabel, u f'oġġetti ta' l-ikel, kif mitlub f'dan l-Anness u fl-Anness III għandhom ikunu deskritti. Jekk jixraq, abbażi ta’ l-informazzjoni mogħtija f’dan l-Anness u l-Anness III, il-proċedura tal-metodu(/i) li jrid jintuża’ għall-analiżi għall-kontrolli uffiċjali ta’ l-addittivi jew il-metaboliti tiegħu fl-ikel li ġej mill-annimali għandha tkun inkluża. |
|
(d) |
studji dwar is-sigurtà u l-effikaċja ta’ l-addittiv Għandha tingħata l-konklużjoni dwar is-sigurtà u l-effikaċja ta’ l-addittiv ibbażata fuq studji differenti magħmula. Ir-riżultati ta’ l-istudji jistgħu jiġu mdaħħla f’forma ta’ tabella biex jappoġġjaw il-konklużjoni ta’ l-applikant(i). Għandhom jiġu indikati fis-sommarju dawk l-istudji meħtieġa biss skond l-Anness III. |
|
(e) |
kondizzjonijiet proposti dwar l-użu Il-proposta għall-kondizzjonijiet dwar l-użu għandha tingħata mill-applikant(i). B’mod partikolari l-applikant għandu jiddeskrivi l-livell ta’ użu fl-ilma jew fl-għalf, flimkien mal-kondizzjonijiet dettaljati dwar l-użu f’oġġetti ta’ l-ikel kumplimentari. L-informazzjoni hi meħtieġa wkoll meta jintużaw metodi oħra ta' amministrazzjoni jew inkorporazzjoni fl-għalf jew fl-ilma. Kull kondizzjoni speċifika dwar l-użu (eż. inkompatibbiltajiet), rekwiżiti speċifiċi dwar it-tikkettjar u speċi ta’ l-annimali li għalihom hu intiż l-addittiv għandhom jiġu deskritti. |
|
(f) |
proposta għal monitoraġġ wara d-dħul fis-suq Din il-parti għandha tkun marbuta biss ma’ addittivi, li skond il-punt (g) ta’ l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, ma jappartjenux għall-kategoriji indikati bħala (a) jew (b) fl-Artikolu 6(1) ta' l-istess Regolament u l-addittivi li jaqgħu fl-ambitu tal-leġiżlazzjoni Komunitarja marbuta mal-bejgħ ta' prodotti magħmula minn, li fihom jew ġew prodotti minn GMOs. |
1.2. Sommarju xjentifiku tad-dossier
Għandu jiġi sottomess sommarju xjentifiku bid-dettalji ta’ kull parti tad-dokumenti sottomessi biex jappoġġjaw l-applikazzjoni, skond dan l-Anness u l-Anness III. Dan is-sommarju għandu jinkludi l-konklużjonijiet magħmula mill-applikant(i).
Is-sommarju jrid isegwi l-ordni ta’ dan l-Anness u jindirizza l-partijiet kollha differenti b’referenza għall-paġni rilevanti tad-dossier.
1.3. Lista ta’ dokumenti u dettalji oħra
L-applikant irid jidentifika n-numru u t-titoli ta’ volumi ta’ dokumentazzjoni sottomessi biex jappoġġjaw l-applikazzjoni. Għandu jiġi miżjud indiċi dettaljat b’referenza għall-volumi u l-paġni.
1.4. Lista ta’ partijiet tad-dossier mitluba biex ma jiġux żvelati, fejn hemm bżonn
Il-lista għandha tirreferi għall-volumi u l-paġni rilevanti tad-dossier.
2. TAQSIMA II: IDENTITA`, KARATTERIZZAZZJONI U KONDIZZJONIJIET DWAR L-UŻU TA’ L-ADDITTIV; METODI TA’ ANALIŻI
L-addittiv irid jiġi identifikat u karatterizzat għal kollox.
2.1. L-identità ta’ l-addittiv
2.1.1. Isem l-addittiv
Jekk jixraq, għandha ssir proposta għall-isem kummerċjali għall-addittivi marbuta ma’ xi detentur ta’ awtorizzazzjoni.
2.1.2. Proposta għall-klassifikazzjoni
Għandha ssir proposta għall-klassifikazzjoni ta’ addittiv għal waħda jew aktar mill-kategoriji u gruppi funzjonali skond il-funzjonijiet ewlenin tiegħu taħt l-Artikolu 6 u l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.
Kull data minn użu ieħor magħruf tas-sustanzi jew aġenti attivi identiċi (eż. l-użu fl-ikel, fil-mediċina umana jew veterinarja, fl-agrikoltura u l-industrija) trid tingħata. Kull awtorizzazzjoni oħra bħala addittiv fl-għalf jew fl-ikel, drogi veterinarji jew tipi oħra ta’ awtorizzazzjonijiet tas-sustanza attiva jridu jiġu speċifikati.
2.1.3. Kompożizzjoni kwalitattiva u kwantitattiva (sustanza attiva/aġent attiv, komponenti oħra, impuritajiet, varjazzjoni minn kunsinna għall-oħra)
Is-sustanza(/i) attiva(/i)/l-aġent(i) attiv(i) u l-komponenti l-oħra kollha ta’ l-addittiv għandhom jiġu mniżżla, billi jagħtu l-proporzjon bl-użin tal-prodott finali. Il-varjazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva minn kunsinna għall-oħra tas-sustanza(/i) attiva(/i)/aġent(i) attiv(i) għandha tiġi determinata.
Għall-mikroorganiżmi: in-numru ta’ ċelloli vijabbli jew żgħar riproduttivi mfissra bħala CFU għal kull gramma għandhom jiġu determinati.
Għall-enżimi: kull attività (ewlenija) dikjarata għandha tiġi deskritta u għandu jingħata n-numru ta’ unitajiet ta’ kull attività fil-prodott finali. L-attivitajiet rilevanti sekondarji għandhom jissemmew ukoll. L-unitajiet ta’ attività għandhom jiġu mfissra u preferibbilment bħala μmoles ta’ prodott rilaxxati kull minuta mis-sottostrata, billi jiġu indikati wkoll il-pH u t-temperatura.
Jekk il-komponent attiv ta’ l-addittiv ikun taħlita tas-sustanzi jew l-aġenti attivi, li kull wieħed minnhom jista' jiġi definit sew (b'mod kwalitattiv u kwantitattiv), il-komponenti tas-sustanza(/i) attivi/l-aġent(i) attivi jridu jiġu deskritti separatament u jridu jingħataw il-proporzjonijiet fit-taħlita.
Taħlitiet oħra li fihom il-kostitwenti ma jistgħux jiġu deskritti b'formula kimika waħda u/jew fejn mhux kollha jistgħu jiġu identifikati għandhom jiġu karatterizzati bil-kostitwent(i) li jikkontribwixxu għall-attività tiegħu u/jew il-kostitwent(i) tipiċi maġġuri.
Mingħajr preġudizzju għal kull talba għal informazzjoni supplimentari magħmula mill-Awtorità skond l-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, l-applikant jista’ jħalli barra d-deskrizzjoni ta’ komponenti oħra li ma għandhomx tħassib dwar is-sigurtà barra s-sustanzi attivi jew l-aġenti attivi għall-addittivi li mhumiex fil-kategoriji ta’ addittivi żootekniċi, coocidiostats u histomonostats, u li mhumiex fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003. Minkejja dan, l-istudji kollha rappurtati fid-dossier iridu jkunu bbażati fuq l-addittiv proprja mitlub għall-awtorizzazzjoni u jistgħu jagħtu informazzjoni dwar preparazzjonijiet oħra differenti possibbli li jistgħu jsiru. Jista’ jitħalla identifikatur minn ġewwa, li jkun infilsat f’dokumenti ta’ partijiet terzi, u tkun meħtieġa stqarrija biex telenka l-identifikaturi u biex tikkonferma li l-identifikatur(i) jirreferi(/u) għall-formulazzjoni(jiet) li għaliha/għalihom issir ir-rikjesta.
2.1.4. Purità
L-applikant għandu jidentifika u jikkwantifika l-impurtajiet kimiċi u mikrobiċi, sustanzi b’karatteristiċi tossiċi jew oħrajn mhux mixtieqa li huma miżjuda intenzjonalment u li ma jikkontribwixxux għall-attività ta’ l-addittiv. Barra minn dan, għal prodotti ta’ fermentazzjoni, l-applikant għandu jikkonferma n-nuqqas ta’ organiżmi ta’ produzzjoni fl-addittiv. Il-protokoll użat għall-iscreening ta’ rutina ta’ kunsinni tal-produzzjoni għal kontaminanti u l-impuritajiet għandu jiġi deskritt.
Id-data kollha mogħtija għandha tappoġġja l-proposta għal speċifikazzjoni ta’ l-addittiv.
Rekwiżiti speċifiċi li jiddependu fuq il-proċess ta’ produzzjoni, li jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni Komunitarja eżistenti, huma mniżżla hawn taħt.
2.1.4.1. L-addittivi li l-awtorizzazzjoni tagħhom hi marbuta ma’ detentur ta’ awtorizzazzjoni.
Għal dawk l-addittivi li l-awtorizzazzjoni tagħhom hi marbuta ma’ detentur ta’ awtorizzazzjoni, għandha tingħata, l-informazzjoni kollha marbuta mal-proċess speċifiku użat mill-fabbrikant, abbażi ta' standards eżistenti użati għall-finijiet oħra relatati. Il-Kumitat Konġunt ta’ Esperti tal-FAO/WHO dwar l-ispeċifikazzjonijiet ta’ l-Addittivi fl-Ikel (JECFA) jew l-ispeċifikazzjonijiet mill-awtorizzazzjonijiet ta' l-addittivi fl-ikel tal-Komunità Ewropea jista' jintuża.
2.1.4.2. Addittivi li l-awtorizzazzjoni tagħhom mhix marbuta ma’ detentur ta’ awtorizzazzjoni
Għall-addittivi fl-ikel li l-awtorizzazzjoni tagħhom mhix marbuta ma’ detentur ta' awtorizzazzjoni, jistgħu jintużaw l-istandards eżistenti użati għal finijiet oħra, jew li għandhom speċifikazzjoni għall-addittivi fl-ikel kif awtorizzati fil-Komunità Ewropea jew mill-JECFA. Meta dawk l-istandards ma jeżistux, jew meta jkunu rilevanti għall-proċess ta’ fabbrikazzjoni, għandhom jiġu deskritti d-dettalji li ġejjin u l-konċentrazzjonijiet tagħhom għandhom jiġu determinati:
|
— |
għall-mikroorganiżmi: kontaminazzjoni mikrobijoloġika, mikrotossini, metall tqil; |
|
— |
għall-prodotti ta’ fermentazzjoni (li ma fihomx mikroorganiżmi bħala aġenti attivi): għandhom isegwu l-istess rekwiżiti bħall-prodotti ta’ mikroorganiżmi (ara hawn fuq). Għandu jiġi indikat ukoll sa fejn il-mezz ta’ tkabbir użat hu inkorporat fil-prodott finali |
|
— |
għas-sustanzi mnissla mill-pjanti: kontaminazzjoni mikrobijoloġika u botanika (eż. pjanta taż-żejt castor, żerriegħa tal-weraq, rye ergot b’mod partikolari), mikotossini, kontaminazzjoni mill-pestiċidi, valuri massimi għas-solventi u, fejn jixraq, sustanzi li jqajmu tħassib tossikoloġiku magħrufa li jiġru fil-pjanta oriġinali; |
|
— |
għas-sustanzi mnissla mill-annimali: kontaminazzjoni mikrobijoloġika, metall tqil u valuri massimi għas-solventi, fejn jixraq; |
|
— |
għas-sustanzi minerali: metall tqil, dijossini u PCBs; |
|
— |
għal prodotti magħmula mis-sintesi kimika u minn proċessi kimiċi: il-kimiċi kollha użati fil-proċessi sintetiċi u kull prodott intermedjarju li jibqa’ fil-prodott finali għandhom jiġu identifikati u l-konċentrazzjonijiet tagħhom jingħataw. |
L-għażla ta’ mikotossini għall-analiżi għandha ssir skond il-matrices differenti, fejn jixraq.
2.1.5. Stat fiżiku ta’ kull forma tal-prodott
Għall-preparazzjonijiet solidi għandha tingħata data dwar id-distribuzzjoni tad-daqs tal-partikuli, dwar id-densità tal-partikuli, dwar id-densità tal-kobor tagħhom, il-potenzjal li jsiru trab u l-użu ta' proċessi li jaffettwaw il-karatteristiċi fiżiċi tagħhom. Għall-preparazzjonijiet likwidi, għandha tingħata data dwar il-viskożità u t-tensjoni tal-wiċċ. Meta addittiv hu intiż li jintuża’ fl-ilma, għandha tintwera s-solubbiltà tiegħu jew safejn jista' jinfirex.
2.2. Karatterizzazzjoni tas-sustanza(/i) attiva/attivi/aġent(i) attiv(i)
2.2.1. Deskrizzjoni
Għandha tingħata deskrizzjoni kwalitattiva tas-sustanza attiva jew ta’ l-aġent attiv. Din għandha tinkludi purità u l-oriġini tas-sustanza jew ta’ l-aġent, flimkien ma’ kull karatteristika oħra rilevanti.
2.2.1.1. Sustanzi kimiċi
Sustanzi kimiċi definiti sew għandhom jiġu deskritti bl-isem ġeneriku, l-isem kimiku skond in-nomenklatura ta’ l-IUPAC (Unjoni Internazzjonali ta’ Kimika Pura u Applikata), ismijiet u abbrevjazzjonijiet oħra ġeneriċi internazzjonali u/jew in-Numru tas-Servizz Kimiku Astratt (CAS). Il-formula strutturali u molekulari flimkien mal-piż molekulari jridu jiġu inklużi.
Għal komposti definiti b’mod kimiku użati bħala ħwawar, in-numru tal-FLAVIS marbut mal-grupp kimiku rilevanti għandu jkun inkluż. Għall-estratti tal-pjanti jridu jiġu inklużi l-markaturi fitokimiċi.
It-taħliet li l-kostitwenti ta’ ġo fihom ma jistgħux jiġu deskritti b’formula kimika waħda u/jew mhux kollha jistgħu jiġu identifikati għandhom jiġu karatterizzati mill-kostitwent(i) li jikkontribwixxu għall-attività tagħha u/jew il-kostitwent(i) tipiċi maġġuri. Il-kompost tal-markatur għandu jiġi identifikat biex tkun tista’ tiġi evalwata l-istabbilità u biex jiġi provdut mezz ta’ traċċar.
Għall-enżimi u l-preparazzjonijiet ta' l-enżimi, in-numru u n-numru sistematiku propost mill-Unjoni Internazzjonali tal-Bijokimika (IUB) fl-iktar edizzjoni riċenti tan-“Nomenklatura ta' l-Enżimi” għandhom jingħataw għal kull attività ddikjarata. Għall-attivitajiet li għadhom mhumiex inklużi, għandu jintuża’ isem sistematiku konsistenti mar-regoli ta’ l-IUB tan-nomenklatura. Ismijiet trivjali huma aċċettabbli dejjem jekk mhumiex ambigwi u jintużaw b’mod konsistenti fid-dossier kollu, u jistgħu jiġu marbuta b’mod ċar ma’ l-isem sistematiku u n-numru ta’ l-IUB tagħhom hekk kif jissemmew l-ewwel. Trid tingħata l-oriġini bijoloġika ta' kull attività ta' l-enżimi.
Għandha tiġi deskritta wkoll l-oriġini mikrobika tas-sustanzi kimiċi magħmula mill-fermentazzjoni (ara 2.2.1.2 Mikroorganiżmi).
2.2.1.2. Mikroorganiżmi
Għall-mikroorganiżmi, sew jekk użati bħala prodott jew bħala razza tal-produzzjoni, għandha tingħata l-oriġini.
Għall-mikroorganiżmi użati bħala prodott jew bħala razza tal-produzzjoni, kull storja tal-modifikazzjoni għandha tiġi indikata. Għandhom jingħataw l-isem u l-klassifikazzjoni tassonimika ta’ kull mikro-organiżmu, skond l-aħħar informazzjoni ppubblikata fil-Kodiċijiet tan-Nomenklatura Internazzjonali (ICN). Ir-razez mikrobijali għandhom jiġu depożitati f'kollezzjoni tal-kultura rikonoxxuta b'mod internazzjonali (preferibbilment fl-Unjoni Ewropea) u miżmuma mill-kollezzjoni tal-kultura għall-ħajja awtorizzata ta' l-addittiv. Għandu jingħata ċertifikat tad-depożitu mill-kollezzjoni, li għandu jispeċifika n-numru ta’ aċċess li taħtu hi miżmuma r-razza. Barra minn hekk, il-karatteristiċi kollha rilevanti morfoloġiċi, fiżjoloġiċi u molekulari li jagħtu l-identifikazzjoni unika tar-razza u l-mezzi biex jikkonfermaw l-istabbilità ġenetika tagħha għandhom jiġu deskritti. Għall-GMOs għandha tingħata d-deskrizzjoni tal-modifikazzjonijiet ġenetiċi. L-identifikatur uniku għal kull GMO, kif imsemmi fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 65/2004 ta’ l-14 ta’ Jannar 2004 li jistabbilixxi sistema għall-iżvilupp u l-għoti ta’ identifikaturi uniċi għall-organiżmi modifikati ġenetikament, għandu jkun inkluż.
2.2.2. Karatteristiċi rilevanti
2.2.2.1. Sustanzi kimiċi
Għandha tingħata deskrizzjoni tal-karatteristiċi fiżiċi u kimiċi. Il-kostanti tad-dissoċjazzjoni, il-pKa, il-karatteristiċi elettrostatiċi, it-temperatura ta’ meta jinħall, it-temperatura ta’ meta jagħli, id-densità, il-pressjoni tal-fwar, is-solubbiltà fl-ilma u fis-solventi organiċi, Kow u Kd/Koc, l-ispettometrija globali u l-ispettra ta’ l-assorbiment, id-data dwar l-NMR, iżomeri possibbli u kull karatteristika oħra fiżika adattata għandha tingħata, fejn jixraq.
Is-sustanza prodotta permezz tal-fermentazzjoni ma għandux ikun fiha attivitajiet mikrobiċi rilevanti għall-użu ta’ antibijotiċi fin-nies jew fl-annimali.
2.2.2.2. Mikroorganiżmi
|
— |
Tossini u fatturi dannużi ħafna It-tossini jew il-fatturi dannużi ħafna għandhom jintwerew li ma jeżistux jew li mhumiex ta’ tħassib. Ir-razez ta’ batterji li jappartjenu għal xi grupp tassonomiku li jinkludi membri magħrufa li kapaċi jipproduċu t-tossini jew fatturi oħra dannużi ħafna għandhom jiġu soġġetti għal testijiet xierqa li juru fil-livell molekulari u, jekk hemm bżonn, fil-livell ċellulari li mhemmx lok għal tħassib. Għal razez ta’ mikroorganiżmi li għalihom mhemmx storja ta’ xi użu sigur apparenti u li l-bijoġija tagħhom baqgħet ma tantx ġiet miftehma, għandu jkun meħtieġ pakkett sħiħ ta’ studji tossikoloġiċi. |
|
— |
Produzzjoni antibijotika u reżistenza antibijotika Il-mikroorganiżmi użati bħala addittivi jew bħala razza ta’ produzzjoni, ma għandux ikun fihom attività antibijotika jew ma għandux ikunu kapaċi jipproduċu sustanzi antibijotiċi li huma rilevanti bħala antibijotiċi fin-nies u fl-annimali. Ir-razez ta’ mikroorganiżmi intiżi biex jintużaw bħala addittivi ma għandhomx jikkontribwixxu aktar għad-depożitu ta’ ġeni li joffru reżistenza antibijotika li diġà hemm fl-organi tal-flora ta' l-annimali u l-ambjent. Konsegwentement, ir-razez kollha ta’ batterji għandhom jiġu ttestjati għar-reżistenza għall-antibijotiċi li jintużaw fin-nies u fil-mediċina veterinarja. Fejn tinstab ir-reżistenza, il-bażi ġenetika tar-reżistenza u t-tendenza li r-reżistenza tiġi trasferita għal organiżmi oħra li jgħixu fl-organi għandhom jiġu stabbiliti. Ir-razez ta’ mikroorganiżmi li jġorru reżistenza li nkisbet għall-antikmikrobiku/(ċi) ma għandhomx jintużaw bħala addittivi fl-għalf, sakemm ma jkunx jista’ jintwera li dik ir-reżistenza hija riżultat ta’ tibdil(iet) kromożomali u mhix trasferibbli. |
2.3. Proċess ta’ fabbrikazzjoni, inkluż kull proċedura speċifika ta’ l-ipproċessar
Biex jiġu definiti l-punti kritiċi tal-proċess li jista' jkollhom influwenza fuq il-purità tas-sustanza attiva/aġent(i) attiv(i) jew l-addittiv għandha tingħata deskrizzjoni tal-proċess ta’ fabbrikazzjoni. Għandha tingħata karta bid-data dwar is-sigurtà tal-materjal tal-kimiċi użati fil-proċess ta' produzzjoni.
2.3.1. Sustanza(/i)/aġent(i) attivi
Għandha tiġi sottomessa deskrizzjoni tal-proċess ta’ produzzjoni (eż. sintesi kimika, fermentazzjoni, kultivazzjoni, estrazzjoni minn materjal organiku jew distillazzjoni) użata fit-tħejjija tas-sustana(/i)/aġent(i) attivi ta’ l-addittiv, jekk jixraq permezz ta’ flowchart. Il-kompożizzjoni tal-mezz ta’ fermentazzjoni/kultivazzjoni għandha tingħata. Għandhom jiġu deskritti sew il-metodi ta’ purifikazzjoni.
Għall-Mikroorganiżmi Modifikati Ġenetikament (GMMs), użati bħala sors ta’ addittivi u mkabbra f’kondizzjonijiet kontrollati, tapplika d-Direttiva 90/219/KE (5). Għandha tiġi inkluża deskrizzjoni tal-proċessi ta’ fermentazzjoni (mezz ta’ kultura, kondizzjoni tal-fermentazzjoni u l-ipproċessar ‘l bogħod mis-sors tal-prodotti ta’ fermentazzjoni).
2.3.2. Addittiv
Għandha tiġi sottomessa deskrizzjoni dettaljata tal-proċess ta’ fabbrikazzjoni ta’ l-addittiv. L-istadji prinċipali fil-preparazzjoni ta’ l-addittiv inkluż il-punt(i) ta’ introduzzjoni tas-sustanza(/i)/aġent(i) attivi u ta’ komponenti oħra, u kull pass ta’ l-ipproċessar sussegwenti li jaffettwa l-preparazzjoni ta’ l-addittiv għandhom jingħataw, jekk jixraq permezz ta’ flowchart.
2.4. Karatteristiċi fiżikokimiċi u teknoloġiċi ta’ l-addittiv
2.4.1. Stabbilità
L-istabbilità hi ġeneralment imkejla billi tiġi segwita b'mod analitiku s-sustanza(/i)/aġent(i) attivi jew l-attività/vijabbiltà tagħhom. Għall-enżimi, l-istabbilità tista’ tiġi mfissra f’termini ta’ telf ta’ attività katalitika; għall-mikroorganiżmi f’termini ta’ telf ta’ vijabbiltà; għas-sustanzi tal-ħwawar f’termini tat-telf tat-togħma. Għal taħlitiet/estratti kimiċi oħra l-istabbilità tista’ tiġi evalwata billi tiġi sorveljata l-konċentrazzjoni ta’ wieħed jew aktar mis-sustanzi markaturi adattati.
L-istabbilità ta’ l-addittiv
L-istabbilità ta’ kull formulazzjoni ta’ l-addittiv, meta jiġi espost għal kondizzjonijiet ambjentali differenti (dawl, temperatura, pH, umdità, ossiġnu u materjal ta’ l-ippakkjar) għandha tiġi studjata. Kemm hu mistenni li jservi fuq l-ixkafef l-addittiv kif jinbiegħ għandha tkun ibbażata fuq talanqas żewġ sitwazzjonijiet mudell li jkopru l-firxa ta' kondizzjonijiet dwar l-użu li x'aktarx ikun hemm (eż., 25 oC, 60 % umdità relattiva ta’ l-arja (HR) u 40 oC, 75 % HR)
L-istabbilità ta’ l-addittiv użat f’taħlitiet minn qabel u f’oġġetti ta’ l-ikel.
Għall-addittivi użati f'taħlitiet minn qabel u f'oġġetti ta' l-ikel, minbarra l-komposti tal-ħwawar, l-istabbilità ta' kull formulazzjoni ta' l-addittiv għandha tiġi studjata taħt kondizzjonijiet komuni ta’ fabbrikazzjoni u ħżin tat-taħlitiet minn qabel u ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel. Studji dwar l-istabbilità f’taħlitiet minn qabel għandhom ikunu twal talanqas sitt xhur. L-istabbilità għandha tiġi ttestjata preferibbilment bit-taħlitiet minn qabel li fihom elementi traċċa; inkella l-addittiv għandu jiġi ttikkettjat bħala “li ma għandux jitħallat ma’ elementi traċċa”.
L-istudji dwar l-istabbilità fl-oġġetti ta’ l-ikel normalment għandhom jestendu għal talanqas tliet xhur. L-istabbilità ġenerali għandha tiġi ċċekkjata fl-għalf maxx u f’forma ta’ pellets (inkluż l-influwenza tal-pelleting jew forom oħra ta’ trattament) għall-ispeċi ta’ l-annimali ewlenin tat-talba.
Għall-addittivi intiżi li jintużaw fl-ilma, l-istabbilità ta' kull formulazzjoni ta' l-addittiv li trid tiġi studjata fl-ilma taħt kondizzjonijiet li jissimulaw l-użu prattiku.
Fejn ikun hemm telf fl-istabbilità, u fejn jixraq, għandha tiġi karatterizzata d-degradazzjoni potenzjali jew il-prodotti ta’ dekompożizzjoni.
Għandha tingħata data mill-analiżi li tinkludi talanqas osservazzjoni waħda fil-bidu u waħda fl-aħħar tal-perjodu tal-ħżin.
Fejn jixraq, l-istudji għandu jkun fihom il-kompożizzjoni dettaljata kwantittativa u kwalitattiva tat-taħlitiet minn qabel jew ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel użati għall-provi.
2.4.2. Omoġenità
Trid tintwera l-kapaċità tad-distribuzzjoni omoġena ta’ l-addittiv ta’ l-għalf (minbarra komposti tal-ħwawar) f’taħlitiet minn qabel, oġġetti ta’ l-ikel jew l-ilma.
2.4.3. Karatteristiċi oħra
Karatteristiċi oħra, bħall-potenzjal li jsiru trab, il-karatteristiċi elettrostatiċi jew it-tferrix fil-likwidi jridu jiġu deskritti.
2.4.4. Inkompatibbiltajiet jew interazzjonijiet fiżiko-kimiċi
L-inkompatibbiltajiet jew l-interazzjonijiet fiżiko-kimiċi li jistgħu jkunu mistennija ma’ l-għalf, il-ġarriera, addittivi oħra approvati, jew prodotti mediċinali jridu jintwerew.
2.5. Kondizzjonijiet dwar l-użu ta’ l-addittiv
2.5.1. Mod ta’ użu propost fin-nutrizzjoni ta’ l-annimali
L-ispeċi ta’ l-annimali jew il-kategoriji, il-grupp ta’ l-etajiet jew l-istadju ta’ produzzjoni ta’ l-annimali għandha tintwera skond il-kategoriji mniżżla fl-Anness IV ta’ dan ir-Regolament. Għandhom jissemmew kontraindikazzjonijiet li jista’ jkun hemm. L-użu propost, fl-għalf jew fl-ilma għandu jkun definit.
Għandhom jingħataw id-dettalji tal-metodu ta’ amministrazzjoni propost u l-livell ta’ inklużjoni għal taħlitiet minn qabel, oġġetti ta' l-ikel jew ilma tax-xorb. Barra minn hekk, id-doża proposta fl-għalf komplut u t-tul taż-żmien propost biex tiġi amministrata u l-perjodu ta’ rtirar propost irid jingħata fejn jixraq. Hi meħtieġa ġustifikazzjoni fejn użu partikolari ta’ xi addittiv hu propost f’oġġetti ta’ l-ikel kumplimentari.
