This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008D0855
2008/855/EC: Commission Decision of 3 November 2008 concerning animal health control measures relating to classical swine fever in certain Member States (notified under document number C(2008) 6349) (Text with EEA relevance)
2008/855/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 3 ta’ Novembru 2008 dwar miżuri ta’ kontroll tas-saħħa tal-annimali marbuta mad-deni klassiku tal-ħnieżer f’ċerti Stati Membri (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 6349) Test b’relevanza għaż-ŻEE
2008/855/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 3 ta’ Novembru 2008 dwar miżuri ta’ kontroll tas-saħħa tal-annimali marbuta mad-deni klassiku tal-ħnieżer f’ċerti Stati Membri (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 6349) Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 302, 13.11.2008, p. 19–25
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 15/12/2013; Imħassar b' 32013D0764
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Repeal | 32006D0805 | ||||
Implicit repeal | 32007D0137 | 04/11/2008 | |||
Implicit repeal | 32007D0152 | 04/11/2008 | |||
Implicit repeal | 32007D0862 | 04/11/2008 | |||
Implicit repeal | 32008D0631 | 04/11/2008 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modified by | 32009D0254 | Sostituzzjoni | anness 1.1 | DATNOT | |
Modified by | 32009D0423 | Emenda | anness | DATNOT | |
Modified by | 32009D0952 | Żieda | artikolu 8BI | 15/12/2009 | |
Modified by | 32009D0952 | Emenda | anness paragrafu 3 | 15/12/2009 | |
Modified by | 32009D0952 | Emenda | artikolu 15 | 15/12/2009 | |
Modified by | 32010D0211 | Emenda | anness | DATEFF | |
Modified by | 32010D0354 | Żieda | artikolu 8TR | DATEFF | |
Modified by | 32011D0360 | Emenda | anness | ||
Modified by | 32011D0743 | abolizzjoni | anness P. 1 PT 2 | ||
Replaced by | 32011D0838 | Data | artikolu 15 | ||
Validity extended by | 32011D0838 | 31/12/2013 | |||
Modified by | 32012D0040 | Żieda | artikolu 8 TR | ||
Modified by | 32012D0250 | abolizzjoni | anness P.I PT 1 | ||
Replaced by | 32012D0666 | TXT | anness P.I.3 | ||
Modified by | 32012D0702 | abolizzjoni | artikolu 8 QT | ||
Modified by | 32012D0702 | Sostituzzjoni | artikolu 8 BI | ||
Modified by | 32013D0091 | Emenda | anness P. II | ||
Modified by | 32013D0274 | abolizzjoni | anness P.I PT 3 | ||
Modified by | 32013D0340 | Tlestija | anness P. II | 01/07/2013 | |
Repealed by | 32013D0764 |
13.11.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 302/19 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-3 ta’ Novembru 2008
dwar miżuri ta’ kontroll tas-saħħa tal-annimali marbuta mad-deni klassiku tal-ħnieżer f’ċerti Stati Membri
(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 6349)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2008/855/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,
