This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008L0082
Commission Directive 2008/82/EC of 30 July 2008 amending Directive 2008/38/EC as regards feedingstuffs intended for the support of the renal function in case of chronic renal insufficiency (Text with EEA relevance)
Direttiva tal-Kummissjoni 2008/82/KE tat- 30 ta' Lulju 2008 li temenda d-Direttiva 2008/38/KE dwar għalf maħsub bħala għajnuna tal-funzjoni tal-kliewi f'każ ta' insuffiċjenza kronika tal-kliewi Test b’relevanza għaż-ŻEE
Direttiva tal-Kummissjoni 2008/82/KE tat- 30 ta' Lulju 2008 li temenda d-Direttiva 2008/38/KE dwar għalf maħsub bħala għajnuna tal-funzjoni tal-kliewi f'każ ta' insuffiċjenza kronika tal-kliewi Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 202, 31.7.2008, p. 48–49
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 24/12/2020; Impliċitament imħassar minn 32020R0354
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32008L0038 | Emenda | anness 1 | 20/08/2008 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Implicitly repealed by | 32020R0354 | 25/12/2020 |
31.7.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 202/48 |
DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2008/82/KE
tat-30 ta' Lulju 2008
li temenda d-Direttiva 2008/38/KE dwar għalf maħsub bħala għajnuna tal-funzjoni tal-kliewi f'każ ta' insuffiċjenza kronika tal-kliewi
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 93/74/KEE tat-13 ta' Settembru 1993 dwar l-għalf maħsub għal għanijiet ta' nutriment partikolari (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6(c) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/38/KE tal-5 ta' Marzu 2008 li tistabbilixxi lista ta' użi maħsuba ta' l-għalf ta' l-annimali għal għanijiet ta' nutriment partikolari (2) tinkludi bħala għan ta' nutriment partikolari l-“għajnuna tal-funzjoni tal-kliewi f'każ ta' insuffiċjenza kronika tal-kliewi”. |
(2) |
Bir-Regolament (KE) Nru 163/2008 (3), il-Kummissjoni awtorizzat il-preparazzjoni ta' Lanthanum carbonate octahydrate bħala addittiv zootekniku fl-għalf għall-qtates. Din l-awtorizzazzjoni kienet ibbażata fuq opinjoni ta' l-Awtorità Ewropea għas-Sikurezza fl-Ikel tat-18 ta' Settembru 2007 (4). F'din l-opinjoni din l-Awtorità kkunsidrat li l-issupplimentar ta' dieti b'din il-preparazzjoni jwassal għal tnaqqis fl-eskrezzjoni tal-fosfru mill-awrina u żieda fl-eskrezzjoni mill-feċi, marbuta ma' tnaqqis fid-diġestibilità tal-fosfru apparenti. Hija kkonkludiet li din il-preparazzjoni tista' tnaqqas l-assorbiment ta' fosfru fil-qtates adulti. |
(3) |
Id-Direttiva 2008/38/KE diġà tinkludi għalf b'livell baxx ta' fosfru fil-linja “għajnuna tal-funzjoni tal-kliewi f'każ ta' insuffiċjenza kronika tal-kliewi”. L-istess effett pożittiv jista' jinkiseb jekk jitnaqqas l-assorbiment ta' fosfru li jinsab fl-għalf. Lanthanum carbonate octahydrate għandu għalhekk jiġi inkluż fil-linja “Għajnuna tal-funzjoni tal-kliewi f'każ ta' insuffiċjenza kronika tal-kliewi” fil-lista ta' użi maħsuba fil-Parti B ta' l-Anness I tad-Direttiva 2008/38/KE. |
(4) |
Id-Direttiva 2008/38/KE għalhekk għandha tiġi emendata skond dan. |
(5) |
Il-miżuri previsti f'din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
L-Anness I tad-Direttiva 2008/38/KE qed jiġi emendat skond l-Anness ta' din id-Direttiva.
Artikolu 2
L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għall-konformità ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-20 ta' Frar 2009. Dawn għandhom jikkomunikaw mill-ewwel it-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b’din ir-referenza meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir tali referenza.
Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, 30 ta’ Lulju 2008.
Għall-Kummissjoni
Androulla VASSILIOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 237, 22.9.1993, p. 23. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 1).
(4) Il-Ġurnal ta' l-EFSA (2007) 542, 1-15.
ANNESS
Fil-Parti B ta' l-Anness I tad-Direttiva 2008/38/KE, il-linja ta' l-għan ta' nutriment partikolari “Għajnuna tal-funzjoni tal-kliewi f'każ ta' insuffiċjenza” tinbidel b'li ġej:
Għan ta' nutriment partikolari |
Karatteristiċi nutrittivi essenzjali |
Speċi jew kategorija ta' l-annimal |
Dikjarazzjonijiet ta' l-ittekkettar |
Tul ta' ħin rakkomandat għall-użu |
Dispożizzjoni oħra |
|||||||||||||
‘Għajnuna tal-funzjoni tal-kliewi f'każ ta' insuffiċjenza tal-kliewi (*) |
Livell baxx ta' fosfru u livell ristrett ta' proteina iżda ta' kwalità għolja |
Klieb u qtates |
|
Inizjalment sa 6 xhur (**) |
Indika fuq il-pakkett, il-kontenitur jew it-tikketta: “Huwa rrakkommandat li tinkiseb l-opinjoni ta' veterinarju qabel l-użu jew qabel ma jiġi estiż il-perjodu ta’ l-użu.” Indika fl-istruzzjonijiet għall-użu: “L-ilma għandu jkun disponibbli l-ħin kollu.” |
|||||||||||||
jew |
|
|
|
|
||||||||||||||
Tnaqqis ta' assorbiment ta' fosfru permezz ta' l-inkorporazzjoni ta' Lanthanum carbonate octahydrate |
Qtates adulti |
|
Inizjalment sa 6 xhur (**) |
Indika fuq il-pakkett, il-kontenitur jew it-tikketta: “Huwa rrakkommandat li tinkiseb l-opinjoni ta' veterinarju qabel l-użu jew qabel ma jiġi estiż il-perjodu ta’ l-użu.” Indika fl-istruzzjonijiet għall-użu: “L-ilma għandu jkun disponibbli l-ħin kollu.” |
(*) Jekk xieraq il-manifattur jista’ wkoll jirrakkomanda l-użu għal insuffiċjenza tal-kliewi temporanja.
(**) Jekk il-materjal ta’ l-għalf jiġi rrakkomandat għal insuffiċjenza tal-kliewi temporanja il-perjodu rrakkomandat ta’ l-użu għandu jkun minn ġimagħtejn sa erba’ ġimgħat.’