2.5.2. Informazzjoni marbuta mas-sigurtà ta’ l-utenti/tal-ħaddiema
2.5.2.1. Sustanzi kimiċi
Trid tingħata karta bid-data dwar is-sigurtà fformatjata skond ir-rekwiżiti tad-Direttiva tal-Kummissjoni 91/155/KEE tal-5 ta’ Marzu 1991 li tiddefenixxi u tistipula l-arranġamenti dettaljati għal sistema ta’ informazzjoni speċifika marbuta ma’ preparazzjonijiet perikolużi fl-implimentazzjoni ta’ l-Artikolu 10 tad-Direttiva 88/379/KEE (6). Jekk hemm bżonn, għandhom jiġu proposti miżuri għall-prevenzjoni ta' riskji tax-xogħol u mezzi ta' protezzjoni waqt il-fabbrikazzjoni, it-tqandil, l-użu u r-rimi.
2.5.2.2. Mikroorganiżmi
Għandha tiġi sottomessa klassifikazzjoni skond id-Direttiva 2000/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Settembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji marbuta ma’ l-espożizzjoni għal aġenti bijoloġiċi fuq ix-xogħol (is-seba’ direttiva individwali fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE (7). Fil-każ tal-mikroorganiżmi li mhumiex klassifikati fil-grupp 1 f'din id-Direttiva, għandha tingħata informazzjoni lill-klijenti biex ikunu jistgħu jieħdu l-miżuri ta’ protezzjoni rilevanti għall-ħaddiema tagħhom, kif imfissra fl-Artikolu 3 (2) tad-Direttiva msemmija.
2.5.2.3. Rekwiżiti dwar it-tikkettjar
Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet dwar it-tikkettjar u l-ippakkjar stipulati fl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, kull rekwiżit speċifiku dwar it-tikkettjar u, fejn jixraq, kondizzjonijiet speċifiċi dwar l-użu u t-tqandil (inkluż inkompatibbiltajiet u kontroindikazzjonijiet magħrufa) u struzzjonijiet dwar l-użu xieraq għandhom jiġu indikati.
2.6. Metodi ta’ analiżi u kampjuni ta’ referenza
Il-metodi ta’ analiżi għandhom jiġu sottomessi fil-format standard kif rakkomandat minn ISO (jiġifieri ISO 78-2).
Skond ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 u r-Regolament (KE) Nru 378/2005, il-metodi ta' analiżi inklużi f'din it-taqsima għandhom jiġu evalwati mis-CRL. Is-CRL għandha tissottometti lill-Awtorità rapport ta’ evalwazzjoni li jindika jekk dawk il-metodi humiex adattati biex jintużaw f’kontrolli uffiċjali ta’ l-addittiv ta’ l-għalf li hu l-għan ta’ l-applikazzjoni. L-evalwazzjoni tas-CRL għandha tiffoka fuq il-metodi speċifikati fit-taqsimiet 2.6.1 u 2.6.2.
Jekk MRL ġie stabbilit għas-sustanza mmirata ta' l-applikazzjoni permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 li jistabbilixxi proċedura Komunitarja għat-twaqqif ta' limiti ta' residwi massimi ta' prodotti veterinarji mediċinali fl-oġġetti ta' l-ikel li ġejjin mill-annimali tas-26 ta' Ġunju 1990 (8), it-taqsima 2.6.2 ma tkunx soġġetta għal evalwazzjoni mis-CRL. L-applikant għandu jibni t-taqsima 2.6.2 billi jipprovdi l-istess metodu, l-istess informazzjoni u dettalji (inkluż aġġornamenti rilevanti) għal sottomissjoni lill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMEA) skond l-Anness V tar-Regolament (KEE) Nru 2377/90 u skond “Avviż għall-Applikanti u Linji ta’ Gwida”, Volum 8 tas-serje “Regoli li jirregolaw il-prodotti mediċinali fl-Unjoni Ewropea”.
Jistgħu jiġu inklużi wkoll fl-evalwazzjoni l-metodi analitiċi deskritti f’2.6.3, jekk jitqies meħtieġ mis-CRL, mill-Awtorità jew mill-Kummissjoni.
Skond ir-Regolament (KE) Nru 378/2005, l-applikant għandu jipprovdi kampjuni ta’ referenza direttament lis-CRL qabel l-evalwazzjoni tad-dossier tekniku, u l-kampjuni ta’ sostituzzjoni qabel id-data ta’ l-iskadenza.
L-applikanti għandhom jirreferu għall-gwida dettaljata provduta mis-CRL skond l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 378/2005.
2.6.1. Metodi ta’ analiżi għas-sustanza attiva
Il-karatterizzazzjoni dettaljata tal-metodu(/i) analitiku/analitiċi kwalitattiv(i) u, fejn japplika, kwantitattiv(i) biex tiġi determinata l-konformità mal-livelli massimi jew minimi proposti tas-sustanza(/i) attivi/aġent(i) attivi fl-addittiv, fit-taħlitiet minn qabel, fl-oġġetti ta’ l-ikel u, fejn jixraq, fl-ilma, għandha tiġi provduta.
|
2.6.1.1. |
Dawn il-metodi għandhom jilħqu l-istess rekwiżit bħal dawk għall-metodi ta’ analiżi użati għall-fini ta’ kontrolli uffiċjali stipulati fl-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004. B’mod partikolari għandhom jilħqu talanqas wieħed minn dawn li ġejjin rikjesti:
|
|
2.6.1.2. |
Il-karatterizzazzjoni dettaljata tal-metodu(/i) għandha tinkludi l-karatteristiċi xierqa stipulati fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 882/2004. |
|
2.6.1.3. |
Il-karatteristiċi ta’ kif jaħdmu metodi validati internament għandhom jiġu verifikati billi jiġi ttestjat il-metodu f’laboratorju ieħor akkreditat, u indipendenti. Ir-riżultati ta’ dawk it-testijiet għandhom jingħataw flimkien ma’ kull informazzjoni oħra li tappoġġja t-trasferibbiltà tal-metodu għal laboratorju ta' kontroll uffiċjali. Għal raġunijiet ta’ indipendenza u involviment fl-evalwazzjoni tad-dokumentazzjoni provduta mill-applikant, fejn it-tieni laboratorju huwa laboratorju li qed jipparteċipa fil-konsorzju ta' Laboratorji ta' Referenza Nazzjonali (NRLs) li jgħinu s-CRL, kif stipulat fir-Regolament (KE) Nru 378/2005, il-laboratorju għandu jibgħat dikjarazzjoni ta' interessi lis-CRL, hekk kif is-CRL jirċievi l-applikazzjoni, billi jiddeskrivi x-xogħol tal-laboratorju fl-applikazzjoni u ma għandux jipparteċipa fl-evalwazzjoni ta' l-applikazzjoni. |
|
2.6.1.4. |
Is-CRL jista’ jagħżel karatteristiċi adattati kif imsemmija fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 fir-rapport ta’ evalwazzjoni tiegħu lill-Awtorità. |
|
2.6.1.5. |
Il-kriterji ta’ ħidma għall-metodi għal gruppi speċifiċi ta’ sustanzi (eż. enżimi) jistgħu jiġu stabbiliti fil-gwida dettaljata provduta mis-CRL skond l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 378/2005. |
2.6.2. Metodi ta’ analiżi għad-determinazzjoni tar-residwi ta’ l-addittiv jew tal-metaboliti tiegħu fl-ikel
Għandha tingħata karatterizzazzjoni dettaljata tal-metodu(/i) analitiku/analitiċi kwalitattiv(i) u kwantitattiv(i) biex jiġu determinati r-residwi tal-markatur u/jew il-metaboliti ta' l-addittiv fit-tessuti mmirati u l-prodotti ta' l-annimali.
|
2.6.2.1. |
Dawn il-metodi għandhom jilħqu l-istess rekwiżiti bħal dawk għall-metodi ta’ analiżi użati għall-finijiet ta’ kontroll uffiċjali kif stipulat fl-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004. B’mod partikolari, il-metodi għandhom jilħqu talanqas waħda mir-rekwiżiti msemmija f’2.6.1.1. |
|
2.6.2.2. |
Il-karatterizzazzjoni dettaljata tal-metodu(/i) għandha tinkludi l-karatteristiċi adattati kif stipulati fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 u għandha tqis ir-rekwiżiti stipulati fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/657/KE (10). L-istess kriterji ta’ ħidma stipulati fid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jistipulaw il-metodi analitiċi li għandhom jintużaw biex jinstabu ċerti sustanzi u residwi tagħhom fi prodotti ta' annimali ħajjin skond id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE għandhom jitqiesu fejn jixraq.
Il-limitu ta’ kwantifikazzjoni (LOQ) għal kull metodu ma għandux jaqbeż nofs l-MRL korrispondenti u jrid jiġi validat f’firxa ta’ mill-anqas nofs sa darbtejn l-MRL. |
|
2.6.2.3. |
Il-karatteristiċi ta’ kif jaħdmu metodi validati internament għandhom jiġu verifikati billi jiġi ttestjat il-metodu f'laboratorju ieħor, akkreditat u indipendenti. Għandhom jingħataw ir-riżultati ta' dawk it-testjiet. Għal raġunijiet ta’ indipendenza u involviment fl-evalwazzjoni tad-dokumentazzjoni mogħtija mill-applikant, fejn it-tieni laboratorju huwa laboratorju li qed jipparteċipa fil-konsorzju ta’ Laboratorji Nazzjonali ta’ Referenza (NRLs) li jgħinu lis-CRL, kif stipulat fir-Regolament (KE) Nru 378/2005, il-laboratorju għandu jibgħat dikjarazzjoni ta' interessi għas-CRL, hekk kif is-CRL jirċievi l-applikazzjoni, billi jiddeskrivi x-xogħol tal-laboratorju fl-applikazzjoni u ma għandux jipparteċipa fl-evalwazzjoni ta' l-applikazzjoni. |
|
2.6.2.4. |
Is-CRL jista’ jagħżel karatteristiċi adattati minn dawk imsemmija taħt il-punt 2.6.2.2 fir-rapport ta’ evalwazzjoni lill-Awtorità. |
|
2.6.2.5. |
Il-kriterji ta’ kif jaħdmu metodi għal gruppi speċifiċi ta’ sustanzi (eż. enżimi) jistgħu jiġu stabbiliti fil-gwida dettaljata provduta mis-CRL skond l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 378/2005. |
2.6.3. Metodi ta’ l-analiżi marbuta ma’ l-identità u l-karatterizzazzjoni ta’ l-addittiv
L-applikant għandu jipprovdi deskrizzjoni tal-metodi użati biex jiġu determinati l-karatteristiċi mniżżla taħt il-punti 2.1.3, 2.1.4, 2.1.5, 2.2.2, 2.4.1, 2.4.2, 2.4.3, u 2.4.4.
Skond l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 378/2005, il-metodi sottomessi taħt din it-taqsima jistgħu wkoll jiġu evalwati jekk jitqiesu rilevanti mill-Awtorità jew mill-Kummissjoni għall-evalwazzjoni ta' l-applikazzjoni.
Hu rakkomandat li l-metodi deskritti taħt din it-taqsima jiġu rikonoxxuti internazzjonalment. Għal dawk il-metodi li mhumiex rikonoxxuti internazzjonalment, il-metodi jridu jiġu deskritti għal kollox. F'dawk il-każijiet, l-istudji għandhom isiru minn laboratorji akkreditati u indipendenti u għandhom jiġu dokumentati skond standards ta' kwalità adattati (eż. GLP skond id-Direttiva 2004/10/KE jew standards ISO).
Il-metodi għall-identifikazzjoni u l-karatterizzazzjoni ta' l-addittiv għandhom jilħqu l-istess rekwiżiti bħal dawk għal metodi ta' analiżi użati għal finijiet ta' kontrolli uffiċjali kif stipulat fl-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004, speċjalment fejn ir-rekwiżiti legali huma stabbiliti (eż. impuritajiet, sustanzi mhux mixtieqa).
3. TAQISMA III: STUDJI LI JIKKONĊERNAW IS-SIGURTA` TA’ L-ADDITTIV
L-istudji inklużi f’din it-taqsima u fl-Annessi speċifiċi huma intiżi biex tkun tista’ ssir evalwazzjoni ta’:
|
— |
is-sigurtà ta’ l-użu ta’ l-addittiv fl-ispeċi mmirati; |
|
— |
kull riskju marbut ma’ l-għażla u/jew it-trasferiment ta’ reżistenza għal antimikrobiċi u l-persistenza miżjuda u t-tneħħija ta’ enteropatoġeni; |
|
— |
ir-riskji għall-konsumaturi ta’ ikel li ġej mill-annimali, oġġetti ta’ l-ikel imsemmija li fihom jew li ġew trattati bl-addittiv jew li jistgħu jirriżultaw mill-konsum ta’ ikel li fih residwi ta’ l-addittiv jew tal-metaboliti tiegħu; |
|
— |
ir-riskji minn kuntatt respiratorju, minn tessut ieħor mukożali, kuntatt mill-għajnejn jew mill-ġilda għal nies li jkollhom tendenza li jqandlu l-addittiv kif inhu jew imdaħħal f’taħlitiet minn qabel jew oġġetti ta’ l-ikel; u |
|
— |
ir-riskji ta’ effetti ħżiena fuq l-ambjent, mill-addittiv innifsu, jew minn prodotti mnissla mill-addittiv, jew direttament u/jew ippurgati mill-annimali. |
3.1. Studji li jikkonċernaw is-sigurtà fl-użu ta' l-addittiv għall-annimali mmirati
L-istudji mdaħħla f’din it-taqsima huma intiżi biex jevalwaw:
|
— |
is-sigurtà ta’ l-użu ta’ l-addittiv fl-ispeċi mmirati kif inhuma; u |
|
— |
kull riskju marbut ma' l-għażla u/jew it-trasferiment tar-reżistenza lill-antimikrobiċi u persistenza miżjuda u t-tneħħija ta' l-enteropatoġeni. |
3.1.1. Studji ta’ tolleranza għall-ispeċi mmirati
L-għan tat-test tat-tolleranza huwa li jipprovdi evalwazzjoni limitata tat-tossiċità immedjata ta’ l-addittiv għall-annimali mmirati. Hi użata wkoll biex tistabbilixxi marġni tas-sigurtà, jekk l-addittiv jiġi kkonsmat f'dożi ogħla minn dawk rakkomandati. Dawn it-testjiet ta’ tolleranza jridu jsiru biex jipprovdu evidenza għas-sigurtà ta' kull wieħed mill-ispeċi mmirati/kategoriji ta' annimali li għalihom issir talba. F’xi każijiet hu aċċettabbli li jiddaħħlu xi elementi tat-test tat-tolleranza f’wieħed mill-provi ta’ effikaċja dejjem jekk ir-rekwiżiti mogħtija hawn taħt għal dawn it-testjiet jintlaħqu. L-istudji kollha rapportati f’din it-taqsima jridu jkunu bbażati fuq l-addittiv deskritt fit-Taqsima II.
3.1.1.1. Id-disinn ta’ test tat-tolleranza jinkludi minimu ta’ tliet gruppi:
|
— |
grupp mhux supplimentat; |
|
— |
grupp bl-ogħla doża rakkomandata; u |
|
— |
grupp sperimentali bil-livell fuq ħafna livelli ta’ l-ogħla doża rakkomandata. |
Fil-grupp esperimentali l-addittiv għandu jingħata ġeneralment f’għaxar darbiet l-ogħla doża rakkomandata. L-annimali tat-test għandhom jiġu sorveljati ta’ spiss għal evidenza viżwali ta’ effetti kliniċi, karatteristiċi dwar il-ħidma tagħhom, kwalità tal-prodott fejn rilevanti, l-ematoloġija u l-kimika tad-demm ta' spiss u għal parametri oħra li x'aktarx ikunu marbuta mal-karatteristiċi bijoloġiċi ta' l-addittiv. Għandhom jitqiesu punti aħħarija kritiċi mill-istudji tossikoloġiċi fuq l-annimali tal-laboratorju. Kull effett ħażin misjub waqt il-provi ta' effikaċja għandu wkoll jiġi rappurtat f'din it-taqsima. Imwiet bla spjegazzjoni fit-test ta' tolleranza għandhom jiġu investigati minn nekropsi u, jekk jixraq, mill-istoloġija.
Jekk jista’ jintwera li 100 darba d-doża massima rakkomandata, l-ebda ematoloġija jew test tal-kimika rutina ma jkun meħtieġ. Jekk il-prodott huwa tollerat biss fuq livell ibaxx minn għaxar darbiet l-ogħla doża rakkomandata, l-istudju għandu jkun iddisinjat b’tali mod li l-livell ta’ sigurtà għall-addittiv jista’ jiġi kkalkulat u punti aħħarija oħra (permezz tan-nekropsi, l-istoloġija jekk rilevanti, u kriterji oħra adattati) għandhom jiġu deskritti.
Għal xi addittivi li jiddependu fuq it-tossikoloġija tagħhom u l-metaboliżmu jew l-użu, jista' ma jkunx hemm bżonn li jsiru testijiet ta’ tolleranza.
Id-disinn sperimentali użat irid jinkludi konsiderazzjoni ta’ saħħa statistika biżżejjed.
3.1.1.2. Tul ta’ żmien tal-provi ta’ tolleranza
Tabella 1
Tul ta’ żmien għall-provi ta’ tolleranza: Ħnieżer
|
Annimali mmirati |
Tul taż-żmien ta’ l-istudji |
Karatteristika ta’ l-annimali mmirati |
|
Ħnieżer żgħar |
14-il ġurnata |
Preferibbilment minn 14-il ġurnata sa meta jkunu frieħ |
|
Frieħ tal-ħnieżer |
42 ġurnata |
Għal 42 ġurnata wara li jkunu frieħ |
|
Ħnieżer għas-simna |
42 ġurnata |
Il-piż tagħhom fil-bidu ta’ l-istudju ≤ 35 kg |
|
Ħnieżer għar-riproduzzjoni |
1 ċiklu |
Mill-inseminazzjoni sa l-aħħar tal-perjodu meta jkunu frieħ |
Jekk ikun hemm applikazzjoni għal ħnieżer mhux miftumin u l-frieħ tal-ħnieżer, studju mħallat (14-il ġurnata l-ħnieżer mhux miftumin u 28 ġurnata l-frieħ tal-ħnieżer) għandu jkun biżżejjed. Jekk ingħatat it-tolleranza għall-frieħ tal-ħnieżer, ma jkun meħtieġ l-ebda studju separat għall-ħnieżer tas-simna.
Tabella 2
Tul taż-żmien tal-provi ta’ tolleranza: Tjur
|
Annimali mmirati |
Tul taż-żmien ta' l-istudji |
Karatteristika ta’ l-annimali mmirati |
|
Tiġieġ għas-simna/imkabbra għal bajd |
35 ġurnata |
Mindu jfaqqsu |
|
Tiġieġ tal-bajd |
56 ġurnata |
Preferibbilment matul l-ewwel terz taż-żmien tal-perjodu ta' meta jbidu |
|
Dundjani għas-simna |
42 ġurnata |
Mit-tfaqqis |
Id-data dwar it-tolleranza minn tiġieġ għas-simna jew dundjani għas-simna tista’ tintuża biex turi t-tolleranza għat-tiġieġ jew dundjani mkabbra biex ibidu/jiġu mgħammra rispettivament.
Tabella 2
Tul taż-żmien tal-provi ta’ tolleranza: Bovini
|
Annimali mmirati |
Tul taż-żmien ta’ l-istudji |
Karatteristika ta’ l-annimali mmirati |
|
Għoġġiela għas-simna |
28 ġurnata |
Piż tagħhom inizjali ≤ 70 kg |
|
Għoġġiela għat-tkabbir; baqar għas-simna jew għar-riproduzzjoni |
42 ġurnata |
|
|
Baqar tal-ħalib |
56 ġurnata |
|
Jekk saret applikazzjoni għall-għoġġiela għat-tkabbir u l-għoġġiela għas-simna, studju mħallat (28 ġurnata għal kull perjodu) jitqies biżżejjed.
Tabella 3
Tul taż-żmien għall-provi ta’ tolleranza: Ngħaġ
|
Annimali mmirati |
Tul taż-żmien għall-istudji |
Karatteristika ta’ l-annimali mmirati |
|
Ħrief għat-tkabbir u għas-simna |
28 ġurnata |
|
Tabella 4
Tul ta’ żmien għall-provi ta’ tolleranza: Salmonidae u ħut ieħor
|
Annimali mmirati |
Tul ta’ żmien għall-istudji |
Karatteristika ta’ l-annimali mmirati |
|
Salamun u trota |
90 ġurnata |
|
Bħala alternattiva għat-tul ta’ żmien ta’ 90 ġurnata, jista’ jsir studju fejn il-ħut iżid il-piż inizjali tiegħu fil-bidu tal-prova b’talanqas fattur ta’ tnejn.
Jekk l-addittiv hu intiż li jintuża għall-istokk tat-tfaqqis biss, it-testijiet ta’ tolleranza għandhom isiru qrib kemm jista’ jkun tal-perjodu tat-tfaqqis. It-testijiet ta’ tolleranza għandhom itulu 90 ġurnata u għandha tingħata attenzjoni għall-kwalità tal-bajd u għas-sopravivenza tiegħu.
Tabella 5
Tul ta’ żmien tal-provi ta’ tolleranza: Annimali domestiċi u annimali oħra li ma jipproduċux ikel
|
Annimali mmirati |
Tul ta’ żmien għall-istudji |
Karatteristika ta’ l-annimali mmirati |
|
Klieb u qtates |
28 ġurnata |
|
Tabella 6
Tul ta’ żmien għall-provi ta’ tolleranza: Fniek
|
Annimali mmirati |
Tul ta’ żmien ta’ l-istudji |
Karatteristika ta’ l-annimali mmirati |
|
Fniek għas-simna |
28 ġurnata |
|
|
Fniek għat-tgħammir |
1 ċiklu |
Mill-inseminazzjoni sa l-aħħar tal-perjodu ta’ meta jkunu frieħ |
Jekk issir applikazzjoni għat-trabi tal-fniek mhux miftumin u għall-frieħ, perjodu ta’ 49 ġurnata (li jibda ġimgħa wara t-twelid) għandu jkun biżżejjed u jrid jinkludi fenkiet sakemm isiru frieħ.
Jekk jiġi applikat addittiv għal perjodu speċifiku u iqsar minn dak mogħti mid-definizzjoni tal-kategorija ta' annimali, hu għandu jiġi amministrat skond il-kondizzjonijiet ta' użu proposti. Minkejja dan, il-perjodu ta’ osservazzjoni ma għandux ikun iqsar minn 28 ġurnata u għandu jinvolvi l-punt aħħari rilevanti (eż. għall-ħnieżer għar-riproduzzjoni n-numru ta’ frieħ ħnieżer li twieldu ħajjin meta jitqies il-perjodu ta’ ġestazzjoni, jew in-numru u l-piż ta’ ħnieżer żgħar frieħ meta jitqies il-perjodu ta’ treddigħ).
3.1.1.3. Kondizzjonijiet sperimentali
L-istudji għandhom jiġu rappurtati b’mod individwali, billi jagħtu d-dettalji tal-gruppi kollha esperimentali. Il-protokoll tal-prova għandu jiġi mfassal b'attenzjoni fir-rigward tad-data ġenerali deskrittiva. B’mod partikolari, għandu jiġi rekordjat dan li ġej:
|
(1) |
qatgħa jew merħla: post u daqs; kondizzjonijiet ta’ l-għalf u trobbija, metodu ta’ għalf, għal speċi akwatiċi, daqs u numru ta’ tankijiet jew biċċiet ta’ art b’ilqugħ fir-razzett, kondizzjonijiet tad-dawl u kwalità ta’ l-ilma inkluż it-temperatura ta’ l-ilma u s-salinità; |
|
(2) |
annimali: speċi (għall-ispeċi akwatiċi intiżi li jiġi kkunsmati min-nies għandha ssir identifikazzjoni permezz ta’ l-isem popolari flimkien mal-binomju Latin fil-parentesi), razza, età (daqs għall-ispeċi akwatiċi), sess, proċedura ta’ identifikazzjoni, stadju fiżjoloġiku u saħħa ġenerali; |
|
(3) |
id-data u t-tul taż-żmien eżatt għall-ittestjar: id-data u n-natura ta’ l-eżamijiet li jsiru; |
|
(4) |
id-dieti: deskrizzjoni tal-fabbrikazzjoni u l-kompożizzjoni kwantitattiva tad-dieta(/i) fir-rigward ta’ l-ingredjenti użati, nutrijenti rilevanti (valuri analizzati) u enerġija. Rekords dwar il-konsum ta’ l-għalf; |
|
(5) |
konċentrazzjoni tas-sustanza(/i) attivi jew l-aġent(i) attivi (u, f’tali każ, is-sustanzi użati għal finijiet komparattivi) fl-oġġetti ta' l-ikel għandhom jiġu stabbiliti permezz ta' analiżi tal-kontroll, bl-użu ta' metodi adattati rikonoxxuti: numru(/i) ta’ referenza tal-kunsinni; |
|
(6) |
numru tat-test u tal-gruppi ta’ kontroll, numru ta’ l-annimali f’kull grupp: in-numru ta’ annimali involuti fil-provi jrid jippermetti li ssir analiżi statistika. Il-metodi ta’ l-evalwazzjoni statistika użati għandhom jingħataw. Ir-rapport għandu jinkludi l-annimali kollha u/jew l-unitajiet sperimentali involuti fil-provi. Il-każijiet li ma jistgħux jiġu evalwati minħabba nuqqas jew telf ta’ data għandhom jiġu rappurtati, u d-distribuzzjoni tagħhom fil-gruppi ta’ annimali tiġi kklassfikata; |
|
(7) |
it-teħid tal-ħin u l-prevalenza ta’ xi konsegwenzi mhux mixtieqa ta’ trattament f’individwi jew gruppi jridu jiġu rappurtati (agħti d-dettalji tal-programm ta’ osservazzjoni użat fl-istudju); u |
|
(8) |
trattamenti terapewtiċi/preventivi, jekk hemm bżonn, ma għandhomx jitħalltu mal-mod ta' azzjoni propost ta' l-addittiv u għandhom jiġu rekordjati individwalment. |
3.1.2. Studji mikrobiċi
Għandhom jiġu provduti studji biex jiddeterminaw l-abbiltà ta’ l-addittiv li jinduċi reżistenza trasversalment għall-antibijotiċi użati fin-nies jew fil-mediċina veterinarja, biex jiġu magħżula r-razez ta' batterji li jirreżistu f’kondizzjonijiet veri fl-ispeċi mmirati, biex jagħtu lok għal effetti fuq patoġeni opportunistiċi li jkun hemm fis-sistema diġestiva, biex jikkawżaw it-twaqqigħ jew it-tneħħija tal-ħmieġ ta' mikroorganiżmi żoonotiċi.
Jekk is-sustanza(/i) attivi fihom attività antimikrobika fil-livell ta’ konċentrazzjoni ta’ l-għalf, għandha tiġi determinata l-konċentrazzjoni inibitorja minima (MIC) għal speċi ta’ batterji rilevanti, skond proċeduri standardizzati. Meta tintwera l-attività antimikrobika rilevanti, l-abbiltà ta’ l-addittiv biex jagħżel razez tal-batterji reżistenti in vitro u fl-ispeċi mmirati, u biex jinduċi kontro-reżistenza għall-antibijotiċi rilevanti għandha tiġi stabbilita (11).
It-testijiet fil-livell ta’ użu rakkomandat għandhom jiġu provduti għall-addittivi mikrobiċi kollha, u għal dawk l-addittivi li fihom jista’ jiġi antiċipat l-effett fuq il-mikroflora interni. Dawn l-istudji għandhom juru li l-użu ta’ l-addittiv ma joħloqx kondizzjonijiet li jwasslu għal tkabbir żejjed u twaqqigħ ta' mikroorganiżmi potenzjalment patoġeniċi.