Wara li kkunsidrat l-Att ta’ Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija, u partikolarment l-Artikolu 42 tiegħu,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta’ Diċembru 1989 li tikkonċerna l-kontrolli veterinarji fil-kummerċ fi ħdan il-Komunità bil-għan li jiġi kkompletat is-suq intern (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar veterinarju u żootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju ta’ ċerti annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/89/KEE tat-23 ta’ Ottubru 2001 dwar miżuri Komunitarji għall-kontroll tad-deni klassiku tal-ħnieżer (3), tintroduċi kontrolli minimi Komunitarji għall-kontroll ta’ dik il-marda. Tistipula l-miżuri li jridu jittieħdu f’każ ta’ tifqigħa tad-deni klassiku tal-ħnieżer. Dawn il-miżuri jinkludu pjanijiet mill-Istati Membri għall-qrid tad-deni klassiku fil-ħnieżer minn popolazzjoni ta’ ħnieżer selvaġġi u t-tilqim ta’ emerġenza tal-ħnieżer selvaġġi f’ċerti kundizzjonijiet. |
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/805/KE ta’ l-24 ta’ Novembru 2006 dwar miżuri ta’ kontroll tas-saħħa tal-annimali marbuta mad-deni klassiku tal-ħnieżer f’ċerti Stati Membri (4) ġiet adottata b’reazzjoni għat-tifqigħat tad-deni klassiku tal-ħnieżer f’dawn l-Istati Membri. Dik id-Deċiżjoni tistabbilixxi miżuri għall-kontroll tal-marda tad-deni klassiku tal-ħnieżer f’żoni ta’ dawk l-Istati Membri fejn din il-marda hija preżenti fil-ħnieżer selvaġġi sabiex il-marda ma tinxteredx lejn żoni oħra tal-Komunità. |
(3) |
Dawn l-Istati Membri jeħtiġilhom jieħdu l-miżuri xierqa biex iwaqqfu t-tixrid tad-deni klassiku tal-ħnieżer. Għalhekk, bagħtu lill-Kummissjoni pjanijiet ta’ qrid u pjanijiet ta’ tilqim ta’ emerġenza kontra din il-marda li jistipulaw il-miżuri meħtieġa biex tinqered il-marda fiż-żoni li fil-pjanijiet tagħhom ġew iddefiniti bħala infettati u li jistipulaw il-miżuri meħtieġa li jridu jiġu applikati fuq l-istabbilimenti tal-ħnieżer f’dawk iż-żoni. |
(4) |
Fir-rigward tad-deni klassiku tal-ħnieżer hemm qagħdiet epidemjoloġiċi differenti rreġistrati fl-Istati Membri jew f’żoni tagħhom. Fl-interess taċ-ċarezza tal-leġiżlazzjoni Komunitarja, jixraq għalhekk li jkun hemm tliet listi distinti ta’ żoni, skont il-qagħda epidemjoloġika ta’ kull waħda minnhom. |
(5) |
B’regola ġenerali, billi ċ-ċaqliq ta’ ħnieżer ħajjin minn żoni infettati għandu riskji ogħla miċ-ċaqliq tal-laħam, il-preparazzjonijiet tal-laħam u l-prodotti tal-laħam, iċ-ċaqliq ta’ ħnieżer ħajjin mill-Istati Membri kkonċernati għandu jiġi pprojbit. |
(6) |
Is-semen, l-ova u l-embrijuni li joriġinaw minn annimali infettati jistgħu jikkontribwixxu għat-tifrix tal-vajrus tad-deni klassiku tal-ħnieżer. Sabiex id-deni klassiku tal-ħnieżer ma jinfirixx lejn żoni oħra tal-Komunità, jixraq li l-bgħit tas-semen, l-ova u l-embrijuni minn żoni fil-lista tal-anness ta’ din id-deċiżjoni, jiġi pprojbit. |
(7) |
Jixraq li lista waħda tistipula l-Istati Membri u ż-żoni fejn il-qagħda epidemjoloġika tad-deni klassiku tal-ħnieżer hija l-aħjar u, għalhekk, b’deroga mill-projbizzjoni ġenerali, il-ħnieżer ħajjin ikunu jistgħu jintbagħtu lejn żoni ristretti oħra, soġġetti għal ċerti miżuri ta’ salvagwardja. Barra minn hekk, il-laħam frisk tal-majjal minn stabbilimenti li jinsabu f’dawn iż-żoni u preparazzjonijiet tal-laħam u prodotti tal-laħam li jkunu jikkonsistu minn, jew ikun fihom, laħam ta’ dawk il-ħnieżer, jistgħu jintbagħtu lil Stati Membri oħra. |
(8) |
Ċerti żoni milquta mid-deni klassiku tal-ħnieżer fil-ħnieżer selvaġġi, jinqasmu skont il-fruntieri nazzjonali u huma magħmula minn territorji ġirien ta’ żewġ Stati Membri. Il-miżuri ta’ kontroll tal-marda li jikkonċernaw restrizzjonijiet fuq il-bgħit ta’ ħnieżer ħajjin f’żoni ġirien milquta li jinsabu f’żewġ Stati Membri differenti, għandhom jiġu stipulati wkoll. |
