Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008L0124

Direttiva tal-Kummissjoni 2008/124/KE tat- 18 ta’ Diċembru 2008 li tillimita l-bejgħ taż-żerriegħa ta’ ċertu speċi ta’ magħlef u taż-żejt u tal-fibra għaż-żerriegħa li ġiet uffiċċjalment iċċertifikata bħala żerriegħa bażika jew żerriegħa ċertifikata (Verżjoni kodifikata) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

ĠU L 340, 19.12.2008, p. 73–75 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2008/124/oj

19.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 340/73


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2008/124/KE

tat-18 ta’ Diċembru 2008

li tillimita l-bejgħ taż-żerriegħa ta’ ċertu speċi ta’ magħlef u taż-żejt u tal-fibra għaż-żerriegħa li ġiet uffiċċjalment iċċertifikata bħala “żerriegħa bażika” jew “żerriegħa ċertifikata”

(Verżjoni kodifikata)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il- Komunità Ewropea,

Wara li kunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 66/401/KEE ta’ l-14 ta’ Ġunju 1966 fuq il-bejgħ taż-żerriegħa ta’ magħlef (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(3) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/57/KE tat-13 ta’ Ġunju 2002 fuq il-bejgħ taż-żerriegħa ta’ pjanti taż-żejt u tal-fibra (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(3) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 86/109/KEE tas-27 ta’ Frar 1986 li tillimita l-bejgħ taż-żerriegħa ta’ ċertu speċi ta’ magħlef u taż-żejt u tal-fibra għaż-żerriegħa li ġiet uffiċċjalment iċċertifikati bħala “żerriegħa bażika” jew “żerriegħa ċertifikata” (3) ġiet emendata kemm-il darba (4) b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmija Direttiva għandha tiġi kkodifikata flimkien mad-Direttiva tal-Kummissjoni 75/502/KEE tal-25 ta’ Lulju 1975 li tillimita l-bejgħ taż-żerriegħa ta’ smooth-stalk meadowgrass (mellieġ taz-zokk lixx) (Poa Pratensis L.) għal żerriegħa li ġiet ċertifikata uffiċjalment “żerriegħa bażika” jew “żerriegħa ċertifikata” (5), bit-tnejn li huma ikunu miġbura f’test wieħed.

(2)

Id-Direttiva 66/401/KEE tippermetti l-bejgħ taż-żerriegħa bażika, taż-żerriegħa ċċertifikata u taż-żerriegħa kummerċjali ta’ ċerti speċi ta’ magħlef.

(3)

Id-Direttiva 2002/57/KE tippermetti l-bejgħ taż-żerriegħa bażika, taż-żerriegħa ċċertifikata ta’ kull tip u taż-żerriegħa kummerċjali ta’ ċertu speċi ta’ pjanti taż-żejt u tal-fibra.

(4)

Iż-żewġ Direttivi jawtorizzaw lill-Kummissjoni biex tipprojbixxi l-bejgħ taż-żerriegħa kemm-il darba ma tkunx ġiet iċċertifikata uffiċċjalment bħala “żerriegħa bażika” jew “żerriegħa ċertifikata”.

(5)

L-Istati Membri huma f’pożizzjoni li jipproduċu suffiċjentament żerriegħa bażika u żerriegħa ċertifikata biex jissodisfaw id-domanda tal-Komunità għaż-żerriegħa ta’ xi wħud mill-ispeċi msemmija fuq b’żerriegħa ta’ dawk il-kategoriji.

(6)

Il-miżuri li hemm ipprovduti f’din id-Diretttiva huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar Żrieragħ u Materjal ta’ Tkattir għall-Agrikoltura, l-Ortikoltura u l- Masġarija.

(7)

Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr ħsara għall-obbligi ta’ l-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi mniżżla fl-Anness I, Parti B,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

1.   L-Istati Membri għandhom jaraw li ma jkunx permess li titqiegћed fis-suq iż-żerriegħa ta’:

Poa pratensis L.

smooth-stalk meadowgrass (mellieġ taz-zokk lixx)

Vicia faba L. (partim)

field bean (ful/favetta)

Papaver somniferum L.

opium poppy (xaħxieħa vjola/peprin)

Agrostis gigantea Roth

redtop

Agrostis stolonifera L.

creeping bent grass

Phleum bertolonii DC

timothy

Poa palustris L.

swamp meadowgrass (mellieġ)

Poa trivialis L.

rough-stalked meadowgrass (mellieġ)

Lupinus albus L.

white lupin (lupina bajda)

Brassica juncea (L.) Czernj. et Cosson

brown mustard (mustarda kannella)

Agrostis capillaris L.

brown top

Lotus corniculatus L.