L-għażla ta’ mikroorganiżmi li jridu jiġu monitorjati se tiddependi fuq l-ispeċi mmirati, iżda għandha tinkludi l-ispeċi żoonotiċi rilevanti, minkejja jekk jipproduċux sintomi fl-annimali mmirati jew le.
3.2. Studji li jikkonċernaw l-użu b’mod sigur ta’ l-addittiv għall-konsumaturi
L-għan huwa li tiġi evalwata s-sigurtà ta’ l-addittiv għall-konsumatur u li jiġu stabbiliti r-residwi potenzjali ta’ l-addittiv jew tal-metaboliti tiegħu fl-ikel li ġej mill-annimali minħabba l-għalf jew l-ilma li fih jew ġie trattat bl-addittiv.
3.2.1. Studji metaboliċi u dwar ir-residwi
L-għarfien tad-destin metaboliku ta' l-addittiv fl-ispeċi mmirati huwa pass determinanti fl-identifikazzjoni u l-kwantifikazzjoni tar-residwi fit-tessuti li jittieklu jew fi prodotti mnissla mill-annimali minħabba l-għalf jew l-ilma li fih l-addittiv. Iridu jiġu sottomessi studji li jikkonċernaw l-assorbiment, it-tqassim, il-metaboliżmu u t-tneħħija tal-ħmieġ tas-sustanza (u l-metaboliti tagħha).
Iridu jsiru studji bl-użu ta’ metodi tat-test validati internazzjonalment u għandhom isiru skond il-leġiżlazzjoni Ewropea fis-seħħ jew il-Linji ta’ Gwida ta’ l-OECD dwar id-dettalji metodoloġiċi u skond il-prinċipji tal-GLP. L-istudju għandu jirrispetta r-regoli dwar il-benessere ta’ l-annimali stipulati mil-leġiżlazzjoni Komunitarja Ewropea, u ma għandhomx jiġu mtennija bla bżonn.
Studji metaboliċi u dwar ir-residwi fuq l-annimal(i) mmirati għandhom isiru bis-sustanza attiva mdaħħla fl-għalf (mhux mogħtija mill-ħaxix ta’ l-għalf sakemm ma tkunx ġustifikata kif suppost).
L-identifikazzjoni strutturali tal-metaboliti li jirrappreżentaw aktar minn 10 % tar-residwi totali fit-tessuti u prodotti li jittieklu u aktar minn 20 % tar-residwi totali fil-ħmieġ għandhom jiġu stabbiliti. Jekk il-mogħdija metabolika tas-sustanza attiva tqajjem xi tħassib tossikoloġiku, il-metaboliti taħt il-limiti t’hawn fuq għandhom jiġu identifikati.
L-istudji kinetiċi tar-residwi se jiffurmaw il-bażi biex tiġi kkalkulata l-espożizzjoni tal-konsumatur u jiġi stabbilit il-perjodu ta’ irtirar u l-MRLs, jekk hemm bżonn. Għandha tiġi provduta proposta għal markatur tar-residwi.
Għal xi addittivi, skond in-natura jew l-użu tagħhom, ma jkunx dejjem meħtieġ li jsiru studji metaboliċi u dwar ir-residwi.
3.2.1.1. Studji metaboliċi
L-għan ta’ l-istudji metaboliċi huwa li jevalwa l-assorbiment, id-distribuzzjoni, il-bijotrasformazzjoni u t-tneħħija ta’ l-addittiv fl-ispeċi mmirati.
L-istudji meħtieġa huma:
|
(1) |
bilanċ metaboliku wara li tingħata doża waħda tas-sustanza attiva fid-dożi ta’ l-użu proposti (ammont totali li jikkorrispondi għall-konsum ta’ kuljum) u jekk jista’ jkun doża multipla (jekk ġustifikata) biex tiġi evalwata r-rata approssimattiva u d-daqs ta’ l-assorbiment, id-distribuzzjoni (plażma/demm) u t-tneħħija tal-ħmieġ (urina, bila, ħara, ħalib jew bajd, arja skaduta, tneħħija tal-ħmieġ mill-garġi) fl-annimali maskili u femminili, fejn jixraq; u |
|
(2) |
profili metaboliċi, identifikazzjoni tal-metabolit(i) fil-ħmieġ u t-tessuti u d-distribuzzjoni fit-tessuti u l-prodotti għandhom jiġu stabbiliti wara li tiġi amministrata doża ripetuta tal-kompost ittikketjat fuq l-annimali għall-istat kostanti (ekwilibriju metaboliku) identifikat mil-livelli tal-plażma. Id-doża applikata għandha tikkorrispondi ma’ l-ogħla doża proposta għall-użu, u għandha tiddaħħal fl-għalf. |
3.2.1.2. Studji dwar ir-residwi
Għandu jitqies l-ammont u n-natura tar-residwi li ma jistgħux jiġu estratti fit-tessuti jew prodotti li jittieklu.
L-istudji dwar ir-residwi huma meħtieġa għas-sustanzi kollha li għalihom huma meħtieġa studji metaboliċi.
Jekk is-sustanza hija kostitwent naturali ta’ fluwidi tal-ġisem jew tat-tessuti jew hija preżenti b’mod naturali f’ammonti sinifikanti fl-ikel jew fl-oġġetti ta’ l-ikel, ir-rekwiżit għal studji dwar ir-residwi huwa limitat għall-paragun tal-livelli tat-tessut/prodott fi grupp mhux ittrattat u fil-grupp supplimentat bl-ogħla doża mitluba.
Għal speċi maġġuri, l-istudji għandhom jevalwaw fl-istess ħin ir-residwi totali li għandhom sinifikat tossikoloġiku u jidentifikaw il-markatur tar-residwi tas-sustanza attiva fit-tessut li jittiekel (fwied, kliewi, muskoli, ġilda, ġilda + xaħam) u prodotti (ħalib, bajd u għasel). Il-markatur tar-residwi huwa r-residwu magħżul għall-analiżi li l-konċentrazzjoni tiegħu għandha relazzjoni magħrufa mar-residwu totali ta’ tħassib tossikoloġiku fit-tessuti. L-istudji għandhom juru wkoll il-permanenza tar-residwi fit-tessuti jew prodotti biex jiġi stabbilit perjodu xieraq ta’ irtirar.
Biex jiġi determinat perjodu ta’ rtirar, in-numru minimu suġġerit ta’ kampjuni ta' l-annimali u/jew prodotti f'kull punt tal-ħin huma dawn li ġejjin:
|
— |
tessuti li jittieklu:
|
|
— |
prodotti:
|
Għandha tiġi meqjusa d-distribuzzjoni adattata skond is-sessi.
Ir-residwi għandhom jiġu mkejla f’ħin ta’ rtirar ta’ żero (stat stabbli) u talanqas tliet punti oħra tal-ħin kampjunarju.
Għandu jkun hemm provdut proposta għal markatur tar-residwi.
L-istudji dwar l-assorbiment, distribuzzjoni u tneħħija tal-ħmieġ, inkluż l-identifikazzjoni tal-metaboliti prinċipali jridu jsiru fuq l-ispeċi ta’ l-annimali fil-laboratorju li fihom inkiseb l-ibaxx NOAEL, jew b'difolt fil-far (iż-żewġ sessi). Studji oħra dwar metaboliti partikolari jistgħu jkunu meħtieġa jekk dawn il-metaboliti huma magħmula minn speċi mmirati u mhumiex iffurmati sa livell sinifikanti fl-ispeċi tal-laboratorju.
3.2.1.3. Studji metaboliċi u dwar id-dispożizzjoni
Għandu jsir studju dwar il-metaboliżmu inkluż il-bilanċ metaboliku, il-profil metaboliku u l-identifikazzjoni tal-metaboliti prinċipali fl-urina u fil-ħara. Jekk speċi ieħor tal-laboratorju juri differenza sinifikanti fis-sensittività mill-far, tkun meħtieġa informazzjoni addizzjonali.
3.2.1.4. Il-bijodisponibbiltà tar-residwi
L-evalwazzjoni tar-riskji għall-konsumaturi marbuta ma’ residwi marbuta fi prodotti ta’ l-annimali tista’ tqis il-fattur tas-sigurtà addizzjonali dwar id-determinazzjoni tal-bijodisponibbiltà tagħhom permezz ta’ annimali tal-laboratorju adattati u metodi rikonoxxuti.
3.2.2. Studji tossikoloġiċi
Is-sigurtà ta’ l-addittiv hi evalwata abbażi ta' l-istudji tossikoloġiċi magħmula in vitro u in vivo fuq annimali tal-laboratorju. Ġeneralment jinkludu l-kejl ta’:
|
(1) |
tossiċità akuta; |
|
(2) |
ġenotossiċità (mutaġeniċità, klastoġeniċità); |
|
(3) |
tossiċità orali sub-kronika; |
|
(4) |
tossiċità orali kronika/karċinoġeniċità; |
|
(5) |
tossiċità tar-riproduzzjoni inkluż teratoġeniċità; u |
|
(6) |
studji oħra. |
Studji oħra li jipprovdu informazzjoni addizzjonali meħtieġa għall-evalwazzjoni tas-sigurtà tas-sustanza attiva u tar-residwi tagħha għandhom isiru jekk ikun hemm lok għal tħassib.
Abbażi tar-riżultati ta’ dawn l-istudji jrid jiġi stabbilit NOAEL tossikoloġiku.
Jistgħu jkunu meħtieġa studji fuq metaboliti partikolari jekk dawn il-metaboliti jsiru minn speċi mmirati u mhumiex iffurmati sa ammont sinifikanti fl-ispeċi tat-test tal-laboratorju. Jekk jeżistu studji metaboliċi dwar in-nies, għandha titqies id-data meta tiġi deċiża n-natura ta' studji addizzjonali eventwali.
L-istudji tossikoloġiċi jridu jsiru bis-sustanza attiva. Jekk is-sustanza attiva tinsab fi prodott tal-fermentazzjoni, il-prodott tal-fermentazzjoni għandu jiġi ttestjat. Il-prodott tal-fermentazzjoni ttestjat irid ikun identiku għal dak li jrid jintuża fil-prodott kummerċjali.
L-istudji jridu jsiru bl-użu ta’ metodi tat-test validati internazzjonalment u għandhom isiru skond il-leġiżlazzjoni Ewropea fis-seħħ jew il-Linji ta’ Gwida ta’ l-OECD għal dettalji metodoloġiċi u skond il-prinċipji tal-GLP. L-istudji li jinvolvu annimali fil-laboratorju għandhom jirrispettaw ir-regoli dwar il-benessri ta’ l-annimali stipulati bil-leġiżlazzjoni Ewropea u ma għandhomx jiġu mtennija bla bżonn.
3.2.2.1. Tossiċità akuta
Studji dwar it-tossiċità akuta huma meħtieġa biex jikklassifikaw u jipprovdu karatterizzazzjoni limitata tat-tossiċità tal-kompost.
Studji dwar it-tossiċità akuta għandhom isiru f’talaqas żewġ speċi mammiferi. Speċi wieħed tal-laboratorju jista' jiġi sostitwit bi speċi mmirata, jekk jixraq.
Mhux se jkun hemm bżonn li jiġi determinat LD50 preċiż; huwa biżżejjed li ssir determinazzjoni approssimattiva tad-doża minima letali. Id-doża massima ma għandhiex taqbeż l-2 000 mg/kg tal-piż tal-ġisem.
Sabiex jitnaqqas in-numru u s-sofferenza ta’ l-annimali involuti, qed jiġu żviluppati kontinwament protokolli ġodda għall-ittestjar tad-doża tat-tossiċità akuta. L-istudji magħmula minn dawn il-proċeduri l-ġodda se jiġu aċċettati, meta jiġu validati sew.
Il-Linjigwida ta’ l-OECD 402 (tossiċità tal-ġilda akuta), 420 (Metodu bid-Doża Fissa), 423 (Metodu tal-Klassi Tossiku Akut) u 425 (Proċedura ‘l Fuq u ‘l Isfel) għandhom ikunu segwiti.
3.2.2.2. Studji dwar il-ġenotossiċità inkluż il-mutaġeniċità
Biex ikunu identifikati s-sustanzi attivi u, jekk jixraq, il-metaboliti tagħhom u l-prodotti ta’ degradazzjoni b’karatteristiċi mutaġeniċi u ġenotossiċi, trid issir taħlita magħżula ta' testijiet tal-ġenotossiċità differenti. Jekk jixraq it-testijiet għandhom isiru mingħajr u bl-attivazzjoni mammifera metabolika u l-kompatibbiltà tal-materjal tat-test bis-sistema tat-test għandha titqies.
Is-sett prinċipali fih it-testijiet li ġejjin:
|
(1) |
induzzjoni tal-mutazzjonijiet tal-ġene fil-batterji u/jew fiċ-ċelloli mammiferi (preferibbilment l-analiżi tal-limfoma fil-ġrieden tk); |
|
(2) |
induzzjoni ta’ l-aberazzjonijiet kromożomali fiċ-ċelloli mammiferi; u |
|
(3) |
test in vivo fi speċi mammiferi. |
Jistgħu jkunu meħtieġa testijiet addizzjonali li jiddependu fuq ir-riżultat tat-testijiet imsemmija hawn fuq u li jqisu l-profil tossiku kollu tas-sustanza, kif ukoll ta’ l-użu intiż tiegħu.
Il-protokolli għandhom ikunu konformi mal-Linjigwida ta’ l-OECD 471 (Salmonella typhimurimu Test tal-Mutatazzjoni b’Lura), 472 (Escherichia coli Test tal-Mutazzjoni b’Lura), 473 (in vitro Test ta’ l-Aberrazzjoni Kromożali tal-Mammiferi), 474 (Test Mikronukleu ta' l-Erythrocyte tal-Mammiferi), 475 (Test ta' l-Aberrazzjoni Kromożali tal-Mudullun ta' l-Għadam tal-Mammiferi) 476 (in vitro Test tal-Mutazzjoni tal-Ġene taċ-Ċelloli Mammiferi) jew 482 (Sinteżi Mhux Skedata tad-DNA fiċ-Ċelloli Mammiferi in vitro), kif ukoll Linji ta' Gwida ta' l-OECD oħra rilevanti għal analiżi in vitro u in vivo.
3.2.2.3. Studji dwar it-tossiċità orali b’doża sub-kronika ripetuta
Biex jiġi investigat il-potenzjal sub-kroniku tas-sustanza attiva, talanqas irid jiġi sottomess studju wieħed fuq speċi ta’ annimali gerriema li jtulu talanqas 90 ġurnata. Jekk jitqies meħtieġ, irid isir studju ieħor bl-ispeċi li mhumiex tat-tip gerriema. L-oġġett tat-test irid isir b’mod orali b’talanqas tliet livelli flimkien ma’ grupp ikkontrollat biex jinkiseb rispons għad-doża. Id-doża massima normalment għandha tkun mistennija li tagħti evidenza ta' effetti ħżiena. L-ibaxx livell tad-doża ma għandux ikun mistenni li jipproduċi xi evidenza ta’ tossiċità.
Il-protokolli għal dawn l-istudji għandhom ikunu konformi mal-Linjigwida ta’ l-OECD 408 (annimali gerriema) jew 409 (annimali mhux gerriema).
3.2.2.4. Studji dwar it-tossiċità kronika orali (inkluż studji dwar il-karċinoġeniċità)
Biex ikun investigat il-potenzjal tossiku kroniku u l-potenzjal karċinoġeniku, irid isir studju tat-tossiċità kronika orali f'talanqas speċi wieħed, u għandu jkun twil talanqas 12-il xahar. L-ispeċi magħżula jridu jkunu l-aktar adattati abbażi tad-data xjentifika kollha disponibbli, inkluż ir-riżultati ta’ l-istudju ta’ 90 ġurnata. L-ispeċi b’difolt huwa l-far. Jekk ikun meħtieġ studju ieħor, għandu jintuża annimal gerriemi jew speċi mammiferu li mhux gerriem. L-oġġett tat-test irid isir b’mod orali b’talanqas tliet livelli flimkien ma’ grupp ikkontrollat biex tinkiseb rispons għad-doża.
Jekk l-istudju dwar it-tossiċità kroniku jiġi mħallat ma’ eżami tal-karċinoġeniċità, imbagħad it-tul għandu jiġi estiż għal 18-il xahar għall-ġrieden u l-ħamsters, u għal 24 xahar għall-firien.
L-istudji dwar il-karċinoġeniċità jistgħu ma jkunux meħtieġa jekk is-sustanza attiva u l-metaboliti tagħha:
|
(1) |
kontinwament jagħtu riżultati negattivi fit-testijiet dwar il-ġenotossiċità; |
|
(2) |
mhux relatati strutturalment ma' karċinoġeni magħrufa; u |
|
(3) |
ma jagħtu l-ebda effetti indikattivi tan-neoplażja potenzjali fl-analiżi tat-tossiċità kronika. |
Il-protokolli għandhom ikunu konformi mal-Linjagwida ta’ l-OECD 452 (studju dwar it-tossiċità kronika) jew 453 (studju mħallat dwar it-tossiċità kronika/l-karċinoġenità).
3.2.2.5. Studji dwar it-tossiċità riproduttiva (inkluż studji dwar it-tossiċità li tiżviluppa qabel it-twelid)
Biex tkun identifikata l-ħsara possibbli għas-saħħa tal-funzjoni riproduttiva ta’ l-irġiel jew in-nisa jew effetti dannużi fuq wild il-bniedem li jirriżultaw mill-għoti tas-sustanza attiva, iridu jsiru studji dwar il-funzjoni riproduttiva permezz ta':
|
(1) |
studju dwar it-tossiċità riproduttiva fuq żewġ ġenerazzjonijiet; u |
|
(2) |
studju dwar it-tossiċità li tiżviluppa qabel it-twelid (studju dwar it-teratoġeniċità). |
Għal provi ġodda jistgħu jintużaw metodi alternattivi validati li jnaqqsu l-użu ta’ annimali.
3.2.2.5.1. Studju dwar it-tossiċità riproduttiva fuq żewġ ġenerazzjonijiet
L-istudji dwar il-funzjoni riproduttiva jridu jsiru u jestendu fuq talanqas żewġ ġenerazzjonijiet ta’ tfal (F1, F2) f’talanqas speċi waħda, normalment xi annimal gerriemi, u jistgħu jiġu mħallta ma' studju dwar it-teratoġeniċità. Is-sustanza investigata għandha tingħata oralment lill-irġiel u lin-nisa fi żmien adattat qabel it-tgħammir. L-għoti għandu jibqa' sejjer sakemm isiru l-frieħ il-ġenerazzjoni F2.
Il-fertilità kollha rilevanti, il-ġestazzjoni, meta twelid, l-imġiba materna, it-treddigħ, it-tkabbir u l-iżvilupp tat-tarbija F1 mill-fertilizzazzjoni sal-maturità u l-iżvilupp tat-tarbija F2 sa meta ssir ferħ irid jiġi osservat sew u rappurtat. Il-protokolli għall-istudju dwar it-tossiċità riproduttiva għandhom ikunu konformi mal-Linjagwida ta’ l-OECD 416.
3.2.2.5.2. Studju dwar it-tossiċità li tiżviluppa qabel it-twelid (studju tat-teratoġeniċità)
L-għan huwa li jinstab kull effett ħażin fuq in-nisa tqal u fuq l-iżvilupp ta' l-embrijun u l-fetu b’riżultat ta' espożizzjoni mill-impjantazzjoni tul il-perjodu kollu ta' ġestazzjoni. Dawk l-effetti jinkludu tossiċità miżjuda fin-nisa tqal, mewt ta' embrijun-fetu, tibdil fit-tkabbir tal-fetu u abnormalitajiet strutturali u anomaliji fil-fetu.
Il-far huwa normalment l-ispeċi magħżul għall-ewwel studju. Jekk ikun osservat riżultat negattiv jew ekwivoku għat-teratoġeniċità, għandu jsir studju ieħor dwar it-tossiċità li tiżviluppa fi speċi ieħor, preferibbilment fil-fenek. Jekk l-istudju dwar il-far huwa pożittiv għat-teratoġeniċità, mhux meħtieġ studju fuq speċi oħra ħlief fejn reviżjoni ta' l-istudji kollha ewlenin tindika li l-ADI jkun ibbażat fuq it-teratoġeniċità fil-far. F’dak il-każ studju fi speċi oħra jkun meħtieġ biex jiddetermina l-aktar speċi sensittiva għal dan il-punt aħħari. Il-protokolli għandhom ikunu konformi mal-Linjagwida ta’ l-OECD 414.
3.2.2.6. Studji oħra speċifiċi tossikoloġiċi u farmakoloġiċi
Għandhom isiru aktar studji li jipprovdu informazzjoni addizzjonali utli għall-evalwazzjoni tas-sigurtà tas-sustanza attiva u tar-residwi tagħha jekk ikun hemm lok għal tħassib. Dawn l-istudji jistgħu jinkludu eżaminazzjoni ta’ l-effetti farmakoloġiċi, l-effetti fl-annimali mhux adulti (prepubertà), immunotossiċità jew newrotossiċità.
3.2.2.7. Determinazzjoni tal-Livelli Bla Ebda Effett Ħażin Osservat (NOAEL)
L-NOAEL hu ġeneralment ibbażat fuq effetti tossikoloġiċi, iżda l-effetti farmakoloġici jistgħu xi kultant ikunu aktar adattati.
L-NOAEL l-aktar baxx għandu jkun magħżul. Is-sejbiet kollha mit-taqsimiet ta’ qabel flimkien mad-data l-oħra kollha rilevanti ppubblikati (inkluż kull informazzjoni rilevanti dwar l-effetti tas-sustanza attiva fuq in-nies) u informazzjoni, fejn jixraq, dwar il-kimiċi li jkollhom struttura kimika relatata mill-qrib għandhom jitqiesu meta jiġi identifikat il-NOAEL l-aktar baxx, imfisser bħala mg għal kull kg ta' piż tal-ġisem fil-ġurnata.
3.2.3. Evalwazzjoni tas-sigurtà tal-konsumatur
Is-sigurtà tal-konsumatur hi evalwata b’paragun ta’ l-ADI stabbilit (Konsum Aċċettabbli għal Kuljum) u l-konsum teoretiku kkalkulat ta’ l-addittiv jew tal-metaboliti tiegħu mill-ikel. Fil-każ ta’ vitamini u elementi traċċa, l-UL (Livell Ogħla ta’ Konsum Tollerabbli) jista’ jintuża’ minflok l-ADI.
3.2.3.1. Proposta tal-Konsum Aċċettabbli għal Kuljum (ADI) għas-sustanza(/i) attiva(/i)
Il-Konsum Aċċettabbli għal Kuljum (ADI) (imfisser bħala mg ta’ addittiv jew materjal marbut ma’ l-addittiv għal kull persuna fil-ġurnata) hu mnissel billi jiġi diviż l-NOAEL l-aktar baxx (mg kull kg ta' piż tal-ġisem) b'fattur tas-sigurtà adattat u jiġi multiplikat bil-piż tal-ġisem medju tal-bniedem ta' 60 kg.
Fejn jixraq, għandu jiġi propost, ADI. ADI jista' wkoll ma “jkunx speċifikat” minħabba t-tossiċità baxxa fit-testijiet ta’ l-annimali. ADI ma għandux jiġi propost jekk is-sustanza turi l-karatteristiċi ġenotossiċi jew karċinoġeniċi rilevanti għan-nies.
L-iffissar ta’ ADI normalment jirrikjedi li jkun simili d-destin metaboliku tas-sustanza attiva fl-annimali fil-mira u fl-annimali tal-laboratorju (ara 3.2.1.4 Bijodisponibbiltà tar-residwi) li tiżgura li l-konsumaturi huma esposti għall-istess residwi bħall-annimali tal-laboratorju użati fi studji tossikoloġiċi. Jekk le, l-istudji addizzjonali fi speċi oħra ta’ annimali fil-laboratorju jew mal-metaboliti speċifiċi għall-ispeċi fil-mira jistgħu xorta jagħtu lok li jiġi ffissat ADI.
Il-fattur tas-sigurtà użat biex ikun determinat l-ADI għal addittiv partikolari jrid iqis in-natura ta’ l-effetti bijoloġiċi u l-kwalità tad-data użata biex tidentifika l-NOAEL, ir-rilevanza ta' dawn l-effetti fuq il-bniedem u r-riversibbiltà tagħhom u kull għarfien ta' l-effett(i) diretti tar-residwi fin-nies.
Għandu jintuża’ fattur tas-sigurtà ta’ mill-anqas 100 meta jiġi kkalkulat l-ADI (jekk ġie provdut pakkett tossikoloġiku sħiħ). Jekk teżisti data dwar is-sustanza attiva għan-nies, jista' jkun aċċettat fattur tas-sigurtà ibaxx. Fatturi tas-sigurtà ogħla jistgħu jiġu applikati biex iqisu s-sorsi addizzjonali tan-nuqqas ta’ ċertezza tad-data jew fejn l-NOAEL hu ssettjat abbażi tal-punt aħħari kritiku partikolari, bħat-teratoġeniċità.
3.2.3.2. Livell Ogħla ta’ Konsum Tollerabbli (UL)
Għal xi addittivi jista’ jkun aktar adattat li l-evalwazzjoni tas-sigurtà tiġi bbażata fuq l-UL, li huwa l-livell massimu ta’ konsum kroniku totali ta’ kuljum ta’ nutrijent (mis-sorsi kollha) ġudikati (minn korpi xjentifiċi nazzjonali jew internazzjonali) li ma għandhomx tendenza li jkunu ta’ riskju ta’ effetti ħżiena fuq is-saħħa għall-konsumaturi jew għal gruppi speċifiċi ta’ konsumaturi.
Id-dossier għandu jkun fih data li turi li l-użu ta’ l-addittiv jista’ jwassal għal qagħda li fih l-UL jista’ jinqabeż meta wieħed iqis is-sors kollha possibbli tan-nutrijent.
Jekk il-livelli tar-residwi li jirriżultaw ta' l-addittiv nutrizzjonali jew tal-metabolit(i) tiegħu fi prodotti li ġejjin mill-annimali huma ogħla minn dak li hu meqjus normali jew mistenni għal dawn il-prodotti, dan għandu jkun indikat sew.
3.2.3.3. Espożizzjoni tal-konsumatur
Il-konsum totali ta’ l-addittiv u/jew tal-metaboliti tiegħu mis-sorsi kollha mill-konsumatur għandu jkun taħt l-ADI jew l-UL.
Il-kalkolu tal-konsum teoretiku mill-ikel li ġej mill-annimali għandu jsir billi titqies il-konċentrazzjoni (residwi totali bħala l-medja aritmetika u l-ogħla valur waħdu) mkejjel f’tessuti u prodotti meta l-addittiv ma jibqax jintuża’. Barra minn hekk, jekk ikun hemm bżonn, fil-ħinijiet differenti ta’ l-irtirar, il-valuri tal-konsum ta’ ikel min-nies għal kuljum għandhom jiġu determinati skond xenarju ta’ l-agħar każ.
Għall-addittivi intiżi għal diversi speċi, l-espożizzjoni mit-tessuti għandha tkun ikkalkulata indipendentement għall-mammiferi, l-għasafar u l-ħut u jittieħed l-ogħla valur. Fejn jixraq, l-espożizzjoni mill-ħalib u l-bajd għandha tiġi miżjuda ma’ din il-figura. Per eżempju, fejn addittiv jiġi applikat għall-mammiferi li jipproduċu l-ħalib u l-għasafar li jbidu, l-ogħla valuri rispettivi tat-tessut li jittieklu jiġu miżjuda ma’ dawk għall-konsum tal-ħalib u tal-bajd. Fejn l-addittiv jiġi applikat għall-ħut u l-għasafar li jbidu u l-mammiferi li jipproduċu l-ħalib, l-ogħla valuri rispettivi tat-tessut li jittiekel jiġu miżjuda ma’ dawk għall-konsum tal-bajd u l-ħalib. Taħlitiet oħra għandhom jiġu maħsuba bl-istess mod.
F’ċerti sitwazzjonijiet (eż. xi addittivi nutrizzjonali u tas-sensi jew addittivi intiżi għal speċi minuri) jista' jkun xieraq li tiġi raffinata sussegwentement l-evalwazzjoni ta' l-espożizzjoni umana bl-użu ta' figuri tal-konsum aktar realistiċi, iżda xorta jżommu l-aktar approċċ konservattiv. Fejn dan huwa possibbli dan għandu jkun ibbażat fuq data Komunitarja.