(9) |
Meta wieħed iqis il-qagħda epidemjoloġika f’ċerti żoni tal-Ungerija u s-Slovakkja, jixraq li jiġu inklużi f’dik l-ewwel lista taż-żoni. |
(10) |
It-tieni lista għandha tistipula ż-żoni fejn il-qagħda epidemjoloġika fil-popolazzjoni tal-ħnieżer selvaġġi jew fl-stabbilimenti tal-ħnieżer tkun inqas favorevoli minħabba tifqigħat sporadiċi. Minn dawn iż-żoni, laħam tal-majjal frisk minn stabbilimenti li mhux meqjusa ta’ periklu, u preparazzjonijiet tal-laħam u prodotti tal-laħam li jikkonsistu minn, jew li fihom, laħam ta’ dawn il-ħnieżer, iżda mhux il-ħnieżer ħajjin, jistgħu jintbagħtu lil Stati Membri oħra soġġetti għal ċerti miżuri ta’ salvagwardja li għandhom jiġu stabbiliti f’din id-Deċiżjoni. |
(11) |
It-tielet lista għandha tinkludi ż-żoni li minnhom la ħnieżer ħajjin u lanqas laħam tal-majjal frisk u prodotti tal-laħam ma jistgħu, ġeneralment, jintbagħtu lejn Stati Membri oħra. Madankollu, jixraq li l-preparazzjonijiet tal-laħam tal-majjal u l-prodotti tal-laħam li jikkonsistu minn laħam tal-majjal, jew li fihom dan il-laħam, jistgħu jintbagħtu lejn Stati Membri oħra jekk jiġu pproċessati b’tali mod li kull vajrus tad-deni klassiku tal-ħnieżer jinqered. |
(12) |
Barra minn hekk, sabiex jieqaf it-tixrid tad-deni klassiku tal-ħnieżer lejn żoni oħra fil-Komunità, jixraq li jsiru dispożizzjonijiet biex il-bgħit ta’ laħam frisk tal-majjal, u preparazzjonijiet tal-laħam u prodotti tal-laħam li jikkonsistu minn laħam tal-majjal jew li fihom dan il-laħam, minn Stati Membri b’żoni inklużi fit-tielet lista, ikun soġġett għal ċerti kundizzjonijiet. B’mod partikolari, dan il-laħam tal-majjal, u prodotti u preparazzjonijiet tal-laħam tal-majjal, għandhom ikollhom marki speċjali biex ma jitħalltux mal-marki tas-saħħa għal-laħam tal-majjal tar-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (5) u l-marka ta’ identifikazzjoni stipulata fir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (6). |
(13) |
Biex ma jkunx hemm tifrix tad-deni klassiku tal-ħnieżer lejn żoni oħra tal-Komunità, fejn Stat Membru jkun is-suġġett ta’ projbizzjoni fuq il-bgħit ta’ laħam frisk tal-majjal, u preparazzjonijiet tal-laħam u prodotti tal-laħam li jikkonsistu minn laħam tal-majjal jew li fiħom dan il-laħam, minn ċerti partijiet tat-territorju tiegħu, għandhom ikunu stabbiliti ċerti rekwiżiti, b’mod partikolari f’dak li għandu x’jaqsam maċ-ċertifikazzjoni, għall-bgħit ta’ dan il-laħam, dawn il-preparazzjonijiet u dawn il-prodotti minn żoni oħra tat-territorju ta’ dan l-Istat Membru li mhux suġġetti għal din il-projbizzjoni. |
(14) |
Id-Deċiżjoni 2006/805/KE ġiet emendata bosta drabi. Għaldaqstant, jixraq li din id-Deċiżjoni tiġi revokata u sostitwita mid-Deċiżjoni preżenti. |
(15) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi ċerti miżuri ta’ kontroll marbuta mad-deni klassiku tal-ħnieżer fl-Istati Membri jew reġjuni tagħhom kif stipulati fl-Anness (“l-Istati Membri kkonċernati”).
Id-Deċiżjoni għandha tapplika bla ħsara għall-pjanijiet ta’ eradikazzjoni tad-deni klassiku tal-ħnieżer u l-pjanijiet ta’ tilqim ta’ emerġenza kontra dik il-marda, approvati mill-Kummissjoni.
