EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008E0179

Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/179/PESK tad- 29 ta’ Frar 2008 li temenda l-Pożizzjoni Komuni 2005/440/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo

ĠU L 57, 1.3.2008, p. 37–37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 13/05/2008; Impliċitament imħassar minn 32008E0369

ELI: http://data.europa.eu/eli/compos/2008/179/oj

1.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 57/37


POŻIZZJONI KOMUNI TAL-KUNSILL 2008/179/PESK

tad-29 ta’ Frar 2008

li temenda l-Pożizzjoni Komuni 2005/440/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,

Billi:

(1)

Wara l-adozzjoni mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti fit-18 ta’ April 2005 tar-Riżoluzzjoni 1596 (2005), il-Kunsill adotta, fit-13 ta’ Ġunju 2005, il-Pożizzjoni Komuni 2005/440/PESK (1) dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK).

(2)

Fid-9 ta’ Ottubru 2007, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2007/654/PESK (2) li temenda u testendi sal-15 ta’ Frar 2008 l-miżuri restrittivi kontra r-RDK, biex b’hekk tiġi implimentata Riżoluzzjoni 1771 (2007) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonjiiet Uniti (UNSCR).

(3)

Fil-15 ta’ Frar 2008, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta UNSCR 1799 (2008) li testendi l-miżuri kontra r-RDK sal-31 ta’ Marzu 2008.

(4)

Il-Pożizzjoni Komuni 2005/440/PESK għandha għalhekk tiġi estiża,

ADOTTA DIN IL-POŻIZZJONI KOMUNI:

Artikolu 1

L-Artikolu 8 tal-Pożizzjoni Komuni 2005/440/PESK, għandu jiġu mibdul b’dan li ġej:

“Artikolu 8

Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tiġi riveduta, emendata jew revokata skond il-każ, fid-dawl tad-determinazzjonijiet magħmula mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti.”

Artikolu 2

Din il-Pożizzjoni Komuni għandu jkollha effett fid-data ta’ l-adozzjoni tagħha.

Artikolu 3

Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 29 ta’ Frar 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

M. COTMAN


(1)  ĠU L 152, 15.6.2005, p. 22.

(2)  ĠU L 264, 10.10.2007, p. 11


Top