Tabella 1
Figuri dwar il-konsum uman teoretiku ta’ kuljum (g tessuti jew prodotti)
|
|
Mammiferi |
Għasafar |
Ħut |
Oħrajn |
|
Muskoli |
300 |
300 |
300 (*1) |
|
|
Fwied |
100 |
100 |
— |
|
|
Kliewi |
50 |
10 |
— |
|
|
Xaħam |
50 (*2) |
90 (*3) |
— |
|
|
+Ħalib |
1 500 |
— |
— |
|
|
+Bajd |
— |
100 |
— |
|
|
+Għasel |
|
|
|
20 |
3.2.3.4. Proposta għal Limiti ta’ Residwi Massimi (MRLs)
Il-limitu massimu ta’ residwi jfisser il-konċentrazzjoni massima ta’ residwi (imfissra bħala μg markatur tar-residwi għal kull kg ta’ tessut jew prodott imxarrab li jittiekel) li jista’ jiġi aċċettat mill-Komunità li huwa legalment permess jew rikonoxxut bħala aċċettabbli fl-ikel. Huwa bbażat fuq it-tip u l-ammont ta’ residwi meqjusa li huma mingħajr kull periklu tossikoloġiku għal saħħet il-bniedem kif imfissra mill-ADI. MRL ma jistax jiġi ssettjat fin-nuqqas ta’ ADI.
Meta jkunu qed jiġu stabbiliti l-MRLs għall-addittivi fl-għalf, għandhom jitqiesu wkoll ir-residwi li ġejjin minn sorsi oħra (eż. ikel li ġej mill-pjanti). Barra minn hekk, l-MRL jista’ jiġi mnaqqas biex ikun konsistenti mal-kondizzjonijiet ta’ l-użu ta’ l-addittivi ta’ l-għalf u sa fejn il-metodi analitiċi prattiċi huma disponibbli.
Fejn jixraq, MRLs individwali (imfissra bħala mg markatur tar-residwi għal kull kg ta’ tessut jew prodott naturali li jittiekel) għandhom jiġu ffissati għat-tessuti jew prodotti differenti ta’ l-ispeċi ta’ l-annimali fil-mira. L-MRLs individwali fit-tessuti jew prodotti differenti għandhom jirriflettu l-kinetika tat-tneħħija u l-varjabbiltà tal-livelli ta’ residwi fi ħdan dawk it-tessuti/prodotti fl-ispeċi ta’ l-annimali intiżi għall-użu. Il-varjabbiltà għandha normalment tiġi riflessa billi jintuża’ 95 % tal-limitu ta’ kunfidenza tal-medja. Jekk il-limitu ta’ kunfidenza ma jistax jiġi kkalkulat minħabba numru baxx ta’ kampjuni, il-varjabbiltà tiġi mfissra billi jitqies l-ogħla valur individwali minflok.
L-istudji li jikkonċernaw l-Limiti Massimi ta’ Residwi tal-coccidiostats u l-histomonostats iridu jsiru billi jsegwu r-regoli xierqa fis-seħħ għall-prodotti veterinarji mediċinali (Volum 8 “Ir-regoli li jirregolaw il-prodotti mediċinali fl-Unjoni Ewropea – Avviż għall-applikanti u linji gwida. Prodotti veterinarji mediċinali. It-twaqqif ta’ limiti massimi ta’ residwi (MRLs) għar-residwi ta’ prodotti veterinarji mediċinali fl-oġġetti ta’ l-ikel li ġejjin mill-annimali”. Ottubru 2005).
L-istudji biex jistabbilixxu l-Limiti Massimi ta’ Residwi għall-kategoriji ta’ addittivi minbarra l-coccidiostats u l-histomonostats, fejn jixraq, għandhom jiġu provduti skond dan l-Anness.
Biex tkun determinata l-espożizzjoni tal-konsumatur għar-residwi totali (kif ikkalkulat taħt 3.2.3.3.), l-MRLs proposti għat-tessuti jew il-prodotti differenti għandhom iqisu l-proporzjon ta’ markatur tar-residwi mar-residwi totali (Tabella 2).
Tabella 2
Definizzjonijiet użati fit-tnissil ta’ MRL
|
i-j |
Tessuti/prodotti individwali (fwied, kliewi, muskoli, ġilda + xaħam, ħalib, bajd, għasel) f’ħinijiet differenti |
|
MRLi-j |
Limitu massimu ta’ residwi fit-tessuti/prodotti (mg sustanza markatur kg-1) |
|
Qti-j |
Konsum uman ta’ kuljum ta’ tessuti/prodotti individwali (kg) stabbilit bit-Tabella 1 jew oħra raffinata minnha |
|
TRCi-j |
Konċentrazzjoni totali ta’ residwi fit-tessuti/prodotti individwali (mg kg-1) |
|
MRCi-j |
Konċentrazzjoni tal-markatur residwi f’tessuti/prodotti individwali (mg kg-1) |
|
RMTRi-j |
Proporzjon MRCi-j għal TRCi-j għal tessuti/prodotti individwali |
|
DITRi-j |
Konsum tad-dieta għal tessuti/prodotti individwali kkalkulat mir-residwi totali (mg) DITRi-j = Qti-j x TRCi-j |
|
DITRMRLi-j |
Konsum tad-dieta kkalkulat mill-MRLs (mg) ta' tessuti/prodotti individwali DITRMRLi-j = Qti-j x MRLi-j x RMTRi-j -1 |
Il-valuri mkejla għal TRC u MRC għandhom jiddaħħlu kif jixraq fil-mudell indikat fit-Tabella 3, u l-valuri l-oħra jiġu kkalkulati. Meta ma jkunx jeżisti sett sħiħ ta’ data minħabba li l-valuri jaqgħu taħt il-limitu ta’ detezzjoni (LOD), tista’ tiġi aċċettata estrapolazzjoni ta’ RMTR.
It-tnissil ta’ MRL jista’ jsir biss jekk it-total tad-DITRs individwali huwa inqas mill-ADI. Jekk l-ADI jinqabeż, bħala alternattiva tista’ tintuża’ data minn ħin ta’ irtirar itwal jew minn dożi ibaxx. Proposta minn tal-bidu għall-MRL tista’ tinkiseb permezz tal-valur ta’ l-MRC bħala gwida u billi jitqies l-LOQ tal-metodu analitiku. It-total tad-DITRMRL miksub mill-MRLs proposti jrid ikun inqas mill-ADI u qrib it-total tad-DITRs individwali. Jekk l-ADI jinqabeż, imbagħad għandu jiġi propost MRL ibaxx u l-paragun jiġi mtenni.
Għal ċerti addittivi, ir-residwi jistgħu jinħolqu taħt il-valuri ta’ l-MRL fil-ħalib, fil-bajd jew fil-laħam li jistgħu minkejja kollox jinterferixxu mal-kwalità ta’ l-ikel b’mod partikolari l-proċeduri ta’ ipproċessar ta’ l-ikel. Għal dawk l-addittivi, jista’ jkun xieraq li jitqies ‘residwu massimu (prodott ta’ l-ikel) kompatibbli ta' l-ipproċessar’ (MPCR) minbarra li jiġu stabbiliti l-valuri ta' l-MRL.
Tabella 3
Mudell għat-tnissil ta’ proposta ta’ l-MRL
|
|
Fwied |
Kliewi |
Muskoli |
Ġilda + xaħam |
Ħalib |
Bajd |
Għasel |
Total |
|
TRC (12) (mg kg-1) |
|
|
|
|
|
|
|
— |
|
MRC (13) (mg kg-1) |
|
|
|
|
|
|
|
— |
|
RMTR (13) |
|
|
|
|
|
|
|
— |
|
DITR (14) (mg) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
MRL propost (mg kg-1) |
|
|
|
|
|
|
|
— |
|
DITRMRL(mg) |
|
|
|
|
|
|
|
|
3.2.3.5. Proposta għal perjodu ta’ rtirar
Il-ħin ta’ l-irtirar hu magħmul mill-perjodu wara li tispiċċa l-amministrazzjoni ta’ l-addittiv li hu meħtieġ biex il-livelli tar-residwi jkunu jistgħu jaqgħu taħt l-MRLs.
3.3. Studji li jikkonċernaw is-sigurtà ta’ l-użu ta’ l-addittiv għall-utenti/ħaddiema
Il-ħaddiema jistgħu jkunu esposti prinċipalment mix-xamm jew mill-espożizzjoni topika waqt li jkunu qed jiffabbrikaw jew iqandlu jew jużaw l-addittiv. Per eżempju, ħaddiema tal-farm huma esposti potenzjalment meta jqandlu jew iħawdu l-addittiv. Għandha tingħata aktar informazzjoni dwar kif is-sustanzi għandhom jiġu mqandla.
Għandha tiġi inkluża valutazzjoni tar-riskju għall-ħaddiema. Meta teżisti, l-esperjenza fl-impjant tal-fabbrikazzjoni hi ħafna drabi sors ta' informazzjoni importanti fil-valutazzjoni tar-riskji għall-ħaddiema mill-espożizzjoni għall-addittiv innifsu kemm li tgħaddi mill-arja kif ukoll b'mod topiku. Ta’ tħassib partikolari huma l-addittivi/għalf trattat bl-addittiv u/jew il-ħmieġ ta’ l-annimali, li huma, jew jistgħu jwasslu, għal forma ta’ trab niexef, u l-addittivi ta’ l-għalf li jista’ jkollhom potenzjal allerġeniku.
3.3.1. Valutazzjoni tossikoloġika tar-riskju għas-sigurtà ta’ l-utenti/tal-ħaddiema
Ir-riskji għall-ħaddiema għandhom jiġu evalwati f’serje ta' studji bl-użu ta' l-addittiv fil-forma li għaliha ġiet sottomessa l-applikazzjoni. Studji dwar it-tossiċità akuta mix-xamm għandhom isiru sakemm il-prodott ma għandux tendenza li jifforma trab jew nida respirabbli. L-istudji dwar l-irritazzjoni fil-ġilda jridu jsiru, u jekk dawn jagħtu riżultati negattivi, għandha tiġi evalwata l-irritazzjoni fil-membrana mukuża (eż. l-għajnejn). Il-potenzjal allerġeniku/il-potenzjal tas-sensibbilità tal-ġilda għandhom jiġu evalwati wkoll. Id-data dwar it-tossiċità ġġenerata biex tilħaq is-sigurtà tal-konsumatur (ara 3.2.2) għandha tintuża’ biex tevalwa t-tossiċità sistemika potenzjali ta’ l-addittiv. Dawn kollha għandhom jiġu evalwati, jekk hemm bżonn, permezz ta’ kejl dirett u studji speċifiċi.
3.3.1.1. L-effetti fuq is-sistema respiratorja
Għandha tingħata evidenza li l-livelli ta’ trab jew nida fl-arja ta' l-addittiv ma joħolqux periklu għal saħħet l-utenti/il-ħaddiema. Din l-evidenza għandha tinkludi, fejn hemm bżonn:
|
— |
testijiet dwar ix-xamm fuq l-annimali tal-laboratorju; |
|
— |
data epidemjoloġika ppubblikata u/jew id-data stess ta’ l-applikanti fuq l-impjant tax-xogħol tagħha u/jew l-irritazzjoni; u |
|
— |
testijiet dwar is-sensibbilità tas-sistema respiratorja. |
Għandhom isiru studji dwar it-tossiċità akuta mix-xamm jekk il-partikuli jew il-qatriet b’dijametru ta’ inqas minn 50 μm joħolqu aktar minn 1 % bil-piż tal-prodott.
Il-protokolli għall-istudji dwar it-tossiċità akuta mix-xamm għandhom ikunu konformi mal-Linjagwida ta’ l-OECD 403. Jekk ikunu meqjusa meħtieġa studji dwar it-tossiċità sub-kronika, huma għandhom isegwu l-Linjigwida ta' l-OECD 412 (Tossiċità mix-Xamm ta' Doża Ripetuta: studju ta' 28 ġurnata jew 14-il ġurnata) jew 413 (Tossiċità Sub-kronika mix-Xamm: studju ta’ 90 ġurnata).
3.3.1.2. L-effetti fuq l-għajnejn u l-ġilda
Meta jkun hemm, għandha tingħata evidenza diretta tan-nuqqas ta’ irritazzjoni u/jew sensibbilità provduta minn sitwazzjonijiet umani magħrufa. Din għandha tiġi supplimentata minn sejbiet minn testijiet fuq l-annimali validati għall-irritazzjoni tal-ġilda u ta’ l-għajnejn, u għall-potenzjal tas-sensibbilità bl-użu ta’ l-addittiv xieraq. Potenzjal allerġiku – il-potenzjal tas-sensibbilità tal-ġilda għandu jiġi evalwat ukoll. Il-protokolli għal dawn l-istudji għandhom ikunu konformi mal-Linjigwida ta’ l-OECD 404 (Irritazzjoni/Korrużjoni tal-Ġilda), 405 (Irritazzjoni/Korrużjoni ta’ l-Għajnejn), 406 (Sensibbilità tal-Ġilda), 429 (Sensibbilità tal-Ġilda – analiżi tal-lymph-node lokali).
Jekk ikunu magħrufa l-karatteristiċi korrużivi, jew permezz ta’ data ppubblikata jew permezz ta’ testijiet in vitro speċifiċi, ma għandhomx isiru aktar testijiet in vivo.
It-tossiċità tal-ġilda għandha titqies, jekk l-addittiv ikun tossiku mix-xamm. L-istudji jridu jkunu konformi mal-Linjagwida ta’ l-OECD 402 (Tossiċità tal-Ġilda Akuta).
3.3.1.3. Tossiċità sistemika
Id-data dwar it-tossiċità ġġenerata biex tilħaq is-sigurtà tal-konsumaturi u rekwiżiti oħra (inkluż tossiċità minn doża ripetuta, mutaġeniċità, karċinoġeniċità u ttestjar riproduttiv u destin metaboliku) għandhom jintużaw biex jevalwaw it-tossiċità sistemika.
3.3.1.4. Valutazzjoni ta’ l-espożizzjoni
Għandha tingħata informazzjoni dwar kif l-użu ta’ l-addittiv għandu tendenza li jwassal għal espożizzjoni mill-mezzi kollha (mix-xamm, mill-ġilda jew billi jinbela’). Din l-informazzjoni għandha tinkludi valutazzjoni kwantitattiva, fejn hemm, bħall-konċentrazzjoni tipika mill-arja, kontaminazzjoni mill-ġilda jew għax tinbela’. Fejn ma teżistix informazzjoni kwantitattiva, għandha tingħata informazzjoni biżżejjed biex tkun tista' ssir valutazzjoni adegwata ta' l-espożizzjoni.
3.3.2. Miżuri għall-kontroll ta’ l-espożizzjoni
Permezz ta’ l-informazzjoni mill-valutazzjoni dwar it-tossikoloġija u l-espożizzjoni, għandha tittieħed konklużjoni dwar ir-riskji għal saħħet l-utenti/il-ħaddiema (xamm, irritazzjoni, sensibbilità u tossiċità sistemika). Jistgħu jiġu proposti miżuri ta’ prekawzjoni biex inaqqsu jew jeliminaw l-espożizzjoni. Minkejja dan, l-użu ta’ mekkaniżmi personali protettivi għandhom jitqiesu biss bħala miżura aħħarija għall-protezzjoni kontra kull riskju residwali la darba jkunu fis-seħħ il-miżuri ta' kontroll. Preferibbilment, per eżempju, għandha titqies il-formulazzjoni mill-ġdid tal-prodott.
3.4. Studji li jikkonċernaw is-sigurtà ta’ l-użu ta’ l-addittiv għall-ambjent
Il-konsiderazzjoni ta’ l-impatt ambjentali ta’ l-addittivi hija importanti minħabba li l-amministrazzjoni ta’ l-addittivi ġeneralment tiġri fuq perjodi twal, ħafna drabi tinvolvi gruppi kbar ta’ annimali u s-sustanza(/i) attiva(/i) tista'/jistgħu tinħareġ/jinħarġu f’ammont kbir jew bħala kompost ġenitur jew il-metaboliti tiegħu.
Biex ikun determinat l-impatt ambjentali ta’ l-addittivi, għandu jittieħed approċċ f’diversi passi. L-addittivi kollha jridu jiġu evalwati permezz ta’ l-Fażi I sabiex ikunu identifikati dawk l-addittivi li ma jeħtiġux aktar ittestjar. Għall-addittivi l-oħra hi meħtieġa valutazzjoni f’fażi oħra (Fażi II) biex tipprovdi informazzjoni addizzjonali, li abbażi tagħha aktar studji jistgħu jitqiesu neċessarji. Dawn l-istudji għandhom isiru skond id-Direttiva 67/548/KEE.
3.4.1. Valutazzjoni tal-Fażi I
L-għan tal-valutazzjoni tal-Fażi I huwa li jiġi determinat jekk hemmx tendenza ta’ effett ambjentali sinifikanti ta’ l-addittiv jew tal-metaboliti tiegħu u jekk hiex meħtieġa valutazzjoni tal-Fażi II (ara s-siġra deċiżiva).
Tista’ ssir eżenzjoni mill-valutazzjoni tal-Fażi II abbażi ta’ wieħed minn żewġ kriterji, sakemm mhemmx evidenza bbażata xjentifikament għal tħassib:
|
(a) |
in-natura kimika u l-effett bijoloġiku ta’ l-addittiv u l-kondizzjonijiet dwar l-użu tiegħu jindikaw li l-impatt se jkun negliġibbli, jiġifieri fejn l-addittiv hu:
|
|
(b) |
il-Konċentrazzjoni Ambjentali Prevista (PEC) fl-agħar każ hija baxxa ħafna biex tkun ta' tħassib. Il-PEC għandha tiġi evalwata għal kull parti ta’ tħassib (ara hawn taħt), billi wieħed jassumi li 100 % tad-doża inġerita tintrema 'l barra bħala kompost ġenitur. |
Jekk l-applikant ma jistax juri li l-addittiv jaqa’ f’waħda minn dawn il-kategoriji ta’ eżenzjoni, se tkun meħtieġa valutazzjoni tal-Fażi II.
3.4.1.1. Addittivi għall-annimali terrestri
Meta d-demel tal-bhejjem jiġi applikat fuq l-art, l-użu ta' l-addittivi ta' l-għalf jista' jwassal għall-kontaminazzjoni tal-ħamrija, ta' l-ilma ta' taħt l-art, u ta' l-ilma tal-wiċċ (mid-drenaġġ u minn dak li jaħrab).
L-agħar każ ta’ PEC għall-ħamrija (PECsoil) jista' jinħoloq meta jitqiesu l-komposti kollha tal-ħmieġ li jitferrxu fuq l-art. Jekk il-PECsoil (difolt: 5 ċm fond) tkun inqas minn 10 μg/kg, ma jkunx hemm bżonn ta’ aktar valutazzjonijiet.
Jekk il-PEC għall-kontaminazzjoni ta’ l-ilma ta’ taħt l-art (PECgw) tkun inqas minn 0,1 μg/l, l-ebda valutazzjoni fil-Fażi II ta’ l-impatt ambjentali ta’ l-addittiv jew ta’ l-ilma ta’ taħt l-art ma tkun tinħtieġ.
3.4.1.2. Addittivi għall-annimali akwatiċi
L-addittivi ta’ l-għalf użati fl-akwakultura jistgħu jwasslu għall-kontaminazzjoni tan-naqal u ta’ l-ilma. Il-parti ta’ tħassib għall-valutazzjoni ambjentali tar-riskju għall-ħut li jitkabbar f’gaġeġ hu meqjus li hu n-naqal. Għall-ħut li jitkabbar f’sistemi fuq l-art id-drenaġġ mill-ħmieġ li jfur għall-ilma fil-wiċċ hu meqjus bħala l-aktar riskju ambjentali.
L-agħar każ ta’ PEC għan-naqal (PECsediment) jinħoloq meta wieħed iqis il-komposti kollha tal-ħmieġ li jiġu depożitati fin-naqal. Jekk il-PECsediment (difolt: 20 ċm fond) huwa inqas minn 10 μg/kg piż imxarrab, ma jkunx hemm bżonn ta’ aktar valutazzjonijiet.
Jekk il-PEC fl-ilma tal-wiċċ (PECsw) ikun inqas minn 0,1 μg/l, ma jkunx hemm bżonn ta’ aktar valutazzjonijiet.
Fażi I — Siġra deċiżiva
L-addittiv huwa sustanza fiżjoloġika/naturali tas-sigurtà stabbilita?
LE
IVA
STOP
L-addittiv huwa maħsub biss għal annimali li ma jipproduċux ikel?
LE
IVA
STOP
GĦAL ADDITTIVI UŻATI FI SPEĊI TERRESTRI
L-addittiv għandu PEC fl-ilma ta’ taħt l-art ≥ 0.1 µg/l jew PEC ħamrija ≥ 10 µg/kg?
GĦAL ADDITTIVI UŻATI FI SPEĊI AKWATIĊI
L-addittiv għandu PEC fl-ilma tal-wiċċ ≥ 0.1 µg/l jew PEC ħamrija ≥ 10 µg/ kg?
LE
IVA
LE
IVA
STOP
FAŻI II
STOP
FAŻI II
3.4.2. Valutazzjoni fil-Fażi II
L-għan tal-Fażi II huwa li tevalwa l-potenzjal li l-addittivi għandhom biex jaffettwaw speċi mhux immirati fl-ambjent, inkluż kemm l-ispeċi akwatiċi kif ukoll dawk terrestri jew biex jilħqu l-ilma ta’ taħt l-art f’livelli inaċċettabbli. Mhux prattiku li jiġu evalwati l-effetti ta’ l-addittivi fuq kull speċi fl-ambjent li tista’ tkun esposta għall-addittiv wara li jiġi amministrat fuq l-ispeċi mmirati. Il-livelli tassonomiċi ttestjati huma intiżi li jservu bħala sostituti jew indikaturi għall-firxa ta’ speċi li hemm fl-ambjent.
Il-valutazzjoni tal-Fażi II hi bbażata fuq approċċ tal-kwozjent tar-riskju, fejn il-PEC ikkalkulat u l-valuri Previsti tal-Konċentrazzjoni Bla Ebda Effett (PNEC) għal kull parti għandhom jiġu mqabbla. Il-PNEC hu determinat minn punti aħħarija determinati b’mod esperimentali billi jiġu diviżi b’fattur ta’ l-evalwazzjoni adattat. Il-valur tal-PNEC għandu jiġi kkalkulat għal kull parti.
Il-valutazzjoni tal-Fażi II tibda b’irfinar tal-PEC jekk jista’ jkun, u tuża’ approċċ f’żewġ partijiet għall-valutazzjoni tar-riskju ambjentali.
L-ewwel livell, Fażi IIA, tuża’ numru limitat ta’ studji dwar id-destin u l-effett biex tipproduċi valutazzjoni konservattiva tar-riskju bbażata fuq l-espożizzjoni u l-effetti fil-parti ambjentali ta’ tħassib. Jekk il-proporzjon tal-PEC għall-PNEC huwa inqas minn wieħed (1), mhemmx bżonn aktar valutazzjonijiet, sakemm ma tkunx mistennija l-bijoakkumulazzjoni.
Jekk il-proporzjon ta’ PEC/PNEC jipprevedi riskju mhux aċċettabbli (proporzjon < 1), l-applikant għandu jimxi għall-Fażi IIB biex jirfina l-valutazzjoni ta' l-impatt ambjentali.
3.4.2.1. Fażi II A
Minbarra l-partijiet meqjusa f’Fażi I, il-PEC għall-ilma tal-wiċċ għandu jitqies meta jiġi kkalkulat dak li jintilef u d-drenaġġ.
Abbażi ta’ data mhux meqjusa fil-Fażi I, PEC aktar irfinat jista’ jiġi kkalkulat għal kull parti ambjentali ta’ tħassib. Meta jiġi aċċertat il-PEC irfinat, għandhom jitqiesu:
|
(a) |
il-konċentrazzjoni tas-sustanza(/i) attiva(/i)/metaboliti ta’ tħassib fid-demel/fil-ħmieġ tal-ħut wara li jiġi amministrat l-addittiv fuq l-annimali fil-livell tad-doża proposta. Dan il-kalkolu għandu jinkludu li jitqiesu r-rati tad-dożi meqjusa u l-ammont ta’ demel prodott; |
|
(b) |
id-degradazzjoni potenzjali tas-sustanza(/i) attiva(/i) mormija/metaboliti ta’ tħassib waqt il-prassi ta’ pproċessar normali tad-demel u l-ħżin qabel ma jiġi applikat fl-art; |
|
(ċ) |
l-assorbiment/in-nuqqas ta’ assorbiment tas-sustanza(/i) attiva(/i)/metaboliti ta’ tħassib fuq il-ħamrija jew in-naqal għall-akwakultura, determinat b’mod preferenzjali minn studji fuq il-ħamrija/naqal (OECD 106); |
|
(d) |
degradazzjoni fil-ħamrija u fis-sistemi ta’ l-ilma/naqal (OECD 307 u 308, rispettivament); u |
|
(e) |
fatturi oħra bħall-idroliżi, il-fotoliżi, l-evaporazzjoni, id-dilwizzjoni permezz tal-ħart. |
L-ogħla valur għall-PEC miksub minn dawn il-kalkoli għal kull parti ta’ tħassib ambjentali għandu jiġi adottat għall-finijiet ta’ valutazzjoni tar-riskju tal-Fażi II.
Jekk tkun antiċipata persistenza għolja fil-ħamrija/naqal (il-ħin tad-degradazzjoni ta' 90 % tal-konċentrazzjoni oriġinali tal-kompost: DT90 > 1 sena), il-potenzjal ta’ akkumulazzjoni għandu jitqies.
Il-konċentrazzjonijiet ta’ l-addittivi (jew tal-metaboliti) li jipproduċu effetti ħżiena serji għal diversi livelli trofiċi fil-partijiet ambjentali ta' tħassib għandhom jiġu determinati. Dawn it-testijiet huma l-aktar testijiet akuti u għandhom isegwu linji ta' gwida ta' l-OECD jew oħra simili stabbiliti sew. L-istudji għall-ambjent terrestri għandhom jinkludu: it-tossiċità għall-ħniex; tliet pjanti terrestri; u mikroorganiżmi fil-ħamrija (eż. l-effetti fuq il-fissazzjoni tan-nitroġenu). L-istudji għall-ambjent ta’ l-ilma ħelu għandhom jinkludu: it-tossiċità għall-ħut; Daphnia magna; l-alka; u organiżmi li jgħixu fin-naqal. Fil-każ tal-gaġeġ tal-baħar, tliet speċi ta’ taxa differenti ta’ organiżmi li jgħixu fin-naqal għandhom jiġu studjati.
Il-kalkolu tal-valur tal-PNEC għandu jsir għal kull parti ta’ tħassib. Il-PNEC normalment hu mnissel mill-ibaxx valur ta’ tossiċità osservat fit-testijiet ta’ hawn fuq u jiġi diviż b'fattur tas-sigurtà ta' mill-anqas 100 skond il-punt aħħari u n-numru ta' speċi tat-test użati.
Il-potenzjal għall-bijoakkumulazzjoni jista’ jiġi stmat mill-valur tal-ko-effiċjent tal-partizzjoni n-ottanol/ilma, Log Kow. Il-valuri ≥ 3 jindikaw li s-sustanza tista’ tiġi bijoakkumulata. Sabiex jiġi valutat ir-riskju għal avvelinament sekondarju għandu jitqies jekk għandux isir studju dwar il-fattur ta’ bijokonċentrazzjoni (BCF) f’Fażi IIB.