Artikolu 2
Projbizzjoni fuq il-bgħit ta’ ħnieżer ħajjin miż-żoni elenkati fl-Anness lil Stati Membri oħra
L-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw li ebda ħnieżer ħajjin ma jintbagħtu mit-territorji tagħhom lejn Stati Membri oħra sakemm il-ħnieżer ma jkunux ġejjin minn:
(a) |
żoni barra dawk elenkati fl-Anness; kif ukoll |
(b) |
stabbiliment fejn ma ddaħħlux ħnieżer ħajjin miż-żoni elenkati fl-Anness matul il-perjodu ta’ 30 jum immedjatament qabel id-data tal-bgħit. |
Artikolu 3
Derogi li jikkonċernaw il-bgħit tal-ħnieżer ħajjin minn Stat Membru għall-ieħor minn żoni elenkati fil-Parti 1 tal-Anness
1. B’deroga mill-Artikolu 2, il-bgħit ta’ ħnieżer minn stabbilimenti li jinsabu fiż-żoni elenkati fil-Parti I tal-Anness lejn stabbilimenti jew biċċeriji li jinsabu f’żoni oħra elenkati f’dik il-Parti tal-Anness u li jkunu ta’ Stat Membru ieħor, jista’ jiġi awtorizzat mill-Istat Membru tal-bgħit, sakemm dawn il-ħnieżer ikunu ġejjin minn stabbiliment fejn:
(a) |
ma ddaħħlu ebda ħnieżer ħajjin matul il-perjodu ta’ 30 jum immedjatament qabel id-data tal-bgħit; |
(b) |
twettaq eżami kliniku għad-deni klassiku tal-ħnieżer minn uffiċjal veterinarju skont il-proċeduri ta’ kontroll u ta’ teħid ta’ kampjuni stabbiliti fil-Parti A u fil-punti 1, 2 u 3 tal-Parti D tal-Kapitolu IV tal-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/106/KE EC (7); u |
(c) |
saru testijiet tar-reazzjoni katina tal-polimerażi għad-deni klassiku tal-ħnieżer skont il-Parti C tal-Kapitolu VI tal-Anness għad-Deċiżjoni 2002/106/KE li taw riżultati negattivi, fuq kampjuni miġbura mill-kunsinja ta’ ħnieżer li jkunu se jintbagħtu, matul il-perjodu ta’ sebat ijiem eżatt qabel id-data tal-bgħit; in-numru minimu ta’ ħnieżer li minnhom jittieħed il-kampjun għandu jkun biżżejjed biex jippermetti li tinstab prevalenza ta’ 5 % b’livell ta’ kunfidenza ta’ 95 % fil-kunsinja ta’ ħnieżer li tkun se tintbagħat. |
Madankollu, il-punt (c) m’għandux japplika:
(i) |
għal ħnieżer li jintbagħtu direttament lejn il-biċċeriji biex jinqatlu minnufih, |
(ii) |
għal ħnieżer li jintbagħtu lejn żona fil-viċinat ta’ Stat Membru elenkat fil-Parti I tal-Anness, |
(iii) |
meta l-Istat Membru destinatarju jagħti l-approvazzjoni tiegħu minn qabel. |
2. Fil-mument tal-bgħit tal-ħnieżer imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw li ċ-ċertifikat tas-sanità msemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 9 jinkludi tagħrif addizzjonali dwar id-dati tal-eżami kliniku, u, jekk ikun il-każ, in-numru ta’ annimali fil-kampjun u r-riżultati tat-test tar-reazzjoni katina tal-polimerażi skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.
Artikolu 4
Ċaqliq u tranżitu ta’ ħnieżer ħajjin fl-Istati Membri kkonċernati
1. L-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw li ma jintbagħtux ħnieżer ħajjin minn stabbilimenti li jinsabu fiż-żoni elenkati fl-Anness lejn żoni oħra fit-territorju tal-Istat Membru, ħlief:
(a) |
ħnieżer li jintbagħtu direttament lejn il-biċċeriji biex jinqatlu minnufih; |
(b) |
minn stabbilimenti fejn:
|
2. L-Istati Membri kkonċernati mill-bgħit tal-ħnieżer minn żoni elenkati fil-Parti I tal-Anness lil żoni oħra elenkati f’dik il-Parti tal-Anness għandhom jiżguraw li t-trasport tal-ħnieżer iseħħ biss permezz ta’ toroq ewlenin jew bil-ferrovijia, mingħajr waqfien tal-vettura li tkun qed iġġorr il-ħnieżer, u bla ħsara għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 (8).