birdsfoot trefoil (gћantux)

Medicago lupulina L.

black medick (nefel)

Trifolium hybridum L.

alsike clover

Alopecurus pratensis L.

denb il-ġurdien

Arrhenatherum elatius (L.) Beauv. ex J.S. et K.B. Presl

tall oatgrass

Bromus catharticus Vahl

rescue grass (bunixxief/bunexxief)

Bromus sitchensis Trin.

alaska brome-grass (bunixxief/bunexxief)

Lupinus luteus L.

yellow lupin (lupina safra)

Lupinus angustifolius L.

blue lupin (lupina blu)

Poa nemoralis L.

wood meadowgrass (mellieġ)

Trisetum flavescens (L.) P. Beauv.

golden oatgrass

Phacelia tanacetifolia Benth.

california bluebell

Sinapis alba L.

white mustard (mustarda bajda)

Agrostis canina L.

velvet bent

Festuca ovina L.

sheep’s fescue (żwien)

Trifolium alexandringum L.

egyptian clover (xnien/xnejn)

Trifolium incarnatum L.

crimson clover (silla kremżija)

Trifolium resupinatum L.

persian clover

Vicia sativa L.

common vetch (ġulbiena komuni)

Vicia villosa Roth.

hairy vetch (ġulbiena)

kemm-il darba din ma tkunx ġiet iċċertifikata uffiċċjalment bħala “żerriegħa bażika” jew “żerriegħa ċertifikata”.

2.   L-Istati Membri għandhom jaraw li ma jkunx permess li titqiegћed fis-suq iż-żerriegħa ta’:

Glycine max (L.) Merr.

soya bean (sojja)

Linum usitatissimum L.

linseed (kittien)

kemm-il darba din ma tkunx ġiet iċċertifikata uffiċċjalment bħala “żerriegħa bażika” jew “żerriegħa ċertifikata, l-ewwel ġenerazzjoni” jew “żerriegħa ċertifikata, it-tieni ġenerazzjoni”.

Artikolu 2

Id-Direttiva 75/502/KEE u id-Direttiva 86/109/KEE, kif emendata mid-Direttivi mniżżla fl-Anness I, Parti A huma mħassra, bla ħsara għall-obbligi ta’ l-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi mniżżla fl-Anness I, Parti B.

Referenzi għad-Direttivi mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness II.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 18 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kummissjoni

José Manuel BARROSO

Il-President


(1)  ĠU 125, 11.7.1966, p. 2298/66.

(2)  ĠU L 193, 20.7.2002, p. 74.

(3)  ĠU L 93, 8.4.1986, p. 21.

(4)  Ara l-Anness I, Parti A.

(5)  ĠU L 228, 29.8.1975, p. 26.


ANNESS I

PARTI A

Direttiva mħassra flimkien ma’ l-emendi suċċessivi tagħha

(imsemmi fl-Artikolu 2)

Direttiva tal-Kummissjoni Nru 75/502/KEE

(ĠU L 228, 29.8.1975, p. 26)

Direttiva tal-Kummissjoni Nru 86/109/KEE

(ĠU L 93, 8.4.1986, p. 21)

Direttiva tal-Kummissjoni Nru 89/424/KEE

(ĠU L 196, 12.7.1989, p. 50)

Direttiva tal-Kummissjoni Nru 91/376/KEE

(ĠU L 203, 26.7.1991, p. 108)

PARTI B

Lista tal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali

(imsemmija fl-Artikolu 2)

Direttiva

Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni

75/502/KEE

fl-1 ta’ Lulju 1976.

86/109/KEE

1 ta’ Lulju 1987 (Artikolu 1)

1 ta’ Lulju 1989 (Artikolu 2)

1 ta’ Lulju 1990 (Artikolu 2a)

1 ta’ Lulju 1991 (Artikoli 3 u 3a)

89/424/KEE

fl-1 ta’ Lulju 1990.

91/376/KEE

fl-1 ta’ Lulju 1991.


ANNESS II

Tabella ta’ korrelazzjoni

Direttiva 75/502/KEE

Direttiva 86/109/KEE

Din id-Deċiżjoni

Artikolu 1

Artikolu 1(1)

Artikolu 1(1)

 

Artikolu 1(2)

Artikolu 1(2)

 

Artikolu 2

Artikolu 1(1)

 

Artikolu 2a

Artikolu 1(1)

 

Artikolu 3

Artikolu 1(1)

 

Artikolu 3a(1)

Artikolu 1(1)

 

Artikolu 3a(2) sa (6)

Artikolu 2

Artikolu 4

Artikolu 2

Artikolu 3

Artikolu 3

Artikolu 5

Artikolu 4

Anness I

Anness II


Top