3.4.2.2. Fażi IIB (aktar studji ekotossikoloġiċi dettaljati)
Għal dawk l-addittivi fejn, wara l-valutazzjoni tal-Fażi IIA, ma jistax jiġi eskluż riskju ambjentali, hi meħtieġa aktar informazzjoni dwar l-effetti fuq l-ispeċi bijoloġiċi fil-parti(jiet) ambjentali li fihom l-istudji tal-Fażi IIA jindikaw tħassib possibbli. F’din is-sitwazzjoni, huma meħtieġa aktar testijiet biex jiddeterminaw l-effetti kroniċi u aktar speċifiċi fuq speċi mikrobiċi, tal-pjanti u ta’ l-annimali adattati. Din l-informazzjoni addizzjonali se tagħti lok biex jiġi applikat fattur tas-sigurtà ibaxx.
Testijiet oħra dwar l-ekotossiċità adattati huma deskritti f’numru ta’ pubblikazzjonijiet, eż. fil-Linjigwida ta’ l-OECD. Hu meħtieġ li dawk it-testijiet jintgħażlu b’għaqal sabiex ikun assigurat li huma adattati għas-sitwazzjoni li fiha l-addittiv u/jew il-metaboliti tiegħu jistgħu jiġu rilaxxati u jinfirxu fl-ambjent. L-irfinar tal-valutazzjoni ta’ l-impatt għall-ħamrija (PNECsoil) jista’ jkun ibbażat fuq studji dwar l-effetti kroniċi fuq il-ħniex, studji addizzjonali fuq il-mikroflora fil-ħamrija u numru ta’ speċi tal-pjanti rilevanti, studji dwar l-invertibrati f'artijiet li jħaddru (inkluż l-insetti) u l-għasafar selvaġġi.
L-irfinar tal-valutazzjoni ta’ l-effett għall-ilma/in-naqal jista’ jkun ibbażat fuq testijiet tat-tossiċità kronika fuq l-aktar organiżmi akwatiċi/bentiċi sensittivi identifikati fil-valutazzjoni tal-Fażi IIA.
L-istudji tal-bijoakkumulazzjoni, jekk ikun hemm bżonn, għandhom isiru skond il-Linjagwida ta’ l-OECD 305.
4. TAQSIMA IV: STUDJI LI JIKKONĊERNAW L-EFFIKAĊJA TA’ L-ADDITTIV
L-istudji għandhom juru l-effikaċja għal kull użu propost u għandhom jissodisfaw talanqas waħda mill-karatteristiċi stipulati fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, skond il-kategoriji u l-gruppi funzjonali ta' l-addittivi ta' l-għalf kif hemm provdut mill-Artikolu 6 u l-Anness I tar-Regolament imsemmi. Barra minn hekk dawn l-istudji jridu jippermettu li ssir valutazzjoni ta’ l-effikaċja ta’ l-addittiv skond il-prattika tal-biedja komuni fl-UE.
Id-disinn esperimentali użat irid jiġi ġustifikat skond l-użu ta’ l-addittiv, l-ispeċi ta’ l-annimali u l-kategorija tagħhom. Meta jintużaw l-annimali, il-provi għandhom isiru b’tali mod li s-saħħa tagħhom u l-kondizzjonijiet agrikoli ma jkollhomx effett ħażin fuq l-interpretazzjoni tar-riżultati. L-effetti pożittivi u negattivi, kemm teknoloġiċi kif ukoll bijoloġiċi, għandhom jiġu deskritti għal kull esperiment. In-nuqqas ta’ l-effetti li jistgħu jfixklu l-karatteristiċi distintivi tal-prodotti ta’ l-annimali għandu jintwera wkoll. Il-provi għandhom idealment ikunu konformi mal-kriterji stabbiliti minn skema rikonoxxuta, awditjata esternament, ta’ l-assigurazzjoni tal-kwalità. Fin-nuqqas ta’ dik l-iskema, għandha tingħata evidenza biex turi li x-xogħol sar minn persunal kwalifikat permezz ta’ faċilitajiet u tagħmir adattat u li tiegħu hu responsabbli d-direttur ta' l-istudju msemmi.
Il-protokoll tal-prova għandu jiġi mfassal bil-għaqal mid-direttur ta’ l-istudju fir-rigward tad-data ġenerali deskrittiva, per eżempju metodi, apparat u materjal użat, dettalji ta’ l-ispeċi, razza jew qatgħa ta’ l-annimali, in-numru tagħhom u l-kondizzjonijiet li taħthom kienu miżmuma u mitmugħa. Għall-istudji kollha li jinvolvu l-annimali, il-kondizzjonijiet esperimentali għandhom jiġu deskritti skond 3.1.1.3. Ir-rapporti finali, id-data mhux ipproċessata, il-pjanjiet ta’ studji u s-sustanzi tat-test karatterizzati u identifikati sew għandhom jiġi merfugħa f’każ ta’ referenza fil-ġejjieni.
L-istudji għandhom ikunu ddisinjati biex juru l-effikaċja ta' l-ibaxx doża rakkomandata ta' l-addittiv billi jimmiraw parametri sensittivi b'paragun ma' grupp kontrollat negattiv u, jekk iridu, grupp kontrollat pożittiv. Dawk l-istudji għandhom jinkludu wkoll id-doża massima rakkomandata, meta din tkun proposta. L-ebda disinn wieħed mhu rakkomandat, il-flessibbiltà qed tingħata biex ikun jista’ jkun hemm diskrezzjoni xjentifika fid-disinn u fit-twettiq ta' l-istudji.
Għandha tingħata attenzjoni wkoll lill-interazzjonijiet bijoloġiċi jew kimiċi magħrufa jew potenzjali bejn l-addittiv, addittivi oħra u/jew mediċini veterinarji u/jew komponenti tad-dieta, fejn dan huwa rilevanti għall-effikaċja ta’ l-addittiv ikkonċernat (eż. il-kompatibbiltà ta’ l-addittiv mikrobiku mal-coccidiostats u l-histomonostats jew l-aċidu organiku).
4.1. Studji in vitro
Għall-addittivi kollha teknoloġiċi u wħud mill-addittivi tas-sensi li jaffettwaw il-karatteristiċi ta’ l-għalf, l-effikaċja għandha tintwera permezz ta’ studju bbażat fil-laboratorju. L-istudju għandu jkun iddisinjat biex ikopri firxa rappreżentattiva ta’ materjal li miegħu jrid jiġi applikat l-addittiv. Ir-riżultati għandhom jiġu evalwati preferibbilment permezz ta’ testijiet bla parametri, u għandhom juru tibdiliet mistennija bi probabbiltà ta’ P ≤ 0,05.
Studji in vitro, b’mod partikolari dawk li jissimulaw aspetti tas-sistema gastrointestinali, jistgħu jintużaw għal tipi oħra ta’ addittivi sabiex jappoġġjaw l-effikaċja. Dawn l-istudji għandhom ikunu jistgħu jiġu evalwati statistikament.
4.2. Studji immedjati ta' effikaċja fuq l-annimali
L-istudji tal-bijodisponibbiltà jistgħu jintużaw biex juru safejn il-forma ġdida jew sors ta’ nutrijent jew kulur jistgħu jissostitwixxu addittiv ekwivalenti diġà approvat jew stabbilit.
Studji dwar id-diġestjoni/bilanċ jistgħu jintużaw biex jappoġġjaw studji dwar l-andament ta’ l-annimali sabiex tingħata evidenza tal-mod ta’ azzjoni. F’xi każijiet, b’mod partikolari b’rabta mal-benefiċċji ambjentali, l-effikaċja tista’ tintwera aħjar permezz ta’ studji dwar il-bilanċ u tista' tintuża' bi preferenza għall-istudji dwar l-effikaċja fit-tul. Dawk l-esperimenti għandhom jużaw numri u speċi/kategoriji ta’ annimali adattati għall-kondizzjonijiet ta' użu proposti.
Studji oħra immedjati dwar l-effikaċja fuq l-annimali jistgħu jiġu proposti kif jixraq, u dawn jistgħu jissostitwixxu studji fit-tul dwar l-effikaċja fuq l-annimali, dejjem jekk dan ikun ġustifikat għal kollox.
4.3. Studji ta’ effikaċja fit-tul fuq l-annimali
L-istudji għandhom isiru talanqas f’żewġ postijiet differenti.
Id-disinn esperimentali użat irid jinkludi konsiderazzjoni tas-saħħa statistika adegwata u r-riskji tat-Tip 1 u 2. Il-protokoll irid ikun sensittiv biżżejjed biex isib kull effett mill-addittiv fuq l-ibaxx doża rakkomandata (Tip 1 α riskju, P ≤ 0,1 b’mod ġenerali u P ≤ 0,05 għall-annimali li jixtarru, speċi minuri, annimali domestiċi u annimali li ma jipproduċux ikel) u ta’ saħħa statistika biżżejjed biex ikun garantit li l-protokoll esperimentali jilħaq l-għan ta’ l-istudju. It-Tip 2 β riskju għandu jkun ibaxx minn jew daqs 20 % b’mod ġenerali, u 25 % għall-esperimenti fuq annimali li jixtarru, speċi minuri, annimali domestiċi u annimali li ma jipproduċux ikel, għalhekk saħħa (1-β) akbar minn jew ugwali għal 80 % (75 % għall-annimali li jixtarru, speċi minuri, annimali domestiċi u annimali li ma jipproduċux ikel).
Hu magħruf li n-natura ta' xi addittivi tagħmilha diffiċli biex jiġu definiti l-kondizzjonijiet esperimentali li taħthom jistgħu jinkisbu l-aħjar riżultati. Konsegwentement, il-possibbiltà li tintuża l-meta-analiżi għandha titqies meta n-numru ta’ provi disponibbli jkun ikbar minn tlieta. Għal dan il-għan, għandhom jintużaw disinji tal-protokoll simili għall-provi kollha sabiex id-data tkun tista’ eventwalment tiġi ttestjata għall-omoġenità u miġbura flimkien (jekk it-testijiet jindikaw hekk) għall-evalwazzjoni statistika f'livell ta' P ≤ 0,05.
4.4. Tul ta’ żmien għall-istudji ta’ effikaċja fit-tul fuq annimali mmirati
Ġeneralment, it-tul tal-provi ta’ effikaċja għandhom jikkorrispondu mal-perjodu ta’ applikazzjoni mitlub.
Il-provi ta’ effikaċja għandhom isiru skond il-prassi tal-biedja fl-Unjoni Ewropea u jkunu twal mill-anqas daqs kemm hu indikat bl-Anness IV.
Jekk addittiv jiġi applikat għal perjodu speċifiku u iqsar minn dak tad-definizzjoni tal-kategorija ta’ l-annimal, hu għandu jiġi amministrat skond il-kondizzjonijiet ta’ użu proposti. Minkejja dan, il-perjodu ta’ osservazzjoni ma għandux ikun iqsar minn 28 ġurnata u għandu jinvolvi l-punti aħħarija rilevanti (eż., għal ħnieżer għar-riproduzzjoni n-numru ta' qżieqeż li twieldu ħajjin meta wieħed iqis il-perjodu tat-tqala, jew in-numru u l-piż tal-qżieqeż frieħ meta wieħed iqis il-perjodu tat-treddigħ).
Għall-ispeċi oħra jew kategoriji ta' annimali li għalihom il-perjodu taż-żmien minimu għall-istudji ma ġiex stabbilit fl-Anness IV, għandu jitqies perjodu ta’ amministrazzjoni, skond il-kondizzjonijiet ta’ l-użu proposti.
4.5. Rekwiżiti ta’ effikaċja għall-kategoriji ta’ addittivi u gruppi funzjonali
Għall-addittivi kollha intiżi li jħallu effett fuq l-annimali, huma meħtieġa studji in vivo.
Għall-kategoriji ta’ addittivi żootekniċi u l-coccidiostats u l-histomonostats, l-effikaċja għandha tintwera b'talanqas tliet studji fit-tul dwar l-effikaċja. Minkejja dan, għal xi addittivi żootekniċi u l-kategoriji ta’ l-addittivi l-oħra li għandhom effett fuq l-annimali, l-istudji immedjati ta’ effikaċja jistgħu jiġu aċċettati jekk l-effikaċja tista’ tintwera b’mod ċar.
Għall-kategoriji ta’ addittivi li m’għandhomx effett dirett fuq l-annimali talanqas studju wieħed in vitro dwar l-effikaċja għandu jiġi provdut.
4.6. L-istudji dwar il-kwalità tal-prodotti ta’ l-annimali fejn dan mhux l-effett ikklejmjat.
Sabiex jintwera li l-addittiv ma jkollux effett negattiv jew effett ieħor mhux mitlub fuq il-karatteristiċi organolettiċi u nutrizzjonali (iġjeniċi u teknoloġiċi jekk jixraq) ta’ l-ikel li ġej mill-annimali mgħallfa bl-addittiv (meta dan mhux l-effett mixtieq), għandhom jittieħdu kampjuni adattati waqt wieħed mill-provi ta’ l-effikaċja. Għandhom jiġu osservati żewġ gruppi: grupp mhux supplimentat; u grupp bl-ogħla doża proposta għall-addittiv. Id-data għandha tagħti lok għall-evalwazzjoni statistika. Jekk dawn l-istudji jitħallew barra għandu jiġi ġustifikat sew.
5. TAQSIMA V: PJAN TA’ MONITORAĠĠ GĦAL WARA D-DĦUL FIS-SUQ
Skond l-Artikolu 7(3)(g) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, għandha titressaq proposta għal monitoraġġ wara d-dħul fis-suq ta’ ċerti kategoriji ta’ addittivi sabiex jiġi traċċat u identifikat kull effett dirett jew indirett, immedjat, imdewwem jew mhux previst li jirriżulta mill-użu ta’ l-addittiv fuq saħħet in-nies jew saħħet l-annimali jew l-ambjent, skond il-karatteristiċi tal-prodotti kkonċernati.
Id-disinn tal-pjan ta’ monitoraġġ għandu jkun dettaljat skond kull każ u jidentifika min (eż. l-applikant, l-utenti) se jagħmel il-kompiti diversi li l-pjan ta’ monitoraġġ jirrikjedi, min hu responsabbli biex jiżgura li l-pjan ta’ monitoraġġ jidħol fis-seħħ u jitwettaq kif suppost, u biex jiżgura li hemm rotta li permezz tagħha l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiġu avżati dwar kull informazzjoni ġdida marbuta mas-sikurezza fl-użu ta’ l-addittiv. Il-Kummissjoni u l-Awtorità se jkunu mgħarrfa bl-effetti kollha ħżiena mhux osservati, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet dwar is-superviżjoni stipulati fl-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.
F’każijiet fejn is-sustanza attiva hi wkoll antibijotiku rikonoxxut u l-użu tagħha ntwera li jagħżel razez ta' batterji reżistenti fil-livell ta’ l-għalf tagħha, għandhom isiru studji fil-verità biex jissorveljaw ir-reżistenza tal-batterji bħala parti mill-monitoraġġ ta' wara d-dħul fis-suq.
Għall-coccidiostats u l-histomonostats, il-monitoraġġ fil-verità tar-reżistenza ta’ Eimeria spp. u Histomonas meleagridis, rispettivament, għandu jsir, preferibbilment waqt l-aħħar parti tal-perjodu ta' awtorizzazzjoni.
(1) ĠU L 50, 20.2.2004, p. 44.
(2) ĠU L 196, 16.8.1967, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2006/121/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 852, kif korretta fil-ĠU L 136, 29.5.2007, p. 281).
(3) ĠU L 152, 30.4.2004, p. 1, kif korretta fil-ĠU L 216, 16.6.2007, p. 3.
(4) ĠU L 165, 30.4.2004. kif korretta fil-ĠU L 191, 28.5.2004, p. 1.
(5) ĠU L 117, 8.5.1990, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/174/KE (ĠU L 59, 5.3.2005, p. 20).
(6) ĠU L 76, 22.3.1991, p. 35. Id-Direttiva emendata l-aħħar bid-Direttiva 2001/58/KE (ĠU L 212, 7.8.2001, p. 24).
(7) ĠU L 262, 17.10.2001, p. 21.
(8) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 203/2008 (ĠU L 60, 5.3.2008, p. 18).
(9) M. Thompson et al.: Linjigwida Armonizzati għal Validazzjoni Waħdanija fil-Laboratorju ta' Metodi ta' Analiżi (IUPAC Rapport Tekniku) Pure Appl. Chem., Vol. 74, Nru. 5, pp. 835-855, 2002.
(10) ĠU L 221, 17.8.2002, p. 8. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2004/25/KE (ĠU L 6, 10.1.2004, p. 38).
(11) Lista mhux kompluta tinstab fuq: www.efsa.europa.eu/en/science/feedap/feedap_opinion/993.html
(*1) Muskoli u ġilda fi proporzjon naturali;
(*2) Għal ħnieżer 50 g ta’ xaħam u ġilda f’proporzjon naturali;
(*3) xaħam u ġilda fi proporzjon naturali;
(12) Billi jitqies il-ħin ta’ rtirar propost
(13) Idealment ikun stabbilit fl-istess ħin bħat-TRC
(14) Ikkalkulat mill-valuri tat-TRC
ANNESS III
REKWIŻITI SPEĊIFIĊI LI JRIDU JIĠU MILĦUQA MID-DOSSIER LI HEMM PROVDUT DWARU FL-ARTIKOLU 3 FIR-RIGWARD TA' ĊERTI KATEGORIJI TA' ADDITTIVI JEW ĊERTI SITWAZZJONIJIET PARTIKOLARI, KIF HEMM PROVDUT FL-ARTIKOLU 7(5) TAR-REGOLAMENT (KE) NRU 1831/2003
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi għajnuna addizzjonali għall-preparazzjoni tad-dossiers, fejn hemm bżonn, għal kull kategorija ta' addittivi jew għal miri oħra partikolari skond l-Artikolu 7(5) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.
Lista tar-rekwiżiti speċifiċi biex jiġu stabbiliti d-dossiers għal:
|
(1) |
Addittivi teknoloġiċi |
|
(2) |
Addittivi tas-sensi |
|
(3) |
Addittivi nutrizzjonali |
|
(4) |
Addittivi żootekniċi |
|
(5) |
Coccidiostats u histomonostats |
|
(6) |
Estrapolazzjoni minn speċi maġġuri għal dawk minuri |
|
(7) |
Annimali domestiċi u annimali oħra li ma jipproduċux ikel |
|
(8) |
Addittivi li diġà ġew awtorizzati biex jintużaw fl-ikel |
|
(9) |
Modifikazzjoni ta' l-awtorizzazzjonijiet |
|
(10) |
Tiġdid ta' l-awtorizzazzjonijiet |
|
(11) |
Evalwazzjoni mill-ġdid ta' ċerti addittivi diġà awtorizzati skond id-Direttiva 70/524/KEE. |
Kull applikazzjoni tista' tiġi sottomessa skond aktar minn wieħed mir-rekwiżiti speċifiċi mniżżla hawn fuq.
Kondizzjonijiet ġenerali
Għandhom jingħataw raġunijiet għaliex tħalliet barra mid-dossier kull data preskritta f'dawn it-taqsimiet.
1. ADDITTIVI TEKNOLOĠIĊI
1.1. Taqsima I: sommarju tad-dossier
It-Taqsima I kollha ta' l-Anness II tapplika.
1.2. Taqsima II: identità, karatterizzazzjoni u kondizzjonijiet dwar l-użu ta' l-addittiv; metodi ta' analiżi
It-Taqsima II ta' l-Anness II tapplika kif ġej:
|
— |
għall-addittivi li mhumiex soġġetti għal detentur speċifiku ta' l-awtorizzazzjoni l-paragrafi 2.1.2, 2.1.3, 2.1.4, 2.1.4.2, 2.2, 2.3.1, 2.3.2, 2.4.1, 2.4.2, 2.4.4, 2.5, 2.6 japplikaw; |
|
— |
għall-addittivi l-oħra soġġetti għal detentur speċifiku ta' l-awtorizzazzjoni, it-Taqsima II kollha tapplika. |
1.3. Taqsima III: studji li jikkonċernaw is-sigurtà ta' l-addittiv
Is-subsezzjonijiet 3.1, 3.2 u 3.4 ta' l-Anness II ma japplikawx għal addittivi ta' l-għalf maħżun fis-sajlo fejn jista' jintwera li:
|
— |
l-ebda ammonti osservati tas-sustanza(/i) attiva(/i) jew metaboliti rilevanti jew l-aġent(i) attiv(i) jinsabu ħajjin fl-għalf finali; jew |
|
— |
is-sustanza(/i) attiva(/i) u l-aġent(i) jiġru bħala kostitwenti normali ta' l-għalf maħżun fis-sajlo u l-użu ta' l-addittiv ma jżidx b'mod sinifikanti l-konċentrazzjoni tagħhom meta mqabbla ma' l-għalf maħżun ippreparat mingħajr l-użu ta' l-addittiv (jiġifieri fejn mhemmx bidla sostanzjali fl-espożizzjoni). |
Fil-każijiet l-oħra t-Taqsima 3 kollha ta' l-Anness II tapplika.
1.3.1. Studji li jikkonċernaw is-sigurtà ta' l-użu ta' l-addittiv fuq annimali mmirati
Għal sustanzi ksenobjotiċi (1): is-subsezzjoni 3.1 kollha ta' l-Anness II tapplika
1.3.1.1. Studji ta' tolleranza għall-ispeċi mmirati
Għall-addittivi ta' l-għalf maħżun fis-sajlo:
|
— |
il-prodott għandu jiġi miżjud ma' dieta bażika u r-riżultati jiġu mqabbla ma' kontroll negattiv fl-istess dieta. Id-dieta bażika jista' jkun fiha sors wieħed ta' għalf maħżun fis-sajlo preparat mingħajr l-użu ta' xi addittiv. |
|
— |
id-doża magħżula għall-istudji ta' tolleranza għandha tkun kemm-il darba l-ammont ta' konċentrazzjoni preżenti fil-materjal ensiled fil-ħin ta' l-użu normali fejn dan ma jistax jiġi stabbilit b'mod konklużiv. Għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-prodott li fih mikroorganiżmi vijabbli u l-kapaċita tagħhom għas-sopravivenza u mutiplikazzjoni waqt l-ensiling. |
L-istudji ta' tolleranza ħafna drabi jistgħu jiġu limitati għal speċi ta' annimali li jixtarru, normalment il-baqar tal-ħalib. L-istudji li jinvolvu speċi oħra huma meħtieġa biss fejn in-natura tal-materjal imqiegħed fis-sajlo jagħmilha aktar xieraq li jintuża għal annimali li ma jixtarrux.
Sustanzi oħra:
għas-sustanzi l-oħra li jirrikjedu awtorizzazzjoni bħala addittivi teknoloġiċi li mhumiex diġà awtorizzati għall-użu fl-għalf in-nuqqas ta' ħsara lill-annimali fl-ogħla livell propost għandu jintwera. Din it-turija tista' tiġi limitata għal esperiment wieħed f'wieħed mill-aktar speċi mmirati sensittivi jew fi speċi waħda ta' annimali tal-laboratorju.
1.3.1.2. Studji mikrobiċi
Is-subsezzjoni 3.1.2 ta' l-Anness II tapplika kollha.
1.3.2. Studji li jikkonċernaw is-sigurtà ta' l-użu ta' l-addittiv għall-konsumaturi
|
1.3.2.1. |
Studji metaboliċi u dwar ir-residwi
Studji metaboliċi u dwar ir-residwi mhumiex meħtieġa jekk:
L-istudji metaboliċi wkoll mhumiex meħtieġa jekk is-sustanza hi preżenti b'mod naturali f'ammonti sinifikanti fl-ikel jew f'oġġetti ta' l-ikel jew is-sustanza hija kostitwent normali tal-fluwidi tal-ġisem jew tessuti tal-ġisem. Minkejja dan, f'każijiet bħal dawn, hemm rekwiżit għal studji dwar ir-residwi li jista' jiġi limitat għall-paragun bejn il-livelli tat-tessuti/prodotti fi grupp mhux trattat u fil-grupp supplimentat bl-ogħla doża rakkomandata. |
|
1.3.2.2. |
Studji tossikoloġiċi
L-istudji tossikoloġiċi mhumiex meħtieġa jekk:
Għall-mikroorganiżmi u l-enżimi mhux esklużi hawn fuq, l-istudji dwar il-ġenotossiċità (inkluż il-mutaġeniċità) u studju dwar it-tossiċità orali subkronika huma meħtieġa. L-istudji dwar il-ġenotossiċità ma għandhomx isiru fil-preżenza ta' ċelloli ħajjin. Għal sustanzi xenobjotiċi, li mhumiex eżentati hawn fuq, is-subsezzjoni kollha 3.2.2 ta' l-Anness II tapplika. Għas-sustanzi l-oħra għandu jittieħed approċċ skond kull każ, billi jqis il-livell u l-mezz ta' espożizzjoni. |
|
1.3.2.3. |
Valutazzjoni tas-sigurtà tal-konsumatur
Is-subsezzjoni kollha 3.2.3 ta' l-Anness II tapplika għall-addittivi meħtieġa għall-annimali li jipproduċu l-ikel. |
1.3.3. Studji li jikkonċernaw is-sigurtà ta' l-użu ta' l-addittiv għall-utenti/ħaddiema
Is-subsezzjoni 3.3 kollha ta' l-Anness II tapplika. L-addittivi li fihom l-enżimi u l-mikroorganiżmi huma meqjusa sensittizzaturi respiratorji sakemm ma tingħatax evidenza kuntrarja li tikkonvinċi.
1.3.4. Studji li jikkonċernaw is-sigurtà ta' l-użu ta' l-addittiv għall-ambjent
Is-subsezzjoni 3.4 kollha ta' l-Anness II tapplika. Għall-addittivi ta' l-għalf maħżun fis-sajlo, l-effetti ta' l-addittiv fuq il-produzzjoni ta' drenaġġ minn munzell ħaxix mirdum jew mis-sajlo waqt it-tqegħid fis-sajlo għandhom jitqiesu.
1.4. Taqsima IV: studji li jikkonċernaw l-effikaċja ta' l-addittiv
L-addittivi teknoloġiċi huma intiżi li jtejbu jew jistabbilizzaw il-karatteristiċi ta' l-għalf iżda ġeneralment ma għandhom l-ebda effett bijoloġiku dirett fuq il-produzzjoni ta' l-annimali. L-evidenza ta' l-effikaċja ta' l-addittiv trid tiġi provduta permezz ta' kriterji adattati kif riflessi f'metodi aċċettabbli rikonoxxuti, taħt il-kondizzjonijiet prattiċi ta' l-użu intiżi b'paragun ma' kontroll adattat ta' l-għalf.
L-effikaċja se tiġi evalwata permezz ta' studji in vitro, minbarra s-sustanzi għall-kontroll tal-kontaminazzjoni radjonuklida. Il-punti aħħarija adattati huma indikati fit-tabella li ġejja għall-gruppi funzjonali varji.