Artikolu 5
Projbizzjoni fuq il-bgħit ta’ kunsinji ta’ semen tal-ħnieżer u ova u embrijuni tal-ħnieżer miż-żoni elenkati fl-Anness
L-Istat Membru kkonċernat għandu jiżgura li ebda kunsinja ta’ dawn li ġejjin ma tintbagħat mit-territorju tiegħu lejn Stati Membri oħra:
(a) |
is-semen tal-porċini, sakemm is-semen ma jkunx joriġina minn ħnieżer tar-refgħa miżmuma f’ċentru tal-ġbir approvat kif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 90/429/KEE (9) u li jkun jinsab barra ż-żoni elenkati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni; |
(b) |
l-ova u l-embrijuni tal-ħnieżer, sakemm l-ova u l-embrijuni ma jkunux joriġinaw minn ħnieżer miżmuma fi stabbilimenti li jkunu jinsabu barra ż-żoni elenkati fl-Anness. |
Artikolu 6
Il-bgħit tal-laħam tal-majjal frisk u ta’ ċerti preparazzjonijiet tal-laħam u prodotti tal-laħam minn żoni elenkati fil-Parti II tal-Anness
1. L-Istati Membri kkonċernati miż-żoni elenkati fil-Parti II tal-Anness għandhom jiżguraw li l-kunsinji ta’ laħam frisk tal-majjal minn stabbilimenti li jinsabu f’dawk iż-żoni, u preparazzjonijiet tal-laħam u prodotti tal-laħam li jikkonsistu f’laħam ta’ dawn il-ħnieżer jew li fihom dan il-laħam, jintbagħtu lejn l-Istati Membri l-oħra biss jekk:
(a) |
ma jkunx hemm evidenza tad-deni klassiku tal-ħnieżer fit-tnax-il xahar ta’ qabel fl-istabbiliment ikkonċernat u l-istabbiliment ikun jinsab barra minn żona ta’ protezzjoni jew ta’ sorveljanza; |
(b) |
il-ħnieżer kienu residenti għal mill-inqas 90 jum fl-istabbiliment u ebda ħanżir ħaj ma ddaħħal fl-istabbiliment matul il-perjodu ta’ 30 jum immedjatament qabel id-data tal-bgħit lejn il-biċċerija; |
(c) |
l-istabbiliment ġie soġġett għallinqas darbtejn fis-sena għal spezzjonijiet mill-awtorità veterinarja kompetenti, li għandha:
|
(d) |
qabel ma tingħata l-awtorizzazzjoni għall-bgħit tal-ħnieżer lejn biċċerija, għandu jsir eżami kliniku għad-deni klassiku tal-ħnieżer minn uffiċjal veterinarju skont il-proċeduri ta’ kontroll u ta’ teħid ta’ kampjuni stabbiliti fil-punti 1, 2 u 3 tal-Parti D tal-Kapitolu IV tal-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/106/KE. |
2. Madankollu, fil-każ li stabbiliment ikun jikkonsisti minn żewġ unitajiet ta’ produzzjoni separati fejn l-istruttura, id-daqs u d-distanza bejn dawn l-unitajiet tal-produzzjoni u l-attivitajiet imwettqa jkunu tali li l-unitajiet tal-produzzjoni jipprovdu faċilatijiet kompletament separati għaż-żamma u t-tmigħ, l-awtorità veterinarja kompetenti tista’ tiddeċiedi li tawtorizza biss il-bgħit tal-laħam frisk tal-majjal, il-preparazzjonijiet tal-laħam u l-prodotti tal-laħam, minn ċerti unitajiet tal-produzzjoni li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 6(1).
Artikolu 7
Projbizzjoni tal-bgħit tal-laħam tal-majjal frisk u ta’ ċerti preparazzjonijiet tal-laħam u prodotti tal-laħam minn żoni elenkati fil-Parti III tal-Anness
1. L-Istati Membri kkonċernati miż-żoni elenkati fil-Parti III tal-Anness għandhom jiżguraw l-kunsinji ta’ laħam frisk tal-majjal minn stabbilimenti li jinsabu fiż-żoni elenkati fil-Parti III tal-Anness, u preparazzjonijiet tal-laħam u prodotti tal-laħam li jikkonsistu minn dawn il-laħam jew li fihom dan il-laħam, jintbagħtu biss lejn l-Istati Membri l-oħra jekk:
2. B’deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri kkonċernati miż-żoni elenkati fil-Parti III tal-Anness jistgħu jawtorizzaw il-bgħit ta’ laħam frisk tal-majjal imsemmi fil-paragrafu 1, u prodotti tal-laħam u preparazzjonijiet tal-laħam li jikkonsistu minn dan il-laħam, lejn l-Istati Membri oħra jekk il-prodotti:
(a) |
ikunu saru u ġew ipproċessati b’konformità mal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE (10); |
(b) |
ikollhom ċertifikazzjoni veterinarja skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2002/99/KE; u |
(c) |
ikunu akkumpanjati miċ-ċertifikat xieraq tas-sanità għall-kummerċ intra-Komunitarju kif stipulat fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 599/2004 (11) li l-Parti II tiegħu għandha tkun kompluta b’dan li ġej: “Prodott f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/855/KE tat-3 ta’ Novembru 2008 rigward miżuri ta’ kontroll tas-saħħa tal-annimali fir-rigward tad-deni klassiku tal-ħnieżer f’ċerti Stati Membri (*). |
Artikolu 8
Marki sanitarji speċjali u rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni għal laħam frisk, preparazzjonijiet tal-laħam u prodotti tal-laħam soġġetti għall-projbizzjoni msemmija fl-Artikolu 7(1)
L-Istati Membri kkonċernati miż-żoni elenkati fil-Parti III tal-Anness għandhom jiżguraw li l-laħam frisk u l-preparazzjonijiet tal-laħam u l-prodotti tal-laħam soġġetti għall-projbizzjoni msemmija fl-Artikolu 7(1) ikunu mmarkati b’marka sanitarja speċjali li ma tistax tkun ovali u ma tistax tkun tixbaħ:
— |
lill-marka ta’ identifikazzjoni għal preparazzjonijiet tal-laħam u prodotti tal-laħam li jikkonsistu minn laħam tal-majjal jew li fihom dan il-laħam, stipulata fit-Taqsima I tal-Anness II, tar-Regolament (KE) Nru 853/2004; u |
— |
lill-marka sanitarja għal-laħam frisk tal-majjal imsemmija fil-Kapitolu III tat-Taqsima I tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 854/2004; |
Artikolu 9
Rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni tas-sanità għall-Istati Membri kkonċernati
L-Istat Membru għandu jiżgura li ċ-ċertifikat tas-sanità stipulat:
(a) |
fl-Artikolu 5(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE (12) li jintbagħat flimkien mal-ħnieżer mit-territorju tiegħu, għandu jkun komplut b’dan li ġej: “Annimali f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/855/KE tat-3 ta’ Novembru 2008 rigward miżuri ta’ kontroll tas-saħħa tal-annimali fir-rigward tad-deni klassiku tal-ħnieżer f’ċerti Stati Membri (**). |
(b) |
L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 90/429/KEE li jintbagħat flimkien mas-semen tal-ħnieżer tar-refgħa mit-territorju tiegħu, għandu jkun komplut b’dan li ġej: “Semen f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/855/KE tat-3 ta’ Novembru 2008 rigward miżuri ta’ kontroll tas-saħħa tal-annimali fir-rigward tad-deni klassiku tal-ħnieżer f’ċerti Stati Membri (***). |
(c) |
L-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/483/KE (13) li jintbagħat flimkien mal-embrijuni u l-ova tal-ħnieżer mit-territorju tiegħu, għandu jkun komplut b’dan li ġej: “Embrijuni/ov (****) f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/855/KE tat-3 ta’ Novembru 2008 rigward miżuri ta’ kontroll tas-saħħa tal-annimali fir-rigward tad-deni klassiku tal-ħnieżer f’ċerti Stati Membri (*****). (****) Ħassar skont il-każ." |