Punti aħħarija għall-addittivi teknoloġiċi differenti
|
Grupp funzjonali |
Punti aħħarija għat-turija ta' l-effikaċja |
||||||||||
|
Inibizzjoni tat-tkabbir mikrobiku, speċjalment dak ta' organiżmi bijotiċi u ta' l-iskart. Il-perjodu mitlub għal effett preservattiv għandu jintwera. |
||||||||||
|
Protezzjoni mill-ħsara ossidattiva ta' nutrijenti/komponenti ewlenin waqt l-ipproċessar u/jew il-ħżin ta' oġġetti ta' l-ikel. Il-perjodu li għalih hu mitlub effett protettiv għandu jintwera. |
||||||||||
|
Formazzjoni/żamma ta' emulsjonijiet stabbli ta' ingredjenti ta' l-għalf li ma jitħalltux jew li jitħalltu ftit li xejn. |
||||||||||
|
Żamma ta' l-istat fiżiko-kimiku ta' l-oġġetti ta' l-ikel. |
||||||||||
|
Viskożità tal-materjal ta' l-għalf jew ta' l-oġġetti ta' l-ikel. |
||||||||||
|
Formazzjoni ta' ġel li jirriżulta f'bidla tas-sensazzjoni ta' l-oġġett ta' l-ikel. |
||||||||||
|
Id-durabbilità tal-pellet jew l-andament tal-formazzjoni tal-pellet. |
||||||||||
|
Evidenza ta' tnaqqis fil-kontaminazzjoni ta' ikel li ġej mill-annimali. |
||||||||||
|
Abbilità li jimxi. Il-perjodu li għalih hu mitlub effett ta' l-anti-caking għandu jintwera. |
||||||||||
|
pH u/jew kapaċità tat-tnaqqis ta' l-aċtu fl-oġġetti ta' l-ikel. |
||||||||||
|
|
||||||||||
|
Identifikazzjoni li ma titħassarx tal-materjal ta' l-għalf. |
Addittivi ma' l-għalf maħżun fis-sajlo
Għandhom isiru testijiet separati biex juru l-effett meħtieġ fuq il-proċess tal-ħżin fis-sajlo (2). Il-provi għandhom isiru b'eżempju wieħed ta' kull waħda mill-kategoriji li ġejjin (fejn il-foraġġ kollu jew dak mhux speċifikat hu involut):
|
— |
faċli biex il-foraġġ jinħażen fis-sajlo: > 3 % karboidrati li jinħallu fil-materjal frisk (eż. pjanta sħiħa tal-qamħirrun, sikrana, ħafur jew polpa tal-pitravi); |
|
— |
diffiċli mhux ħażin biex il-foraġġ jinħażen fis-sajlo: 1,5 % – 3,0 % ta' karboidrati li jinħallu fil-materjal frisk (eż. ħaxix tal-mergħa, ħaxix tari jew pjanti tal-legumi midbiela); |
|
— |
diffiċli biex il-foraġġ jinħażen fis-sajlo: < 1,5 % karboidrati li jinħallu fil-materjal frisk (eż., ħaxix tal-ġonna jew pjanti leguminużi). |
Fejn it-talbiet huma ristretti għas-sub-kategoriji ta' foraġġ deskritt f'termini ta' materja xotta (DM), il-firxa tal-materja xotta għandha tingħad espliċitament. Imbagħad għandhom isiru tliet testijiet bil-materjal rappreżentattiv tal-firxa, fejn jista' jkun permezz ta' l-eżempji ta' oriġini botanika differenti.
Huma meħtieġa testijiet speċifiċi għall-oġġetti ta' l-ikel partikolari.
It-tul taż-żmien ta' l-istudju normalment għandu jkun 90 ġurnata jew itwal f'temperatura kostanti (firxa rakkomandata 15 – 25 oC). Jekk jintuża” żmien iqsar irid jiġi ġustifikat.
Ġeneralment il-kejl tal-parametri li ġejjin għandhom jiġu provduti b'paragun mal-kontroll negattiv.
|
— |
materja xotta u telf tal-materja xotta kkalkulata (ikkoreġuta għall-volatili); |
|
— |
tnaqqis fil-pH; |
|
— |
konċentrazzjoni ta' l-aċidi volatili li jħaxxnu (eż. aċidi aċetiċi, butiriċi u propjoniċi) u aċidu lattiku; |
|
— |
konċentrazzjoni ta' alkoħols (etanol); |
|
— |
konċentrazzjoni ta' ammonja (g/kg tan-nitroġenu totali); u |
|
— |
kontenut ta' karboidrati idro-solubbli. |
Barra minn hekk, parametri oħra mikrobijoloġiċi u kimiċi għandhom jiddaħħlu kif jixraq biex isaħħu t-talba speċifika magħmula (eż. in-numru ta' ħmira li tinkorpora l-ħalib, in-numru ta' Clostridia, in-numri ta' Listeria u amini bijoġeniċi).
Effett imfittex għat-tnaqqis tad-drenaġġ se jiġi ġġudikat meta mqabbel mal-volum totali ta' drenaġġ magħmul fuq il-perjodu esperimentali kollu, billi jitqies l-effett li jista' jkun hemm fuq l-ambjent (eż. l-ekotossiċità tad-drenaġġ jew it-talba bijoloġika għall-ossiġnu). It-tnaqqis tal-produzzjoni tad-drenaġġ għandu jintwera direttament. Il-kapaċità tas-sajlo għandha tkun biżżejjed biex tagħti lok li d-drenaġġ jiġi rilaxxat bl-applikazzjoni tal-pressjoni. It-tul taż-żmien għall-istudju għandu normalment ikun ta' 50 ġurnata. Jekk jintuża perjodu differenti, dan għandu jiġi ġġustifikat.
Għandha tintwera l-istabbilità erobika mtejba b'paragun ma' kontroll negattiv. L-istudji dwar l-istabbilità għandhom ikun twal talanqas sebat ijiem wara l-espożizzjoni għall-arja u l-addittiv għandu jipprovdi evidenza ta' stabbilità għal talanqas jumejn itwal minn dak li ntwera permezz ta' kontroll mhux trattat. Hu rakkomandat li l-esperiment isir f'temperatura ambjentali ta' 20 oC u żieda fit-temperatura ta' 3 oC jew aktar mill-isfond meħud bħala indikattiv ta' l-instabbilità. Il-kejl tat-temperatura jista' jiġi mibdul b'kejl ta' produzzjoni tas-CO2.
1.5. Taqsima V: pjan ta' monitoraġġ għal wara d-dħul fis-suq.
Din it-taqsima għandha tapplika skond id-dispożizzjoni ta' l-Artikolu 7(3)(g) tar-Regolament KE Nru 1831/2003. Dan ifisser, li jinħtieġ pjan ta' monitoraġġ biss għal wara d-dħul fis-seħħ ta' l-addittivi li huma GMOs jew huma magħmula mill-GMOs.
2. ADDITTIVI TAS-SENSI
2.1. Koloranti
2.1.1. Taqsima 1: taqsira tad-dossier
It-Taqsima 1 kollha ta' l-Anness II se tapplika.
2.1.2. Taqsima II: identità, karatterizzazzjoni u kondizzjonijiet dwar l-użu ta' l-addittiv; metodi ta' analiżi.
It-Taqsima II ta' l-Anness II tapplika kif ġej:
|
— |
għall-addittivi li mhumiex soġġetti għal detentur speċifiku ta' l-awtorizzazzjoni l-paragrafi 2.1.2, 2.1.3, 2.1.4, 2.1.4.2, 2.2, 2.3.1, 2.3.2, 2.4.1, 2.4.2, 2.4.4, 2.5, 2.6 japplikaw; |
|
— |
għall-addittivi l-oħra soġġetti għal detentur speċifiku ta' l-awtorizzazzjoni, it-Taqsima II kollha tapplika. |
2.1.3. Taqsima III: studji li jikkonċernaw is-sigurtà ta' l-użu ta' l-addittiv
Is-subsezzjoni 3.3 ta' l-Anness II tapplika bi sħiħ għal kull addittiv.
|
(1) |
Għas-sustanzi li, meta jiġu mgħallfa lill-annimali, iżidu l-kuluri fl-ikel li ġej mill-annimali t-Taqsima III is-subsezzjonijiet 3.1, 3.2 u 3.4 ta' l-Anness japplikaw kollha. |
|
(2) |
Għas-sustanzi li jżidu jew jerġgħu jagħtu l-kulur fl-oġġetti ta‘ l-ikel, l-istudji li jikkonċernaw it-Taqsima III is-subsezzjoni 3.1 għandhom isiru fuq annimali li jieħdu l-addittiv fid-doża rakkomandata. Tista' tingħata wkoll evidenza b'referenza għal-letteratura xjentifika eżistenti. It-Taqsima III is-subsezzjonijiet 3.2 u 3.4 ta' l-Anness II japplikaw. |
|
(3) |
Għas-sustanzi li jaffettwaw favorevolment il-kulur tal-ħut jew tjur ornamentali, l-istudji li jikkonċernaw it-Taqsima III is-subsezzjoni 3.1 ta' l-Anness II huma meħtieġa u għandhom isiru fuq annimali li jieħdu l-addittiv fid-doża rakkomandata. Tista' tingħata wkoll evidenza b'referenza għal-letteratura xjentifika eżistenti. Minkejja dan, is-subsezzjonijiet 3.2 u 3.4 mhumiex meħtieġa. |
2.1.4. Taqsima IV: studji li jikkonċernaw l-effikaċja ta' l-addittiv
It-Taqsima IV kollha ta' l-Anness II tapplika.
|
(a) |
Għal sustanzi li, meta jiġu mgħallfa lill-annimali, iżidu l-kulur fl-ikel li ġej mill-annimali: bidla fil-kulur tal-prodotti miksuba mill-annimali li qed jieħdu l-addittiv fil-kondizzjonijiet rakkomandati ta' użu għandhom jitkejlu permezz tal-metodoloġija adattata. Għandu jintwera li l-użu ta' l-addittiv ma jaffettwawx b'mod negattiv l-istabbilità tal-prodott jew il-kwalitajiet organolettiċi u nutrizzjonali ta' l-ikel. Fil-prinċipju, jekk l-effetti ta' xi sustanza partikolari fuq il-kompożizzjoni/karatteristiċi tal-prodotti ta' l-annimali jiġu dokumentati sew, mela studji oħra (eż. studji dwar il-bijodisponibbiltà) jistgħu jagħtu evidenza biżżejjed ta' l-effikaċja. |
|
(b) |
Għal dawk is-sustanzi li jżidu jew jerġgħu jagħtu l-kulur lill-oġġetti ta' l-ikel: għandha tingħata evidenza ta' l-effikaċja permezz ta' studji adegwati fil-laboratorju li jirriflettu l-kondizzjonijiet ta' l-użu intiżi meta mqabbla ma' l-oġġetti ta' l-ikel kontrollati. |
|
(ċ) |
Għal dawk is-sustanzi li jaffettwaw favorevolment il-kulur tal-ħut u t-tjur ornamentali: studji li juru l-effett(i) għandhom isiru fuq annimali li jieħdu l-addittiv fil-livell ta' użu rakkomandat. Il-bidliet fil-kulur għandhom jitkejlu permezz tal-metodoloġija adattata. Tista' tingħata wkoll evidenza ta' l-effikaċja permezz ta' studji oħra esperimentali (eż. il-bijodisponibbiltà) jew b'referenza għal-letteratura xjentifika. |
2.1.5. Taqsima V: pjan ta' monitoraġġ għal wara d-dħul fis-suq
Din it-taqsima għandha tapplika taħt id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 7(3)(g) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Dan ifisser li, pjan ta' monitoraġġ għal wara d-dħul fis-suq hu meħtieġ biss għall-addittivi li huma GMOs jew huma magħmula mill-GMOs.
2.2. Komposti tal-ħwawar
2.2.1. Taqsima 1: sommarju tad-dossier
It-Taqsima I kollha ta' l-Anness II tapplika.
2.2.2. Taqsima II: identità, karatterizzazzjoni u kondizzjonijiet dwar l-użu ta' l-addittiv; metodi ta' analiżi
Ġeneralment, fil-każ tal-grupp “prodotti naturali”, pjanti sħaħ, annimali u organiżmi oħra u partijiet minn dawn jew prodotti tagħhom li ġejjin mill-ipproċessar limitat ħafna bħat-tgħaffiġ, it-tħin jew it-tnixxif (eż. ħafna ħxejjex aromatiċi u ħwawar), ma għandhomx jitqiesu li jaqgħu taħt dan il-grupp funzjonali ta' ħwawar tal-kategorija ta' addittivi tas-sensi.
Għall-finijiet ta' l-evalwazzjoni ta' l-applikazzjonijiet ta' dawn il-prodotti, il-ħwawar huma klassifikati kif ġej:
|
1. |
Prodotti naturali:
|
|
2. |
Ħwawar naturali jew dawk sintetiċi korrispondenti definiti kimikament |
|
3. |
Sustanzi artifiċjali. Il-grupp rilevanti, li għalih l-oġġett tal-prodott ta' l-applikazzjoni jappartjeni, għandu jkun indikat. F'każ li l-prodott ma jidħolx f'xi wieħed mill-gruppi ta' hawn fuq, dan għandu jissemma' u jkun ġustifikat. |
|
2.2.2.1. |
Karatterizzazzjoni tas-sustanza(/i) attiva(/i)/aġent(i) attivi(/i)
Is-subsezzjoni 2.2 kollha ta' l-Anness II tapplika. Barra minn hekk: Għall-gruppi kollha ta' ħwawar, in-numru(/i) ta' identifikazzjoni rilevanti (bħal FLAVIS (3), Kunsill ta' l-Ewropa (4), JECFA, CAS (5) jew xi sistema ta' numri oħra aċċettata b'mod internazzjonali) użat speċifikament għall-identifikazzjoni tal-prodotti tal-ħwawar fl-għalf u fl-ikel għandu jingħata dejjem meta jkun jeżisti.
|
|
2.2.2.2. |
Metodu tal-produzzjoni u fabbrikazzjoni
Is-subsezzjoni kollha 2.3 ta' l-Anness II tapplika. F'każ ta' prodotti naturali li mhumiex definiti sew kimikament, normalment taħlitiet kumplessi ta' diversi komposti miksuba permezz ta' proċess ta' estrazzjoni, għandha tingħata deskrizzjoni dettaljata tal-proċess ta' estrazzjoni. Hu rakkomandat li tintuża fid-deskrizzjoni t-terminoloġija rilevanti bħal żejt essenzjali, assolut, tintura, estratt u termini relatati (7) użati ħafna għal prodotti tal-ħwawar definiti b'mod botaniku biex tiddeskrivi l-proċess ta' estrazzjoni. Is-solventi ta' l-estrazzjoni użati għandhom jiġu speċifikati, il-prekawzjonijiet meħuda biex jiġu evitati residwi tas-solventi, u l-livelli ta' residwi fejn dawn joħolqu tħassib tossikoloġiku jekk il-preżenza tagħhom ma tistax tiġi evitata. It-termini użati biex jikkaratterizzaw l-estratt jistgħu jinkludu referenza għall-metodu ta' estrazzjoni. |
|
2.2.2.3. |
Metodi ta' analiżi
Is-subsezzjoni kollha 2.6 ta' l-Anness II tapplika għall-ħwawar l-oħra kolha, bħal dawk l-estratti naturali li fihom sustanzi ta' tħassib tossikoloġiku, ħwawar naturali jew sintetiċi korrispondenti definiti kimikament li huma sustanzi ta' tħassib tossikoloġiku huma stess u ħwawar artifiċjali. |
2.2.3. Taqsima III: studji li jikkonċernaw is-sigurtà ta' l-addittiv
Għall-ħwawar kollha, l-espożizzjoni ta' l-annimali u l-kalkoli tal-konsum kemm mill-espożizzjoni naturali kif ukoll miż-żieda tal-ħwawar fl-oġġetti ta' l-ikel għandhom jiġu provduti.
Għall-ħwawar li jappartjenu għall-grupp ta' sustanzi artifiċjali, it-Taqsima III kollha ta' l-Anness II tapplika.
|
2.2.3.1. |
Studji li jikkonċernaw is-sigurtà ta' l-użu ta' l-addittiv għall-annimali mmirati
|
|
2.2.3.2. |
Studji li jikkonċernaw is-sigurtà ta' l-użu ta' l-addittiv għan-nies
Għandha tingħata evidenza li l-metaboliti tal-ħwawar ma jwasslux għal akkumulazzjoni fl-annimal ta' prodotti ta' tħassib tossikoloġiku għan-nies. F'każ li l-użu tal-prodott tal-ħwawar mitlub konsegwenza taż-żieda tiegħu ma' oġġetti ta' l-ikel iwassal għal residwi fl-ikel li ġej mill-annimali, għandu jingħata kalkolu dettaljat ta' l-espożizzjoni għall-konsumatur.
|
|
2.2.3.3. |
Studji li jikkonċernaw is-sigurtà ta' l-użu ta' l-addittiv għall-utenti/ħaddiema
Is-subsezzjoni 3.3 kollha ta' l-Anness II tapplika. |
|
2.2.3.4. |
Studji li jikkonċernaw is-sigurta ta' l-użu ta' l-addittiv għall-ambjent
Is-subsezzjoni 3.4 kollha ta' l-Anness II tapplika. |
2.2.4. Taqsima IV: studji li jikkonċernaw l-effikaċja ta' l-addittiv
Għandha tiġi provduta evidenza tal-karatteristiċi tal-ħwawar, normalment abbażi tal-letteratura ppubblikata. Dan jista' jintwera wkoll bl-esperjenza ta' użu prattiku, fejn jeżisti, inkella jkunu meħtieġa studji dwar l-annimali.
Għandu jkun investigat u rappurtat għal kollox jekk il-prodott l-għan ta' l-applikazzjoni jeżerċita funzjonijiet oħra fl-għalf, fl-annimali jew fl-ikel li ġej mill-annimali minbarra dak fid-definizzjoni tal-komposti tal-ħwawar fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru. 1831/2003.
2.2.5. Taqsima V: pjan ta' monitoraġġ għal wara d-dħul fis-suq
Din it-taqsima għandha tapplika taħt id-dispożizzjoni ta' l-Artikolu 7(3)(g) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Dan ifisser, pjan ta' monitoraġġ wara d-dħul fis-suq hu meħtieġ biss għall-addittivi li huma GMOs jew huma magħmula mill-GMOs.
3. ADDITTIVI NUTRIZZJONALI
3.1. Taqsima I: sommarju tad-dossier
It-Taqsima I kollha ta' l-Anness II tapplika.
3.2. Taqsima II: identità, karatterizzazzjoni u kondizzjonijiet ta' l-użu ta' l-addittiv; metodi ta' analiżi
It-Taqsima II ta' l-Anness tapplika kif ġej:
|
— |
għall-addittivi li mhumiex soġġetti għal detentur speċifiku ta' l-awtorizzazzjoni l-paragrafi 2.1.2, 2.1.3, 2.1.4, 2.1.4.2, 2.2, 2.3.1, 2.3.2, 2.4.1, 2.4.2, 2.4.4, 2.5, 2.6 japplikaw; |
|
— |
għall-addittivi l-oħra soġġetti għal detentur speċifiku ta' l-awtorizzazzjoni, it-Taqsima II kollha tapplika. |
3.3. Taqsima III: studji li jikkonċernaw is-sigurtà ta' l-addittivi
3.3.1. Studji li jikkonċernaw is-sigurtà ta' l-użu ta' l-addittiv għal speċi mmirati
|
3.3.1.1. |
Tolleranza ta' l-ispeċi mmirati
|
|
3.3.1.2. |
Studji mikrobiċi
Is-subsezzjoni 3.1.2 kollha ta' l-Anness II tapplika. |
3.3.2. Studji li jikkonċernaw is-sigurtà ta' l-użu ta' l-addittiv għall-konsumaturi
|
3.3.2.1. |
Studji metaboliċi u dwar ir-residwi
L-istudji metaboliċi normalment mhumiex meħtieġa. Għad-derivattivi ta' l-urea, il-metaboliżmu ta' l-ixtarr għandu jiġi studjat fil-provi ta' l-effikaċja. Studji dwar ir-residwi jew id-depożizzjoni huma meħtieġa biss għal dawk l-addittivi li jaqgħu taħt il-grupp funzjonali “vitamini, pro-vitamini u sustanzi definiti sew kimikament, li għandhom effett simili” li għandhom il-potenzjal ta' akkumulazzjoni fil-ġisem u għall-grupp funzjonali ta' komposti ta' elementi traċċa fejn sar titjib fil-bijodisponibbiltà. F'dak il-każ, il-proċedura deskritta fis-subsezzjoni 3.2.1 ta' l-Anness II ma tapplikax. Ir-rekwiżit hu limitat għall-paragun tal-livelli fit-tessuti jew il-prodotti bejn il-grupp supplimentat bl-ogħla doża tas-sustanza kklejmjata u kontroll pożittiv (kompost ta' referenza). |
|
3.3.2.2. |
Studji tossikoloġiċi
Dawn huma meħtieġa għall-prodotti ta' fermentazzjoni u l-addittivi li mhumiex diġà awtorizzati. Għall-prodotti ta' fermentazzjoni, il-ġenotossiċità u l-istudji dwar it-tossiċità subkronika jridu jiġu provduti sakemm:
Meta l-organiżmu tal-produzzjoni jappartjeni għal grupp li fih xi razez huma magħrufa li jipproduċu t-tossini, il-preżenza tagħhom għandha tiġi eskluża speċifikament. |
|
3.3.2.3. |
Evalwazzjoni tas-sigurtà tal-konsumatur
Is-subsezzjoni 3.2.3 ta' l-Anness II tapplika kollha. |
3.3.3. Studji li jikkonċernaw is-sigurtà ta' l-użu ta' l-addittiv għall-utenti/ħaddiema
Is-subsezzjoni 3.3 kollha ta' l-Anness II tapplika
3.3.4. Studji li jikkonċernaw is-sigurtà ta' l-użu ta' l-addittiv għall-ambjent
Is-subsezzjoni 3.4 kollha ta' l-Anness II tapplika għal sustanzi attivi ġodda li jappartjenu għall-kompost ta' l-elementi traċċa.
3.4. Taqsima IV: studji li jikkonċernaw l-effikaċja ta' l-addittiv
Studji dwar l-effikaċja mhumiex meħtieġa għall-urea, aċidi ta' l-amino, imluħa ta' l-aċidu ta' l-amino u analogi diġà awtorizzati bħala addittivi ta' l-għalf, komposti ta' l-elementi traċċa diġà awtorizzati bħala addittivi ta' l-għalf u vitamini, pro-vitamini u sustanzi definiti sew kimikament li għandhom effett simili diġà awtorizzati bħala addittivi ta' l-għalf.
Hu meħtieġ studju immedjat biex jappoġġja l-effikaċja għad-derivattivi ta' l-urea, l-imluħa ta' l-aċidu ta' l-amino u analogi li mhumiex diġà awtorizzati bħala addittivi ta' l-għalf, komposti ta' elementi traċċa mhux diġà awtorizzati bħala addittivi ta' l-għalf u għall-vitamini, pro-vitamini u sustanzi definiti sew kimikament li għandhom effett simili li mhumiex diġà awtorizzati bħala addittivi ta' l-għalf.
Għas-sustanzi l-oħra li għalihom hu meħtieġ effett nutrizzjonali talanqas hu meħtieġ studju wieħed ta' l-effikaċja fit-tul skond id-dispożizzjonijiet tat-Taqsima 4 ta' l-Anness II.
Fejn ikun meħtieġ, l-istudji għandhom juru li l-addittiv jista' jipprovdi r-rekwiżiti nutrizzjonali ta' l-annimali. It-testijiet għandhom jinkludu grupp ta' test b'dieta li fiha n-nutrijent f'konċentrazzjonijiet ibaxx mir-rekwiżiti ta' l-annimali. Minkejja dan, il-provi permezz ta' grupp ta' kontroll defiċjenti sew għandhom jiġu evitati. Ġeneralment, ikun suffiċjenti biex turi l-effikaċja fi speċi jew kategorija waħda ta' annimali inkluż l-annimali tal-laboratorju.
3.5. Taqsima V: pjan ta' monitoraġġ għal wara d-dħul fis-suq
Din it-taqsima għandha tapplika skond id-dispożizzjoni ta' l-Artikolu 7(3)(g) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.
4. ADDITTIVI ŻOOTEKNIĊI
4.1. Addittivi Żootekniċi Minbarra L-Enżimi U L-Mikroorganiżmi
4.1.1. Taqsima I: sommarju tad-dossier.
It-Taqsima I kollha ta' l-Anness II tapplika.
4.1.2. Taqsima II: identità, karatterizzazzjoni u kondizzjonijiet ta' l-użu ta' l-addittiv; metodi ta' analiżi
It-Taqsima II kollha ta' l-Anness II tapplika.
4.1.3. Taqsima III: studji li jikkonċernaw is-sigurtà ta' l-addittivi
|
4.1.3.1. |
Studji li jikkonċernaw is-sigurtà ta' l-użu ta' l-addittiv għall-annimali mmirati
Is-subsezzjoni 3.1 kollha ta' l-Anness II tapplika. |
|
4.1.3.2. |
Studji li jikkonċernaw is-sigurtà ta' l-użu ta' l-addittiv għall-konsumatur
|
|
4.1.3.3. |
Studji li jikkonċernaw is-sigurtà ta' l-addittiv għall-utenti/ħaddiema
Is-subsezzjoni 3.3 kollha ta' l-Anness II tapplika. |
|
4.1.3.4. |
Studji li jikkonċernaw is-sigurtà ta' l-addittiv għall-ambjent
Is-subsezzjoni 3.4 kollha ta' l-Anness II tapplika |
4.1.4. Taqsima IV: studji li jikkonċernaw l-effikaċja ta' l-addittiv
It-Taqsima IV kollha ta' l-Anness II tapplika.
|
(1) |
Addittivi li jaffettwaw favorevolment il-produzzjoni ta' l-annimali, il-ħidma jew il-benessri tagħhom u għall-grupp funzjonali “addittivi żootekniċi oħra”. L-effetti jistgħu jintwerew biss b'rabta ma' kull speċi jew kategorija ta' annimali mmirati. Skond il-karatteristiċi ta' l-addittiv, il-miżuri tar-riżultat jistgħu jkunu bbażati jew fuq il-karatteristiċi ta' l-andament (eż. effiċjenza ta' l-għalf, ksib medju ta' kuljum, żieda ta' prodotti ta' l-annimali), kompożizzjoni tal-karkassa, l-andament tal-merħla, parametri tar-riproduzzjoni jew il-benessri ta' l-annimali. L-evidenza tal-mod ta' azzjoni tista' tingħata permezz ta' studji ta' effikaċja immedjati jew studji fil-laboratorju li jkejlu l-punt aħħari rilevanti. |
|
(2) |
Addittivi li jaffettwaw favorevolment il-konsegwenzi ambjentali tal-produzzjoni ta' l-annimali Għal dawn l-addittivi li jaffettwaw favorevolment l-ambjent (eż. nitroġenu mnaqqas jew tneħħija ta' ħmieġ fosforuż jew produzzjoni ta' metanu mnaqqsa, ħwawar mingħajr togħma), evidenza ta' l-effikaċja għall-ispeċi mmirati tista' tingħata permezz ta' tliet studji dwar l-effikaċja immedjati li juru effetti ta' benefiċċju sinifikanti. L-istudji għandhom iqisu l-possibbiltà ta' rispons li jadatta għall-addittiv. |
4.1.5. Taqsima V: pjan ta' monitoraġġ għal wara d-dħul fis-suq
Din it-taqsima għandha tapplika wkoll skond id-dispożizzjoni ta' l-Artikolu 7(3)(g) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.
4.2. Addittivi Żootekniċi: Enżimi u Mikroorganiżmi
4.2.1. Taqsima I: sommarju tad-dossier
It-Taqsima I kollha ta' l-Anness II tapplika.
4.2.2. Taqsima II: identità, karatterizzazzjoni u kondizzjonijiet dwar l-użu ta' l-addittiv; metodi ta' analiżi
It-Taqsima II kollha ta' l-Anness II tapplika.