Artikolu 10
Rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni li jikkonċernaw Stati Membri li għandhom żoni elenkati fil-Parti III tal-Anness
L-Istati Membri kkonċernati minn żoni elenkati fil-Parti III tal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jiżguraw li l-laħam frisk tal-majjal, minn stabbilimenti li jinsabu barra miż-żoni elenkati fil-Parti III tal-Anness, u preparazzjonijiet tal-laħam u prodotti tal-laħam li jikkonsistu minn dan il-laħam jew li fihom dan il-laħam, li għalihom ma tapplikax il-projbizzjoni prevista fl-Artikolu 7(1) u li jintbagħtu lejn Stati Membri oħra:
(a) |
ikollhom ċertifikazzjoni veterinarja skont l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2002/99/KE; u |
(b) |
jkunu akkumpanjati miċ-ċertifikat xieraq tas-sanità għall-kummerċ intra-Komunitarju stipulat mill-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 599/2004 li l-Parti II tiegħu għandha tkun kompluta b’dan li ġej: “Laħam frisk tal-majjal, preparazzjonijiet tal-laħam u prodotti tal-laħam li jikkonsistu f’laħam tal-majjal jew li fihom dan il-laħam, skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/855/KE tat-3 ta’ Novembru 2008 rigward miżuri ta’ kontroll tas-saħħa tal-annimali fir-rigward tad-deni klassiku tal-ħnieżer f’ċerti Stati Membri (******). |
Artikolu 11
Rekwiżiti li jikkonċernaw stabbilimenti u vetturi tat-trasport fiż-żoni elenkati fl-Anness
L-Istati Membru kkonċernati għandhom jiżguraw:
(a) |
li d-dispożizzjonijiet stipulati fit-tieni inċiż u mir-raba’ sas-seba’ inċiż tal-Artikolu 15(2)(b) tad-Direttiva 2001/89/KE jiġu applikati fl-istabbilimenti tal-ħnieżer li jinsabu fiż-żoni elenkati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni; |
(b) |
li l-vetturi li ntużaw għat-trasport tal-ħnieżer minn stabbilimenti li jinsabu fiż-żoni elenkati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni jitnaddfu u jiġu ddiżinfettati minnufih wara kull vjaġġ u li t-trasportatur jipprovdi prova ta’ din id-diżinfezzjoni. |
Artikolu 12
Rekwiżiti ta’ tagħrif tal-Istati Membri kkonċernati
L-Istati Membri kkonċernati għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u l-Istati Membri, fil-qafas tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, dwar ir-riżultati tas-sorveljanza għad-deni klassiku tal-ħnieżer imwettqa fiż-żoni elenkati fl-Anness, kif stipulat fil-pjanijiet għall-qrid tad-deni klassiku tal-ħnieżer jew fil-pjanijiet tat-tilqim ta’ emerġenza kontra din il-marda approvati mill-Kummissjoni u msemmija fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 1.
Artikolu 13
Konformità
L-Istati Membri għandhom jemendaw il-miżuri li japplikaw għall-kummerċ sabiex iġibuhom f’konformità ma’ din id-Deċiżjoni u għandhom jagħmlu reklamar xieraq immedjat dwar il-miżuri adottati. Dawn għandhom minnufih jgħarrfu lill-Kummissjoni b’dan.
Artikolu 14
Revoka
Id-Deċiżjoni 2006/805/KE hija revokata.
Artikolu 15
Applikabilità
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta’ Diċembru 2009.
Artikolu 16
Destinatarji
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, 3 ta’ Novembru 2008.
Għall-Kummissjoni
Androulla VASSILIOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.
(2) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.
(3) ĠU L 316, 1.12.2001, p. 5.
(4) ĠU L 329, 25.11.2006, p. 67.
(5) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206.
(6) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.
(9) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 62.
(10) ĠU L 18, 23.1.2003, p.11.
(11) ĠU L 94, 31.3.2004, p. 44.
(12) ĠU 121, 29.7.1964, p. 1977/64.
(13) ĠU L 275, 18.11.1995, p. 30.