4.2.3. Taqsima III: studji li jikkonċernaw is-sigurtà ta' l-addittivi
|
4.2.3.1. |
Studji li jikkonċernaw is-sigurtà ta' l-użu ta' l-addittivi għall-annimali mmirati
Is-subsezzjoni 3.1.1 kollha ta' l-Anness II tapplika. L-applikanti huma mħeġġa biex jużaw, kull meta jkun possibbli, talanqas doża aktar għal 100 darba fil-grupp esperimentali u konsegwentement inaqqsu n-numru ta' punti aħħarija meħtieġa. Tista' tintuża’ forma konċentrata ta' l-addittiv għal dan il-għan. Il-konċentrazzjoni għandha tiġi aġġustata billi jitnaqqas l-ammont ta' ġarriera preżenti iżda l-proporzjon ta' l-aġent(/i) attiv/sustanza(/i) attiva għall-prodotti ta' fermentazzjoni l-oħra jrid jibqa' l-istess bħal fil-prodott finali. Għall-enżimi, id-dieta għandha tipprovdi s-sottostrata(/i) adattata(/i). Is-subsezzjoni 3.1.2 kollha ta' l-Anness II tapplika għall-mikroorganiżmi kollha u għal dawk l-enżimi b'effett katalitiku dirett fuq l-elementi tal-mikrobijota jew li huma dikjarati li jaffettwaw il-mikrobiota ta' l-organi. Fejn hemm espożizzjoni ġdida jew żieda sostanzjali fid-daqs ta' espożizzjoni għall-mikroorganiżmi, jistgħu jkunu meħtieġa studji addizzjonali biex juru n-nuqqas ta' effetti ħżiena fuq il-mikrobijota li tikber u tgħix ma' annimal ieħor tas-sistema diġestiva. Għall-annimali li jixtarru, l-għadd dirett tal-mikrobijota se jkun meħtieġ biss jekk ikun indikat mill-evidenza ta' bidla negattiva fil-funzjoni tar-rumen (imkejjel in vitro bħala bidla fil-konċentrazzjonijiet volatili ta' l-aċidu li jħaxxen, tnaqqis fil-konċentrazzjoni proporzjonali jew ċellulożi mnaqqsa). |
|
4.2.3.2. |
Studji li jikkonċernaw is-sigurtà ta' l-użu ta' l-addittiv għall-konsumatur
L-enżimi u l-mikroorganiżmi jiffurmaw parti biss mill-addittiv kollu li, f'ħafna każijiet, jistgħu jinkludu komponenti oħra li joriġinaw mill-proċess ta' fermentazzjoni. Konsegwentement, jeħtieġ li l-addittiv jiġi ttestjat sabiex ikun assigurat li ma fihx materjal mutaġeniku jew inkella materjal li jista' jagħmel ħsara lill-konsumaturi umani ta' l-ikel miksub mill-għalf ta' l-annimali b'oġġetti ta' l-ikel jew ilma trattat b'dawn l-addittivi. Minkejja dan, l-aktar batterji vijabbli intiżi li jiġu inġeriti direttament jew indirettament mill-mammiferi (inkluż min-nies) huma magħżula minn gruppi ta' organiżmi bi storja ta' użu sigur apparenti jew minn gruppi fejn il-perikli fiżiċi huma definiti sew. Bl-istess mod, il-perikli marbuta ma' mikroorganiżmi użati bħalissa għall-produzzjoni ta' enżimi ġeneralment huma rikonoxxuti sew u sostanzjalment imnaqqsa permezz ta' metodi ta' produzzjoni moderni. Għalhekk, għall-enżimi minn sorsi mikrobiċi u għall-mikroorganiżmi bi storja ta' użu sigur apparenti u fejn il-komponenti ta' proċess ta' fermentazzjoni huma definiti u magħrufa sew, it-testijiet tat-tossiċità (eż., testjar tat-tossiċità orali jew tal-ġenotossiċità) mhumiex meqjusa neċessarji. Minkejja dan, kemm għall-organiżmi ħajjin kif ukoll għal dawk użati għall-produzzjoni ta' l-enżimi, it-tħassib speċifiku fit-taqsima 2.2.2.2 ta' l-Anness II għandu dejjem jiġi indirizzat. Meta l-organiżmu jew l-applikazzjoni tiegħu tkun ġdida u ma jkunx hemm tagħrif biżżejjed dwar il-bijoloġija ta' l-organiżmu (ta' produzzjoni) biex jiġi eskluż il-potenzjal ta' produzzjoni ta' metaboliti tossiċi, għandhom jiddaħħlu studji dwar il-ġenotossiċità u t-tossiċità orali magħmula bl-addittivi li fihom mikroorganiżmi jew enżimi vijabbli. F'dan il-każ, huma għandhom jieħdu l-forma ta' studji dwar il-ġenotossiċità inkluż il-mutaġeniċità u studju dwar it-tossiċità orali subkronika. Hu rakkomandat li dawk l-istudji jsiru bil-meraq tal-fermentazzjoni mingħajr ċelloli jew fil-każ ta' stat ta' fermentazzjoni solidu, b'estratt adattat. |
|
4.2.3.3. |
Studji li jikkonċernaw is-sigurtà ta' l-addittiv għall-utenti/ħaddiema
Is-subsezzjoni 3.3 kollha ta' l-Anness II tapplika minbarra:
|
|
4.2.3.4. |
Studji li jikkonċernaw is-sigurtà ta' l-addittiv għall-ambjent
Is-subsezzjoni 3.4 ta' l-Anness II tapplika bi sħiħ għall-mikroorganiżmi li mhumiex ta' oriġini ta' l-organi jew li ma jinsabux kullimkien fl-ambjent. |
4.2.4. Taqsima IV: studji li jikkonċernaw l-effikaċja ta' l-addittivi
It-Taqsima IV kollha ta' l-Anness II tapplika.
|
(1) |
Addittivi li jaffettwaw favorevolment il-produzzjoni ta' l-annimali, il-ħidma jew il-benessri tagħhom u għall-grupp funzjonali “addittivi oħra żootekniċi”. L-effetti jistgħu jintwerew biss b'rabta ma' kull speċi jew kategorija ta' annimali mmirati. Skond il-karatteristiċi ta' l-addittiv, il-miżuri tar-riżultati jistgħu jkunu bbażati jew fuq il-karatteristiċi ta' l-andament (eż. l-effiċjenza ta' l-għalf, il-ksib medju ta' kuljum, iż-żieda fil-prodotti ta' l-annimali), il-kompożizzjoni tal-karkassa, l-andament tal-merħla, il-parametri tar-riproduzzjoni jew il-benessri ta' l-annimali. Evidenza tal-mod ta' azzjoni tista' tingħata minn studji immedjati dwar l-effikaċja jew studji fil-laboratorju li jkejlu l-punt aħħari rilevanti. |
|
(2) |
Addittivi li jaffettwaw favorevolment il-konsegwenzi ambjentali tal-produzzjoni ta' l-annimali Għal dawn l-addittivi li jaffettwaw favorevolment l-ambjent (eż. nitroġenu mnaqqas jew tneħħija tal-ħmieġ fosforuż jew produzzjoni mnaqqsa tal-metanu, ħwawar mingħajr togħma), l-evidenza ta' l-effikaċja għall-ispeċi mmirati tista' tingħata permezz ta' tliet studji immedjati dwar l-effikaċja ma' annimali li juru effetti ta' benefiċċju sinifikanti. L-istudji għandhom iqisu l-possibbiltà ta' rispons li jadatta għall-addittiv. |
4.2.5. Taqsima V: pjan ta' monitoraġġ wara d-dħul fis-suq
Din it-taqsima għandha tapplika skond id-dispożizzjoni ta' l-Artikolu 7(3)(g) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.
5. COCCIDIOSTATS U HISTOMONOSTATS
5.1. Taqsima I: sommarju tad-dossier
It-Taqsima I kollha ta' l-Anness II tapplika
5.2. Taqsima II: identità, karatterizzazzjoni u kondizzjonijiet ta' l-użu ta' l-addittiv; metodi ta' analiżi
It-Taqsima II kollha ta' l-Anness II tapplika
5.3. Taqsima III: studji li jikkonċernaw is-sigurtà ta' l-addittivi
5.3.1. Studji li jikkonċernaw is-sigurtà ta' l-użu ta' l-addittiv għall-annimali mmirati
Is-subsezzjoni 3.1 kollha ta' l-Anness II tapplika
5.3.2. Studji li jikkonċernaw is-sigurtà ta' l-użu ta' l-addittiv għall-konsumatur
Is-subsezzjoni 3.2 kollha ta' l-Anness II tapplika
5.3.3. Studji li jikkonċernaw is-sigurtà ta' l-użu ta' l-addittiv għall-utenti/ħaddiema
Is-subsezzjoni 3.3 kollha ta' l-Anness II tapplika
5.3.4. Studji li jikkonċernaw is-sigurtà ta' l-użu ta' l-addittiv għall-ambjent
Is-subsezzjoni 3.4 kollha ta' l-Anness II tapplika
5.4. Taqsima IV: studji li jikkonċernaw l-effikaċja ta' l-addittiv
Dawn l-addittivi jipproteġu l-annimali mir-riżultati ta' invażjoni ta' Eimeria spp. jew Histomonas meleagridis. Għandha tingħata importanza lill-evidenza ta' l-effetti speċifiċi ta' l-addittiv (eż., speċi kontrollati) u l-karatteristiċi profilattiċi (eż., it-tnaqqis fil-morbidità, il-mortalità, l-għadd ta' l-oocyst u l-għadd ta' feriti). Għanda tingħata informazzjoni dwar l-effett fuq il-bidla fit-tkabbir u l-għalf (tjur imsemna, dawk li jbidu sostituti u fniek), effetti fuq it-tifqis (għasafar tat-tgħammir), kif jixraq.
Id-data dwar l-effikaċja meħtieġa għandha tiġi minn tliet tipi ta' esperimenti fuq annimali mmirati:
|
— |
infezzjonijiet artifiċjali waħdiena u mħallta |
|
— |
infezzjoni naturali/artifiċjali biex timita l-kondizzjonijiet ta' l-użu |
|
— |
kondizzjonijiet proprja ta' l-użu fi provi fil-verità |
L-esperimenti b'infezzjonijiet artifiċjali waħdiena u mħallta (eż. gaġeġ tal-batterija għat-tjur) huma intiżi li juru l-effettività relattiva kontra l-parassiti u ma jirrikjedux li jiġu replikati. Huma meħtieġa tliet riżultati sinifikanti għal studji li jimmitaw il-kondizzjonijiet ta' l-użu (eż., studji fl-artijiet imdawra b'ilqugħ għat-tjur, studji fil-gaġeġ tal-batteriji tal-fniek). Tliet studji fuq il-post li fihom hemm ammont ta' infezzjoni naturali huma meħtieġa wkoll.
5.5. Taqsima V: pjan ta' monitoraġġ wara d-dħul fis-suq
Din it-taqsima ta' l-Anness II għandha tapplika skond id-dispożizzjoni ta' l-Artikolu 7(3)(g) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.
6. ESTRAPOLAZZJONI MINN SPEĊI MAĠĠURI GĦAL DAWK MINURI
L-ispeċi minuri huma definiti fl-Artikolu 1(2) ta' dan ir-Regolament.
Sottomissjoni aktar limitata normalment tkun aċċettata għal estensjoni proposta ta' l-użu awtorizzat għal speċi li hi fiżjoloġikament komparabbli ma' waħda li fiha l-użu ta' l-addittiv diġà ngħata.
Ir-rekwiżiti li ġejjin japplikaw biss għal awtorizzazzjonijiet mitluba għal speċi minuri ta' addittivi diġà awtorizzati għal speċi maġġuri. Għall-awtorizzazzjonijiet mitluba għall-addittivi ta' l-għalf il-ġodda mitluba biss għall-ispeċi minuri, it-taqsimiet kollha japplikaw bi sħiħ, skond il-kategorija/grupp funzjonali ta' l-addittiv (ara r-rekwiżiti speċifiċi korrispondenti ta' l-Anness III).
6.1. Taqsima I: sommarju tad-dossier
It-Taqsima I kollha ta' l-Anness II tapplika.
6.2. Taqsima II: identità, karatterizzazzjoni u kondizzjonijiet ta' l-użu ta' l-addittiv; metodi ta' analiżi
It-Taqsima II ta' l-Anness II tapplika kif ġej:
|
— |
għall-addittivi soġġetti għal detentur speċifiku ta' l-awtorizzazzjoni, it-Taqsima II kollha tapplika |
|
— |
għall-addittivi l-oħra l-paragrafi 2.1.2, 2.1.3, 2.1.4, 2.1.4.2, 2.2, 2.3.1, 2.3.2, 2.4.1, 2.4.2, 2.4.4, 2.5, 2.6 japplikaw. |
6.3. Taqsima III: studji li jikkonċernaw is-sigurtà ta' l-użu ta' l-addittiv
6.3.1. Studji li jikkonċernaw is-sigurtà ta' l-użu ta' l-addittiv għall-annimali mmirati
|
6.3.1.1. |
Tolleranza ta' l-ispeċi mmirati
Ir-rekwiżiti għall-kategoriji differenti/gruppi funzjonali ta' l-addittivi japplikaw. Fil-prinċipju, l-istudji dwar it-tolleranza għall-ispeċi minuri mhumiex meħtieġa jekk l-addittiv wera livell wiesa' ta' sigurtà (talanqas fattur ta' għaxra) fl-ispeċi maġġuri rilevanti li huma fiżjoloġikament simili. Jekk tliet speċi maġġuri mmirati (inkluż il-mammiferi monogastriċi u li jixtarru u t-tjur) urew livell ta' sigurtà simili u wiesa’, l-ebda studji ta' tolleranza addizzjonali ma jkunu meħtieġa għal speċi minuri li mhumiex fiżjoloġikament simili (eż. żwiemel jew fniek). Fejn it-tolleranza hi meħtieġa, it-tul ta' l-istudji għall-ispeċi minuri (minbarra l-fniek) għandu jkun talanqas 28 ġurnata għall-annimali li qed jikbru u 42 ġurnata għall-annimali adulti. Fil-każ tal-fniek, it-tul taż-żmien li ġej japplika: fniek għas-simna: 28 ġurnata; fniek tat-tgħammir: ċiklu wieħed (mill-inseminazzjoni sa l-aħħar tal-perjodu ta' meta jkunu frieħ). Jekk issir applikazzjoni għall-fniek li jerdgħu u l-fniek frieħ, perjodu ta' 49 ġurnata (li jibda ġurnata wara t-twelid) jitqies suffiċjenti u jrid jinkludi l-fenkiet sakemm isiru frieħ. Għall-ħut (minbarra s-salmonidae) hu meħtieġ perjodu ta' 90 ġurnata. |
6.3.2. Studji li jikkonċernaw is-sigurtà ta' l-użu ta' l-addittiv għall-konsumaturi umani
|
6.3.2.1. |
Studji metaboliċi
Ir-rekwiżiti għall-kategoriji differenti u l-gruppi funzjonali ta' addittivi japplikaw. Barra minn hekk, mhumiex meħtieġa studji metaboliċi jekk l-addittiv diġà ġie awtorizzat biex jintuża fi speċi li hi fiżjoloġikament komparabbli ma' l-ispeċi minuri li għaliha ntalbet l-awtorizzazzjoni. Fin-nuqqas ta' xebħ fiżjoloġiku, hu meqjus biżżejjed paragun tal-profil metaboliku bbażat fuq studji in vitro (eż. magħmula f’hepatocytes permezz ta' kompost ittikkettjat) biex jevalwa l-prossimità metabolika. Jekk l-ispeċi minuri mhumiex fiżjoloġikament simili għal speċi maġġuri, mela għandha tinkiseb indikazzjoni tad-destin metaboliku ta' l-addittiv fl-ispeċi minuri. |
|
6.3.2.2. |
Studji dwar ir-residwi
Hi meħtieġa biss kwantifikazzjoni tal-markatur tar-residwi fit-tessuti u l-prodotti li jittieklu meta tingħata jew tintwera l-prossimità metabolika. Fil-każijiet l-oħra kollha, is-subsezzjoni 3.2.1.2 ta' l-Anness II tapplika għal kollox. |
|
6.3.2.3. |
Evalwazzjoni tas-sigurtà tal-konsumatur
Proposta għal-Limiti Massimi tar-Residwi (MRLs) L-iffissar ta' MRLs jista' jsir billi wieħed jassumi li ma jiġru l-ebda differenzi sinifikanti fil-kontenut tar-residwi fit-tessuti li jittieklu ta' l-ispeċi minuri meta mqabbla ma' speċi maġġuri simili. L-MRLs jistgħu jiġu estrapolati minn klassijiet ta' annimali kif ġej:
L-MRLs għaż-żwiemel jistgħu jiġu estrapolati fejn jeżistu l-MRLs għal annimal li jixtarr maġġuri u mammiferu monogastriku maġġuri. Jekk MRLs identiċi tnisslu fil-baqar (jew ngħaġ), ħnieżer u tiġieġ (jew tjur), li jirrappreżentaw speċi maġġuri b'kapaċitajiet metaboliċi differenti u kompożizzjoni differenti tat-tessuti, l-istess MRLs jistgħu jiġu ffissati għall-ovini, l-equidae u l-fniek, li jfisser li estrapolazzjoni titqies possibbli għall-annimali kollha li jipproduċu l-ikel minbarra l-ħut. Meta wieħed iqis il-linji ta' gwida tal-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu Veterinarju (CVMP) (10) dwar it-twaqqif ta' MRLs għas-Salmonidae u ħut ieħor tax-xewk, li diġà tagħti lok għal estrapolazzjoni mill-MRLs fil-muskoli ta' speċi maġġuri tas-Salmonidae u ħut ieħor tax-xewk dejjem jekk is-sustanzi tal-ġenituri huma aċċettabbli bħala markatur tar-residwi għal MRL fil-muskoli u l-ġilda, l-MRLs jistgħu jiġu estrapolati mill-annimali kollha li jipproduċu l-ikel. Għandu jkun hemm metodi analitiċi għall-monitoraġġ tar-residwi fit-tessuti u l-prodotti li jittieklu ta' l-annimali kollha li jipproduċu l-ikel. |
6.3.3. Studji li jikkonċernaw is-sigurtà ta' l-użu ta' l-addittiv għall-utenti/ħaddiema
Is-subsezzjoni 3.3 kollha ta' l-Anness II tapplika.
6.3.4. Studji li jikkonċernaw is-sigurtà ta' l-użu ta' l-addittiv għall-ambjent
Il-valutazzjoni tar-riskju ambjentali tista' tiġi estrapolata mill-evalwazzjoni magħmula għal speċi maġġuri komparabbli fiżjoloġikament. Għall-addittivi intiżi li jintużaw fil-fniek, it-taqsima kollha tapplika billi jitqiesu r-rekwiżiti għal kull kategorija/grupp funzjonali ta' l-addittivi.
6.4. Taqsima IV: studji li jikkonċernaw l-effikaċja ta' l-addittiv
Fejn l-addittiv diġà ġie approvat għal speċi maġġuri komparabbli fiżjoloġikament għall-istess funzjoni u fejn il-mod ta' azzjoni ta' l-addittiv hu magħruf jew muri, l-evidenza ta' l-istess mod ta' azzjoni fl-ispeċi minuri tista' titqies bħala evidenza ta' l-effikaċja. Fejn l-ebda tali rabta ma tista' ssir, l-effikaċja għandha tintwera skond ir-regoli ġenerali għat-Taqsima IV fl-Anness II. F'xi każijiet jista' jkun xieraq li jitħalltu l-ispeċi ta' annimali fl-itess stadju tal-produzzjoni (eż. mogħoż u ngħaġ użati għall-produzzjoni tal-ħalib). Is-sinifikat għandu jintwera f'kull studju (P ≤ 0,1) jew, jekk hu possibbli, permess ta' meta-analiżi (P ≤ 0,05).
Jekk ikun meħtieġ li tintwera l-effikaċja, it-tul ta' l-istudji ta' l-effikaċja għandu jkun analogu ma' l-istadji ta' produzzjoni komparabbli fl-ispeċi maġġuri fiżjoloġikament komparabbli. F'każijiet oħra, it-tul ta' żmien minimu għall-istudju għandu jsegwi d-dispożizzjonijiet rilevanti fis-subsezzjoni 4.4 ta' l-Anness II u l-Anness IV.
6.5. Taqsima V: pjan ta' monitoraġġ wara d-dħul fis-suq
Din it-taqsima ta' l-Anness II għandha tapplika skond id-dispożizzjoni ta' l-Artikolu 7(3) (g) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.
7. ANNIMALI DOMESTIĊI U ANNIMALI OĦRA LI MA JIPPRODUĊUX IKEL
Annimali domestiċi u annimali oħra li ma jipproduċux ikel huma definiti fl-Artikolu 1(1) ta' dan ir-Regolament.
7.1. Taqsima I: sommarju tad-dossier.
It-Taqsima I kollha ta' l-Anness II tapplika.
7.2. Taqsima II: identità, karatterizzazzjoni u kondizzjonijiet dwar l-użu ta' l-addittiv; metodi ta' analiżi
It-Taqsima II ta' l-Anness II tapplika kif ġej:
|
— |
għall-addittivi soġġetti għal detentur speċifiku ta' l-awtorizzazzjoni, it-Taqsima II kollha tapplika. |
|
— |
għall-addittivi l-oħra l-paragrafi 2.1.2, 2.1.3, 2.1.4, 2.1.4.2, 2.2, 2.3.1, 2.3.2., 2.4.1, 2.4.2, 2.4.4, 2.5, 2.6 japplikaw. |
7.3. Taqsima III: studji li jikkonċernaw is-sigurtà ta' l-addittiv
7.3.1. Studji li jikkonċernaw is-sigurtà ta' l-użu ta' l-addittiv għall-annimali mmirati
Ir-rekwiżiti għall-kategoriji differenti/gruppi funzjonali differenti ta' l-addittivi japplikaw. Fejn ikun meħtieġ studju ta' tolleranza, it-tul ta' żmien tiegħu għandu jkun talanqas 28 ġurnata.
Studju dwar it-tolleranza ma jkunx meħtieġ jekk l-addittiv intwera li għandu livell tas-sigurtà komparabbli u wiesa’ fi tliet speċi maġġuri (inkluż il-mammiferi monogastriċi u li jixtarru u t-tjur).
7.3.2. Studji li jikkonċernaw is-sigurtà ta' l-użu ta' l-addittiv għall-konsumaturi
Din is-subsezzjoni normalment ma tkunx meħtieġa. Għandha tingħata attenzjoni għas-sigurtà tas-sid.
7.3.3. Studji li jikkonċernaw is-sigurtà ta' l-użu ta' l-addittiv għall-utenti/ħaddiema
Is-subsezzjoni 3.3 kollha ta' l-Anness II tapplika.
7.3.4. Studji li jikkonċernaw is-sigurtà ta' l-użu ta' l-addittiv għall-ambjent
Is-subsezzjoni 3.4 ta' l-Anness II mhix meħtieġa.
7.4. Taqsima IV: studji li jikkonċernaw l-effikaċja ta' l-addittiv
Ir-rekwiżiti għall-kategoriji differenti/gruppi funzjonali differenti ta' l-addittivi japplikaw.
Meta l-addittiv, li għalih huma meħtieġa studji dwar l-annimali, ġie qabel awtorizzat għal speċi minuri fiżjoloġikament simili, ma tkunx meħtieġa li tintwera aktar l-effikaċja dejjem jekk l-effett u l-mod ta' azzjoni mitluba huwa l-istess. Jekk l-addittiv ġie awtorizzat qabel, l-effett mitlub, jew il-mod ta' azzjoni huwa differenti minn awtorizzazzjoni ta' qabel, l-effikaċja għandha tintwera wara li jiġu segwiti r-regoli ġenerali għat-Taqsima IV fl-Anness II.
It-tul ta' żmien tal-provi ta' effikaċja fit-tul għandu jkun talanqas 28 ġurnata.
7.5. Taqsima V: pjan ta' monitoraġġ għal wara d-dħul fis-suq
Din it-taqsima ta' l-Anness II għandha tapplika skond id-dispożizzjoni ta' l-Artikolu 7(3) (g) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.
8. ADDITTIVI DIĠÀ AWTORIZZATI BIEX JINTUŻAW FL-IKEL
8.1. Taqsima I: sommarju tad-dossier.
It-Taqsima I kollha ta' l-Anness II tapplika.
8.2. Taqsima II: identità, karatterizzazzjoni u kondizzjonijiet dwar l-użu ta' l-addittiv; metodi ta' analiżi
It-Taqsima II ta' l-Anness II tapplika kif ġej:
|
— |
għall-addittivi soġġetti għal detentur speċifiku ta' l-awtorizzazzjoni, it-Taqsima II kollha tapplika |
|
— |
għall-addittivi l-oħra l-paragrafi 2.1.2, 2.1.3, 2.1.4, 2.1.4.2, 2.2, 2.3.1, 2.3.2., 2.4.1, 2.4.2, 2.4.4, 2.5, 2.6 japplikaw. |
8.3. Taqsima III: studji li jikkonċernaw is-sigurtà ta' l-addittivi
L-aktar evalwazzjonijiet formali riċenti tas-sigurtà ta' l-addittiv ta' l-ikel għandhom jiddaħħlu u jiġu supplimentati b'kull data magħmula sussegwentement.
Għal dawk l-addittivi li huma awtorizzati bħala addittivi fl-ikel jew approvati bħala komponenti għall-oġġetti ta' l-ikel fl-Unjoni Ewropea mingħajr l-ebda restrizzjoni, l-istudji dwar is-sigurtà tal-konsumaturi u l-ħaddiema ġeneralment ma jkunux meħtieġa.
Is-subsezzjonijiet 3.1, 3.2 u 3.3 ta' l-Anness II għandhom jiġu provduti billi jitqies it-tagħrif preżenti dwar is-sigurtà ta' dawn is-sustanzi meta użati fl-ikel. Skond il-bżonn, dawk is-sustanzi użati wkoll fl-ikel jistgħu jiġu klassifikati bħala:
|
— |
ADI mhux speċifikati (mingħajr indikazzjoni diretta ta' l-ogħla limitu ta' konsum, mogħti lis-sustanzi b'tossiċità baxxa ħafna); |
|
— |
ADI jew UL stabbiliti; jew |
|
— |
l-ebda ADI allokat (applikabbli għas-sustanzi li għalihom l-informazzjoni disponibbli mhix biżżejjed biex tistabbilixxi s-sigurtà tagħhom). |
8.3.1. Studji li jikkonċernaw is-sigurtà dwar l-użu ta' l-addittiv għall-annimali mmirati
Jekk il-livell ta' użu għall-addittiv ta' l-għalf hu simili għal dak użat fl-ikel, is-sigurtà għall-ispeċi mmirati tista' tiġi evalwata abbażi tad-data disponibbli tossikoloġika in vivo, konsiderazzjoni ta' l-istruttura kimika u l-kapaċità metabolika ta' l-ispeċi mmirati. Jekk il-livell ta' użu fl-għalf huwa konsiderevolment ogħla mill-użu korrispondenti fl-ikel, jista' jkun meħtieġ studju dwar it-tolleranza fl-annimal immirat, skond in-natura tas-sustanza.
8.3.2. Studji li jikkonċernaw is-sigurtà ta' l-użu ta' l-addittiv għall-konsumaturi
Jekk l-użu bħala addittiv ta' l-għalf jirriżulta f'espożizzjoni ogħla għall-konsumatur, jew għal xejra differenti ta' metaboliti minn dak li jirriżulta mill-użu fl-ikel, imbagħad tkun meħtieġa data tossikoloġika u dwar ir-residwi.
|
8.3.2.1. |
L-addittivi ta' l-ikel li għalihom mhux speċifikat l-ADI
L-evalwazzjoni tas-sigurtà għall-konsumaturi mhix meħtieġa, ħlief meta l-użu ta' l-addittiv fl-għalf iwassal għal xejra differenti ta' metaboliti minn dik użata fl-ikel. |
|
8.3.2.2. |
Addittivi ta' l-ikel b'ADI jew UL stabbiliti
Is-sigurtà tal-konsumaturi trid tiġi evalwata billi titqies l-espożizzjoni addizzjonali mill-użu fl-għalf, jew l-espożizzjoni speċifika marbuta mal-metaboliti li joħorġu mill-ispeċi mmirati. Dan jista' jsir billi tiġi estrapolata data dwar ir-residwi mil-letteratura. Fejn ikunu meħtieġa studji dwar ir-residwi, ir-rekwiżit hu limitat għal paragun bejn il-livelli tat-tessuti jew tal-prodott fi grupp mhux trattat għal grupp supplimentat bl-ogħla doża dikjarata. |
|
8.3.2.3. |
Addittivi ta' l-ikel li għalihom mhux allokat ADI
Ir-raġunijiet għala ADI ma ġiex allokat għandhom jiġu speċifikati b'mod ċar. Jekk jinqala' tħassib minn dan, u l-użu ta' l-addittiv fl-għalf jista' jikkontribwixxi għal żieda sinifikanti fl-espożizzjoni tal-konsumatur, tkun meħtieġa evalwazzjoni tossikoloġika sħiħa. Espożizzjoni addizzjonali mill-użu fl-għalf tista' tiġi estrapolata mid-data dwar ir-residwi mil-letteratura. Fejn l-istudji dwar ir-residwi huma meħtieġa, ir-rekwiżit hu limitat għall-paragun tal-livelli fit-tessuti jew il-prodotti fi grupp mhux trattat mal-grupp supplimentat bl-ogħla doża dikjarata. |
8.3.3. Studji li jikkonċernaw is-sigurtà ta' l-użu ta' l-addittiv għall-utenti/ħaddiema
Is-subsezzjoni 3.3 kollha ta' l-Anness II tapplika.