ANNESS
PARTI I
1. Il-Ġermanja
A. Rhineland-Palatinate
(a) |
fil-Kreis Ahrweiler: il-muniċipalitajiet ta’ Adenau u Altenahr; |
(b) |
fil-Landkreis Vulkaneifel: il-muniċipalitajiet ta’ Obere Kyll u Hillesheim, fil-muniċipalità ta’ Daun il-lokalitajiet ta’ Betteldorf, Dockweiler, Dreis-Brück, Hinterweiler u Kirchweiler, fil-muniċipalità ta’ Kelberg il-lokalitajiet ta’ Beinhausen, Bereborn, Bodenbach, Bongard, Borler, Boxberg, Brücktal, Drees, Gelenberg, Kelberg, Kirsbach, Mannebach, Neichen, Nitz, Reimerath u Welcherath, fil-muniċipalità ta’ Gerolstein il-lokalitajiet ta’ Berlingen, Duppach, Hohenfels-Essingen, Kalenborn-Scheuern, Neroth, Pelm u Rockeskyll u l-Belt ta’ Gerolstein; |
(ċ) |
fl-Eifelkreis Bitburg-Prüm: fil-muniċipalità ta’ Prüm il-lokalitajiet ta’ Büdesheim, Kleinlangenfeld, Neuendorf, Olzheim, Roth bei Prüm, Schwirzheim u Weinsheim. |
B. Rhine-Westfalia tat-Tramuntana
(a) |
fil-Kreis Euskirchen: il-bliet ta’ Bad Münstereifel, Mechernich, Schleiden, fil-belt ta’ Euskirchen il-lokalitajiet ta’ Billig, Euenheim, Euskirchen (ċentru), Flamersheim, Kirchheim, Kuchenheim, Kreuzweingarten, Niederkastenholz, Palmersheim, Rheder, Roitzheim, Schweinheim, Stotzheim, Wißkirchen, u l-muniċipalitajiet ta’ Blankenheim, Dahlem, Hellenthal, Kall u Nettersheim; |
(b) |
fir-Rhein-Sieg-Kreis: fil-belt ta’ Meckenheim il-lokalitajiet ta’ Ersdorf u Altendorf, fil-belt ta’ Rheinbach il-lokalitajiet ta’ Oberdrees, Niederdrees, Wormersdorf, Todenfeld, Hilberath, Merzbach, Irlenbusch, Queckenberg, Kleinschlehbach, Großschlehbach, Loch, Berscheidt, Eichen u Kurtenberg, fil-muniċipalità ta’ Swisttal il-lokalitajiet ta’ Miel u Odendorf. |
2. Franza
It-territorju tad-Dipartimenti tal-Bas-Rhin u l-Moselle li jinsab fil-punent tar-Rhine u l-kanal Rhine Marne, fit-tramuntana tal-awtostrada A 4, fil-lvant tax-xmara Sarre u fin-nofsinhar tal-fruntiera mal-Ġermanja u l-muniċipalitajiet ta’ Holtzheim, Lingolsheim u Eckbolsheim.
3. L-Ungerija
It-territorju tal-kontea ta’ Nógrád u t-territorju tal-kontea ta’ Pest li jinsabu fit-tramuntana u fil-lvant tad-Danubju, fin-nofsinhar tal-fruntiera mas-Slovakkja, fil-punent tal-fruntiera mal-kontea ta’ Nógrád u fit-tramuntana tal-awtostrada E71, it-territorju tal-kontea ta’ Heves li jinsab fil-lvant tal-fruntiera tal-kontea ta’ Nógrád, fin-nofsinhar u l-punent tal-fruntiera mal-kontea ta’ Borsod-Abaúj-Zemplén u fit-tramuntana tal-awtostrada E71, u t-territorju tal-kontea ta’ Borsod-Abaúj-Zemplén li tinsab fin-nofsinhar tal-fruntiera mas-Slovakkja, fil-lvant tal-fruntiera mal-kontea ta’ Heves, fit-tramuntana u l-punent tal-awtostrada E71, fin-nofsinhar tat-triq prinċipali Nru 37 (il-parti bejn l-awtostrada E71 u t-triq prinċipali Nru 26) u fil-punent tat-triq prinċipali Nru 26.
4. Is-Slovakkja
It-territorju tal-Amministrazzjonijiet Veterinarji u Alimentari Distrettwali (DVFA) ta’ Žiar nad Hronom (li jinkludi d-distretti Žiar nad Hronom, Žarnovica u Banská Štiavnica), Zvolen (li jinkludi d-distretti Zvolen, Krupina u Detva), Lučenec (li jinkludi d-distretti Lučenec u Poltár), Veľký Krtíš (li jinkludi d-distrett Veľký Krtíš), Komárno (li jinkludi d-distrett ta’ Komárno), Nové Zámky (li jinkludi d-disrett ta’ Nové Zámky), Levice (li jinkludi d-distrett ta’ Levice) u Rimavská Sobota (li jinkludi d-distrett ta’ Rimavská Sobota).
PARTI II
Il-Bulgarija
It-territorju kollu tal-Bulgarija.
PARTI III
…