Miżuri ta' prekawzjoni għat-tqandil ta' dawn is-sustanzi użati fl-ikel għandhom jitqiesu meta tiġi kkunsidrata s-sigurtà ta' l-addittiv ta' l-għalf.
8.3.4. Studji li jikkonċernaw is-sigurtà ta' l-użu ta' l-addittiv għall-ambjent
Is-subsezzjoni 3.4 ta' l-Anness II hi meħtieġa.
8.4. Taqsima IV: studji li jikkonċernaw l-effikaċja ta' l-addittiv
Fejn il-funzjoni mitluba għall-għalf hi l-istess bħal dik użata fl-ikel, l-ebda wiri ta' effikaċja ma għandu jkun meħtieġ. Inkella r-rekwiżiti għall-effikaċja huma bħal dawk indikati fit-Taqsima IV ta' l-Anness II.
8.5. Taqsima V: pjan ta' monitoraġġ għal wara d-dħul fis-suq
Din it-taqsima ta' l-Anness II għandha tapplika skond id-dispożizzjoni ta' l-Artikolu 7(3)(g) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.
9. MODIFIKAZZJONI TA' L-AWTORIZZAZZJONIJIET
Peress li wieħed jista' jserraħ fuq l-evalwazzjoni tad-data mogħtija għall-awtorizzazzjonijiet li saru qabel, id-dossier imħejji għall-applikazzjoni skond l-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 irid jikkonforma biss mar-rekwiżiti mniżżla hawn taħt.
Applikazzjoni għal modifikazzjoni tat-termini inklużi f'Regolament ta' l-awtorizzazzjoni eżistenti, bħall-identifikazzjoni, il-karatterizzazzjoni jew il-kondizzjonijiet dwar l-użu ta' l-addittiv, għandhom juru li l-modifikazzjoni ma għandha l-ebda effett li jagħmel ħsara lill-ispeċi mmirati, lill-konsumatur, lill-utent jew lill-ambjent. Addittiv jista' jitqies identiku għal dan il-għan jekk is-sustanza(/i) attiva(/i) jew l-aġent(i) attiv(i) u l-kondizzjonijiet dwar l-użu huma l-istess, il-purità tiegħu hi essenzjalment simili u l-ebda komponenti ġodda ta' tħassib ma ddaħħlu. Għal dawk il-prodotti tista' tiġi sottomessa applikazzjoni mqassra għaliex normalment ma jkunx meħtieġ li jiġu mtennija l-istudji biex tintwera s-sigurtà għall-ispeċi mmirati, il-konsumatur u l-ambjent u l-effikaċja.
L-applikazzjoni għandha tindirizza r-rekwiżiti kollha li ġejjin:
|
1. |
l-Anness I kollu japplika – dan jinkludi dettalji tal-modifikazzjoni mitluba; |
|
2. |
it-Taqsima II kollha ta' l-Anness II tapplika; |
|
3. |
trid tiġi provduta data li tindika li, il-karatteristiċi kimiċi jew bijoloġiċi ta' l-addittiv huma essenzjalment l-istess bħal dawk tal-prodott stabbilit; |
|
4. |
fejn jixraq, għandha tingħata evidenza għall-bijoekwivalenza jew permezz ta' speċifikazzjoni, jew inkella permezz ta' letteratura ppubblikata jew minn studji speċifiċi. Fejn il-bijoekwivalenza mhix murija għal kollox, trid tintwera l-konformità tal-perjodu ta' rtirar ma' l-MRL. |
|
5. |
għandha tiġi preżentata evidenza fid-dawl tat-tagħrif xjentifiku preżenti li l-addittiv jibqa' sigur taħt il-kondizzjonijiet approvati għall-ispeċi mmirati, il-konsumaturi, il-ħaddiema u l-ambjent; |
|
6. |
għandu jiġi provdut rapport dwar ir-riżultati tal-monitoraġġ wara d-dħul fis-suq, jekk dawn ir-rekwiżiti ta' monitoraġġ huma mdaħħla fl-awtorizzazzjoni; u |
|
7. |
id-data speċifika li tappoġġja t-talba għal bidla trid tiġi sottomessa b'konformità mal-partijiet rilevanti tat-Taqsimiet III, IV u V ta' l-Anness II. |
10. TIĠDID TA' L-AWTORIZZAZZJONIJIET
Applikazzjonijiet għal tiġdid ta' l-awtorizzazzjoni skond l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru. 1831/2003 għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:
10.1. Taqsima I: sommarju tad-dossier.
It-Taqsima I ta' l-Anness II tapplika kollha. Għandha tingħata kopja ta' l-awtorizzazzjoni Komunitarja oriġinali għat-tqegħid ta' l-addittiv ta' l-għalf fis-suq, jew l-aħħar tiġdid ta' l-awtorizzazzjoni. Għandu jiġi mħejji dossier aġġornat skond l-aktar rekwiżiti aġġornati u lista li tipprovdi l-varjazzjonijiet kollha mill-awtorizzazzjoni oriġinali, jew l-aħħar tiġdid ta' l-awtorizzazzjoni għandu jiġi sottomess. L-applikant irid jipprovdi sommarju tad-dossier, bid-dettalji ta' l-iskop ta' l-applikazzjoni, u kull informazzjoni ġdida li ssir disponibbli mill-awtorizzazzjoni ta' qabel/tiġdid ta' qabel fir-rigward ta' l-identità u s-sigurtà.
10.2. Taqsima II: identità, karatterizzazzjoni u kondizzjonijiet dwar l-użu ta' l-addittiv; metodi ta' analiżi
Is-Taqsima II ta' l-Anness II tapplika kif ġej:
|
— |
għall-addittivi soġġetti għal detentur speċifiku ta' l-awtorizzazzjoni, it-Taqsima II tapplika kollha |
|
— |
għall-addittivi l-oħra l-paragrafi 2.1.2, 2.1.3, 2.1.4, 2.1.4.2, 2.2, 2.3.1, 2.3.2, 2.4.1, 2.4.2, 2.4.4, 2.5, 2.6 japplikaw. |
Għandha tiġi preżentata evidenza li turi li l-addittiv ma tbiddilx ħafna jew ma ġiex alterat ħafna fil-kompożizzjoni, purità jew attività fir-rigward ta' l-addittiv li ġie awtorizzat. Kull bidla fil-proċess ta' fabbrikazzjoni għandha tiġi rappurtata.
10.3. Taqsima III: studji li jikkonċernaw is-sigurtà ta' l-addittivi
Għandha tiġi preżentata evidenza fid-dawl tat-tagħrif preżenti li l-addittiv jibqa' sigur skond il-kondizzjonijiet approvati għall-ispeċi fil-mira, il-konsumaturi, il-ħaddiema u l-ambjent. Għandu jiġi preżentat aġġornament tas-sigurtà għall-perjodu mill-awtorizzazzjoni oriġinali, jew l-aħħar tiġdid ta' l-awtorizzazzjoni bl-informazzjoni dwar l-oġġetti li ġejjin:
|
— |
rapporti dwar l-effetti ħżiena inklużi l-inċidenti (effetti mhux magħrufa qabel, effetti gravi ta' kull tip, inċidenza akbar ta' effetti magħrufa) għall-annimali fil-mira, il-konsumaturi, l-utenti u l-ambjent. Ir-rapport dwar l-effetti ħżiena għandu jinkludi n-natura ta' l-effett, in-numru ta' l-individwi/organiżmi affettwati, ir-riżultat, il-kondizzjonijiet dwar l-użu, u l-evalwazzjoni tal-kawżalità; |
|
— |
rapporti dwar interazzjonijiet u kontro-kontaminazzjonijiet mhux magħrufa qabel; |
|
— |
data mill-monitoraġġ tar-residwi, fejn jixraq; |
|
— |
data minn studji epidemjoloġiċi u/jew tossikoloġiċi; |
|
— |
kull informazzjoni oħra li tikkonċerna s-sigurta ta' l-addittiv u r-riskji ta' l-addittiv għall-annimali, in-nies, u l-ambjent. |
Jekk ma tingħata l-ebda informazzjoni oħra fuq xi waħda minn dawn il-kwistjonijiet, għandhom jiġu identifikati sew ir-raġunijiet għal dan.
Għandu jiġi provdut rapport dwar ir-riżultati tal-programm ta' monitoraġġ wara d-dħul fis-suq, jekk dan ir-rekwiżit ta' monitoraġġ kien imdaħħal fl-awtorizzazzjoni ta' qabel.
Fejn, kif hemm provdut fl-Artikolu 14(2)(d) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, l-applikazzjoni għal tiġdid ta' l-awtorizzazzjoni tinkludi proposta biex jiġu emendati jew supplimentati l-kondizzjonijiet dwar l-awtorizzazzjoni oriġinali, inter alia l-kondizzjonijiet dwar il-monitoraġġ fil-ġejjieni, id-data speċifika li tappoġġja l-proposta għal emenda trid tiġi mressqa b'konformità mal-partijiet rilevanti tat-Taqsimiet III, IV u V ta' l-Anness II.
11. EVALWAZZJONI MILL-ĠDID TA' ĊERTI ADDITTIVI DIĠA` AWTORIZZATI SKOND ID-DIRETTIVA 70/524/KEE
L-addittivi konċernati b'dan il-punt 11 huma l-addittivi li ġew awtorizzati skond id-Direttiva 70/524/KEE u jridu jiġu evalwati mill-ġdid skond l-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 u li jappartjenu għall-gruppi li ġejjin:
|
— |
sustanzi antiossidanti; |
|
— |
sustanzi tal-ħwawar u ta' l-apetajżers; |
|
— |
sustanzi emulsjonanti u stabbilizzanti, aġenti li jħaxxnu u li jgħaqqdu; |
|
— |
koloranti, inkluż il-pigments; |
|
— |
preservattivi |
|
— |
vitamini, provitamini u sustanzi definiti sew kimikament li għandhom effett simili; |
|
— |
elementi traċċa; |
|
— |
aġent li jorbot, aġent ta' l-anti-caking u koagulanti; |
|
— |
regolaturi ta' l-aċidità, u |
|
— |
aġenti li jgħaqqdu radjonuklidi. |
Il-livell u l-kwalità tal-valutazzjoni tar-riskju għal dawn l-addittivi għandhom ikunu simili għal addittivi oħra. Minkejja dan, minħabba l-istorja twila tagħhom ta' użu sigur, id-data minn studji ppubblikati diġà tista' tintuża, skond id-dispożizzjonijiet provduti minn dan ir-Regolament, biex turi li l-addittiv jibqa' sigur skond il-kondizzjonijiet approvati għall-ispeċi fil-mira, il-konsumaturi, l-utenti u l-ambjent.
11.1. Taqsima I: sommarju tad-dossier.
It-Taqsima I ta' l-Anness II tapplika kollha.
11.2. Taqsima II: identità, karatterizzazzjoni u kondizzjonijiet dwar l-użu ta' l-addittiv; metodi ta' analiżi
It-Taqsima II ta' l-Anness II tapplika kif ġej:
|
— |
għall-addittivi li mhumiex soġġetti għal detentur speċifiku ta' l-awtorizzazzjoni l-paragrafi 2.1.2, 2.1.3, 2.1.4, 2.1.4.2, 2.2, 2.3.1, 2.3.2, 2.4.1, 2.4.2, 2.4.4, 2.5, 2.6 japplikaw; |
|
— |
għall-addittivi l-oħra soġġetti għal detentur speċifiku ta' l-awtorizzazzjoni, it-Taqsima II tapplika kollha. |
11.3. Taqsima III: studji li jikkonċernaw is-sigurtà ta' l-addittivi
Meta l-addittiv ġie evalwat għas-sigurtà għall-ispeċi fil-mira, il-konsumaturi, l-utenti/il-ħaddiema u l-ambjent, għandu jingħata sommarju ta' l-istudji dwar is-sigurtà sottomess għall-awtorizzazzjoni ta' qabel, flimkien ma' kull informazzjoni ġdida li tirriżulta mill-awtorizzazzjoni ta' qabel. Meta evalwazzjoni formali tas-sigurtà ma saritx għall-użu tas-sustanza bħala addittiv ta' l-għalf, l-istudji u d-data mil-letteratura xjentifika jistgħu jintużaw dejjem jekk tkun ekwivalenti għal dik li tkun meħtieġa f'applikazzjoni ġdida. Inkella, għandu jiġi provdut sett komplut ta' studji dwar is-sigurtà.
11.4. Taqsima IV: studji li jikkonċernaw l-effikaċja ta' l-addittiv
Fejn jixraq, il-konformità mar-rekwiżit dwar l-effikaċja kif hemm provdut fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tista' tintwera permezz ta' sottomissjoni ta' materjal minbarra l-istudji, b'mod partikolari marbut ma' l-istorja twila ta' l-użu.
11.5. Taqsima V: pjan ta' monitoraġġ għal wara d-dħul fis-suq
Din it-Taqsima ta' l-Anness II għandha tapplika skond id-dispożizzjoni ta' l-Artikolu 7(3)(g) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.
(1) Ksenobjotiku huwa sustanza kimika li mhux komponent naturali ta' l-organiżmu espost għalih. Jista' jkopri wkoll sustanzi li jinsabu f'konċentrazzjonijiet ħafna ogħla min-normal.
(2) Għall-fini ta' dan ir-Regolament, “il-proċess ta' ħżin fis-sajlo” jfisser il-proċess li bih id-deterjorament tal-materja organika jiġi kkontrollat bl-aċidifikazzjoni f'kondizzjoni anerobika li tirriżulta mill-fermentazzjoni naturali jew/u ż-żieda ta' addittivi ta' l-għalf maħżun fis-sajlo.
(3) In-numru ta' identifikazzjoni għal sustanzi tal-ħwawar definiti kimikament użati fil-FLAVIS, is-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Ħwawar ta' l-UE, id-database użat fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1565/2000 tat-18 ta' Lulju 2000 (ĠU L 180 tad-19.7.2000 p. 8) li jistipula l-miżuri meħtieġa għall-adozzjoni ta' programm ta' evalwazzjoni fl-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2232/96 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 299, 23.11.1996, p. 1).
(4) CoE nru.: In-numru tal-Kunsill ta' l-Ewropa użat għal prodotti tal-ħwawar definiti b'mod botaniku fir-Rapport tal-Kunsill ta' l-Ewropa nru. 1 dwar “Sorsi naturali ta' ħwawar”, Volum I, Strasbourg, 2000 u l-volumi sussegwenti tiegħu.
(5) Numru tal-CAS (CAS Nru.) Numru tar-Reġistru tas-Servizz ta' l-Astratti Kimiċi, identifikatur uniku għas-sustanzi kimiċi użati ħafna fil-listi ta' l-inventarji kimiċi.
(6) Għall-fini ta' din is-sezzjoni ta' dan ir-Regolament, “sustanza ta' tħassib tossikoloġiku” tfisser sustanza b'konsum tollerabbli ta' kuljum jew fil-ġimgħa (TDI jew TWI), ADI, jew b'restrizzjoni fl-użu tagħha, jew prinċipju attiv kif definit fid-Direttiva tal-Kunsill 88/388/KEE marbuta ma' ħwawar biex jintużaw fl-oġġetti ta' l-ikel u materjal tas-sors għall-produzzjoni tagħhom, jew sustanza mhux mixtieqa.
(7) Imfissra fl-Appendiċi 4 tar-Rapport tal-Kunsill ta' l-Ewropa nru. 1 dwar “Sorsi naturali ta' ħwawar”, Volum I, Strasbourg, 2000.
(8) JECFA (FAO/WHO, 1996, Addittivi ta' l-ikel serje 35, IPCS, WHO Ġinevra) l-ogħla livell korrispondenti għall-annimal immirat għandu jiġi aġġustat biex iqis il-piż ta' l-annimal u l-konsum ta' għalf.
(9) ĠU L 180, 19.7.2000, p. 8.
(10) Nota għall-gwida tat-twaqqif ta' limiti ta' residwi massimi għas-Salmonidae u ħut ieħor tax-xewk.L-Aġenżija Ewropea għall-Evalwazzjoni ta' Prodotti Mediċinali.Unità għall-Evalwazzjoni tal-Mediċini Veterinarji. EMEA/CVMP/153b/97-FINALI.
ANNESS IV
Kategoriji u definizzjonijiet ta' annimali mmirati u indikazzjoni tat-tul ta' żmien minimu għall-istudji ta' effikaċja
1. Tabella. Kategoriji ta' Annimali: Ħnieżer
|
Kategorija |
Definizzjoni tal-kategorija ta' annimali |
Perjodu taż-żmien twil approssimattiv (piż/età) |
Tul ta' żmien minimu għall-istudji dwar l-effikaċja |
||
|
Perjodu/età |
Età |
Piż |
|||
|
Qżieqeż (tat-treddigħ) |
Annimali żgħar tal-ħnieżer li jieħdu l-ħalib mill-ħanżira |
Mit-twelid |
Sa 21–42 ġurnata |
Sa 6–11 kg |
14-il ġurnata |
|
Qżieqeż (miftuma) |
Annimali żgħar tal-ħnieżer li temmew il-perjodu tat-treddigħ u qed jitkabbru għar-riproduzzjoni jew għal-laħam |
Minn 21–42 ġurnata |
Sa 120 ġurnata |
Sa 35 kg |
42 ġurnata |
|
Qżieqeż (tat-treddigħ u tat-tiftim) |
Annimal żgħir tal-ħnieżer mit-twelid li qed jitkabbar għal finijiet ta' riproduzzjoni jew għal-laħam |
Mit-twelid |
Sa 120 ġurnata |
Sa 35 kg |
58 ġurnata |
|
Ħnieżer għas-simna |
Annimali żgħar tal-ħnieżer li temmew il-perjodu ta' tiftim u huma intiżi għall-produzzjoni tal-laħam sal-ġurnata li jinġarru lejn il-biċċerija |
Minn 60–120 ġurnata |
Minn 120–250 ġurnata (jew skond id-drawwa lokali) |
80–150 kg (jew skond id-drawwa lokali) |
Sakemm jintlaħaq il-piż tal-qtil, iżda mhux inqas minn 70 ġurnata |
|
Ħnieżer għar-riproduzzjoni |
Annimali ħnieżer nisa li ġew inseminati/mgħammra talanqas darba |
Mill-ewwel inseminazzjoni |
|
|
Mill-inseminazzjoni sa l-aħħar tat-tieni perjodu ta' tiftim (żewġ ċikli) |
|
Ħnieżer, sabiex ikollhom benefiċċju fil-qżieqeż |
Annimali ħnieżer nisa li ġew inseminati/mgħammra talanqas darba |
|
|
|
Talanqas ġimagħtejn qabel ma jwelldu sa l-aħħar tal-perjodu tat-tiftim. |
2. Tabella. Kategoriji ta' Annimali: Tjur
|
Kategorija |
Definizzjoni tal-kategorija ta' annimali |
Perjodu twil approssimattiv (piż/età) |
Tul ta' żmien minimu għall-istudji fit-tul dwar l-effikaċja |
||
|
Perjodu |
Età |
Piż |
|||
|
Tiġieġ għas-simna |
Għasafar imkabbra għas-simna |
Mit-tifqis |
Sa 35 ġurnata |
Sa ~1 600 g(sa 2 kg) |
35 ġurnata |
|
Tiġieġ imkabbra għall-bajd |
Għasafar nisa mkabbra għall-produzzjoni tal-bajd għall-konsumatur jew għal finijiet ta' tgħammir |
Mit-tifqis |
Sa ~16-il ġimgħa (sa 20 ġimgħa) |
— |
112 ġurnata (jekk ma tkunx teżisti data dwar l-effikaċja għat-tiġieġ tas-simna) |
|
Tiġieġ li jbidu |
Għasafar nisa produttivi miżmuma għal finijiet ta' produzzjoni tal-bajd |
Minn 16–21 ġimgħa |
Sa ~13-il xahar (sa 18-il xahar) |
Minn 1 200 g (bojod) 1 400 g (kannella) |
168 ġurnata |
|
Dundjani għas-simna |
Għasafar imkabbra għas-simna |
Mit-tifqis |
Sa ~14-il ġimgħa (sa 20 ġimgħa) Sa ~16-il ġimgħa (sa 24 ġimgħa) |
Tiġieġ: sa ~7 000 g (sa 10 000 g) Sriedak: sa ~12 000 g (sa 20 000 g) |
84 ġurnata |
|
Dundjani għal finijiet ta' tgħammir |
Għasafar nisa u rġiel miżmuma għal finijiet ta' tgħammir |
Il-perjodu kollu |
Minn 30 ġimgħa sa ~ 60 ġimgħa |
Tiġieġ: minn ~15 000 g Sriedak: minn ~30 000 g |
Talanqas sitt xhur |
|
Dundjani mkabbra għat-tgħammir |
Għasafar żgħar nisa u rġiel imkabbra għal finijiet ta' tgħammir |
Mit-tifqis |
Sa 30 ġimgħa |
Tiġieġ: sa ~15 000 g Sriedak: sa ~30 000 g |
Il-perjodu kollu (jekk ma jkunx hemm data dwar l-effikaċja għad-dundjani tas-simna) |
3. Tabella. Kategoriji ta' Annimali: Bovini (annimali domestiċi bovini inkluż l-ispeċi Bubalus u Bison)
|
Kategorija |
Definizzjoni tal-kategorija ta' annimali |
Perjodu ta' żmien twil approssimattiv(piż/età) |
Tul ta' żmien minimu għall-istudji dwar l-effikaċja fit-tul |
||
|
Perjodu |
Età |
Piż |
|||
|
Għoġġiela għat-tkabbir |
Għoġġiela li huma mkabbra għar-riproduzzjoni jew għall-produzzjoni taċ-ċanga |
Mit-twelid |
Sa 4 xhur |
Sa 60–80 kg sa 145 kg) |
56 ġurnata |
|
Għoġġiela għas-simna |
Għoġġiela għall-produzzjoni tal-vitella |
Mit-twelid |
Sa 6 xhur |
Sa 180 kg (sa 250 kg) |
Sal-qatla iżda mhux inqas minn 84 ġurnata |
|
Għoġġiela għas-simna |
Annimali bovini li temmew il-perjodu tat-tiftim u huma destinati għall-produzzjoni tal-laħam sa meta jinġarru lejn il-biċċerija |
Mill-iżvilupp sħiħ sa meta jixtarru |
Sa 10–36 xahar |
Sa 350–700 kg |
168 ġurnata |
|
Baqar tal-ħalib għall-produzzjoni tal-ħalib |
Annimali bovini femminili li kellhom talanqas għoġol wieħed. |
|
|
|
84 ġurnata (il-perjodu kollu tat-treddigħ għandu jiġi rappurtat) |
|
Baqar għar-riproduzzjoni |
Annimali bovini femminili li ġew inseminati/mgħammra talanqas darba |
Mill-ewwel inseminazzjoni sa l-aħħar tat-tieni perjodu tat-tiftim |
|
|
Żewġ ċikli (jekk il-parametri tar-riproduzzjoni jintalbu). |
4. Tabella. Kategorija ta' Annimali: Ngħaġ
|
Kategorija |
Definizzjoni tal-kategorija ta' annimali |
Perjodu twil approssimattiv (piż/età) |
Tul ta' żmien minimu għall-istudji dwar l-effikaċja fit-tul |
||
|
Perjodu |
Età |
Piż |
|||
|
Ħrief għat-tkabbir |
Ħrief imkabbra għar-riproduzzjoni fil-futur |
Mit-twelid |
Sa 3 xhur |
15–20 kg |
56 ġurnata |
|
Ħrief għas-simna |
Ħrief li tkabbru għall-produzzjoni tal-laħam tal-ħaruf. |
Mit-twelid |
Sa 6 xhur (jew akbar) |
sa 55 kg |
Sal-piż tal-qatla iżda mhux anqas minn 56 ġurnata |
|
Ngħaġ tal-ħalib (għall-produzzjoni tal-ħalib) |
Ngħaġ li kellhom talanqas ħaruf wieħed |
|
|
|
84 ġurnata (il-perjodu kollu tat-treddigħ għandu jiġi rappurtat) |
|
Ngħaġ għar-riproduzzjoni |
Ngħaġ nisa li ġew inseminati/mgħammra talanqas darba |
Mill-ewwel inseminazzjoni sa l-aħħar tat-tieni perjodu tat-tiftim |
|
|
Żewġ ċikli (jekk jintalbu l-parametri tar-riproduzzjoni). |
5. Tabella. Kategorija ta' Annimali: Mogħoż
|
Kategorija |
Definizzjoni tal-kategorija ta' annimali |
Perjodu twil approssimattiv (piż/età) |
Tul ta' żmien minimu għall-istudji fit-tul dwar l-effikaċja |
||
|
Perjodu |
Età |
Piż |
|||
|
Frieħ għat-tkabbir |
Mogħoż żgħar għar-riproduzzjoni fil-futur |
Mit-twelid |
Sa 3 xhur |
15–20 kg |
Talanqas 56 |
|
Frieħ għas-simna |
Mogħoż żgħar imkabbra għall-produzzjoni tal-laħam tal-mogħoż |
Mit-twelid |
Sa 6 xhur |
|
Talanqas 56 ġurnata |
|
Mogħoż tal-ħalib (għall-produzzjoni tal-ħalib) |
Mogħoż li kellhom talanqas ferħ wieħed |
|
|
|
84 ġurnata (il-perjodu kollu ta' treddigħ għandu jiġi rappurtat) |
|
Mogħoż għar-riproduzzjoni |
Mogħoż nisa li ġew inseminati/mgħammra talanqas darba |
Mill-ewwel inseminazzjoni sa l-aħħar tat-tieni perjodu tat-tiftim |
|
|
Żewġ ċikli (jekk jintalbu l-parametri ta' riproduzzjoni). |
6. Tabella. Kategoriji ta' Annimali: Ħut
|
Kategorija |
Definizzjoni tal-kategorija ta' annimali |
Perjodu twil approssimattiv (piż/età) |
Tul ta' żmien minimu għall-istudji fit-tul dwar l-effikaċja |
||
|
Perjodu |
Età |
Piż |
|||
|
Salamun u trota |
|
|
|
200–300 g |
90 ġurnata jew sakemm il-piż inizjali tal-ġisem jirdoppja. |
|
Salamun u trota |
Stokk tat-tifqis |
Qrib kemm jista' jkun tal-perjodu ta' meta jbidu |
|
|
90 ġurnata |
7. Tabella. Kategorija ta' Annimali: Fniek
|
Kategorija |
Definizzjoni tal-Kategorija ta' Annimali |
Perjodu twil approssimattiv (piż/età) |
Tul ta' żmien għall-istudji fi — tul dwar l-effikaċja |
||
|
Perjodu |
Età |
Piż |
|||
|
Fniek imreddgħa u mfattma |
|
Li jibda ġimgħa wara t-twelid |
|
|
56 ġurnata |
|
Fniek għas-simna |
Fniek imkabbra għall-produzzjoni tal-laħam |
Wara l-perjodu tat-tiftim |
Sa 8–11 ġimgħat |
|
42 ġurnata |
|
Fniek nisa għat-tgħammir (għar-riproduzzjoni) |
Fniek nisa, li ġew inseminati/mgħammra talanqas darba |
Mill-inseminazzjoni sa l-aħħar tat-tieni perjodu tat-tiftim |
|
|
Żewġ ċikli (jekk jintalbu l-parametri tar-riproduzzjoni). |
|
Fniek nisa tat-tgħammir (sabiex ikollhom benefiċċji fil-fniek żgħar) |
Fniek nisa, li ġew inseminati talanqas darba |
Mill-ewwel inseminazzjoni |
|
|
Talanqas ġimagħtejn qabel ma jwelldu sa l-aħħar tal-perjodu tat-tiftim (eż. għall-prodott tal-mikro-organiżmu) |
8. Tabella. Kategorija ta' Annimali: żwiemel
|
Kategorija |
Definizzjoni tal-kategorija ta' annimali |
Perjodu twil approssimattiv (piż/età) |
Tul ta' żmien minimu għall-istudji fit-tul dwar l-effikaċja |
||
|
Perjodu |
Età |
Piż |
|||
|
Żwiemel |
Il-kategoriji kollha |
|
|
|
56 ġurnata |