This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008D0604
2008/604/EC: Commission Decision of 22 July 2008 on the appointment of members of the Group of Experts on Trafficking in Human Beings
2008/604/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 22 ta’ Lulju 2008 dwar il-ħatra tal-membri tal-Grupp ta' Esperti dwar it-Traffikar tal-Bnedmin
2008/604/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 22 ta’ Lulju 2008 dwar il-ħatra tal-membri tal-Grupp ta' Esperti dwar it-Traffikar tal-Bnedmin
ĠU L 194, 23.7.2008, p. 12–13
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/08/2011; Impliċitament imħassar minn 32011D0502
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32007D0675 | Emenda | artikolu 3.2 | 23/07/2008 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Implicitly repealed by | 32011D0502 | 01/09/2011 | |||
Modified by | 32011D0502 | Revoka parzjali |
23.7.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 194/12 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-22 ta’ Lulju 2008
dwar il-ħatra tal-membri tal-Grupp ta' Esperti dwar it-Traffikar tal-Bnedmin
(2008/604/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/675/KE tas-17 ta' Ottubru 2007 li tistabbilixxi Grupp ta' Esperti dwar it-Traffikar tal-Bnedmin (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3 tagħha,
Billi:
(1) |
Il-grupp ta' esperti għandu jkun kompost minn 21 membru. |
(2) |
Il-membri tal-grupp ta' esperti għandhom jinħatru minn fost speċjalisti li jkollhom kompetenza u esperjenza fil-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin, li tinkludi d-dimensjoni tat-traffikar tal-bnedmin fejn jidħol ix-xogħol. |
(3) |
Sa 11-il membru mill-amministraturi ta' l-Istati Membri għandhom jinħatru mill-Kummissjoni fuq proposta ta' l-Istati Membri. |
(4) |
Sa ħames membri mill-organizzazzjonijiet inter-governattivi, internazzjonali u non-governattivi attivi fuq livell Ewropew, sa erba' membri mill-imsieħba soċjali u l-assoċjazzjonijiet ta' min iħaddem li joperaw fuq livell Ewropew, u sa żewġ membri minn individwi b'esperjenża minn riċerka akkademika għandhom jinħatru mill-Kummissjoni minn dawk li jkunu rrispondew għas-sejħa għall-applikazzjoni. |
(5) |
Għalhekk il-Kummissjoni għamlet s-sejħa għall-applikazzjonijiet bl-iskop li jkollha lista ta’ kandidati biex tgħaqqad dan il-grupp ta' esperti fid-19.1.2008 (2). |
(6) |
Il-Kummissjoni wettqet proċedura ta' selezzjoni fuq l-applikazzjonijiet li rċeviet. Meta ivvalutat l-applikazzjonijiet, il-Kummissjoni kkunsidrat il-kriterji msemmija fis-sejħa għall-applikazzjoni, u partikolarment taħt il-punt 2 tagħha. |
(7) |
Huwa xieraq li l-grupp ta' esperti għandu jinkludi erba' membri żejda mill-organizzazzjonijiet inter-governattivi, internazzjonali u non-governattivi attivi fuq livell Ewropew, biex jikkumpensaw għan-nuqqas ta' applikazzjonijiet mill-imsieħba soċjali u l-assoċjazzjonijiet ta' min iħaddem li joperaw fuq livell Ewropew, biex ikun żgurat rappreżentanza tas-suġġett u ġeografika bilanċjata u biex it-total tal-membri jilħaq il-21 kif maħsub oriġinarjament. |
(8) |
Membru wieħed ta' dan il-grupp kien maħtur mill-Europol, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2007/675/KE hija emendata kif ġej:
Fl-Artikolu 3, il-paragrafu 2 ittra (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:
“(b) |
organizzazzjonijiet inter-governattivi, internazzjonali u mhux governattivi attivi fuq livell Ewropew b'esperjenza u kompetenza dokumentata tajjeb fil-qasam tat-traffikar tal-bnedmin (sa disa' membri)”. |
Artikolu 2
Il-Kummissjoni taħtar il-membri tal-Grupp ta' Esperti dwar it-Traffikar tal-Bnedmin li ġejjin:
1. |
Membri maħtura skond l-Artikolu 3 paragrafu 2, ittra (a) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/675/KE:
|
2. |
Membri maħtura skond l-Artikolu 3 paragrafu 2, ittra (b) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/675/KE:, kif emendata bid-Deċiżjoni preżenti:
|
3. |
Membri maħtura skond l-Artikolu 3 paragrafu 2, ittra (e) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/675/KE:
|
Artikolu 3
Il-Kummissjoni tieħu nota tal-ħatra ta' s-Sur Steve HARVEY mill-Europol bħala membru tal-Grupp ta' Esperti dwar it-Traffikar tal-Bnedmin skond l-Artikolu 3 paragrafu 2, ittra (d) u paragrafu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (2007/675/EC).
Artikolu 4
Il-Membri tal-Grupp ta' Esperti huma maħtura fil-kapaċità personali tagħhom għal perjodu rinovabbli ta' 3 snin.
Artikolu 5
Wara l-proċedura ta' selezzjoni, l-applikanti li tqiesu bħala kandidati eliġibbli bħala membri fil-grupp, iżda li ma ġewx maħtura bħala membri tal-Grupp ta' Esperti għandhom jitqegħdu fl-lista ta' riservi bil-kunsens tagħhom.
Artikolu 6
L-ismijiet tal-membri maħtura għandhom ikunu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropej.
Artikolu 7
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ jum wara l-adozzjoni tagħha.
Magħmula fi Brussell, 22 ta’ Lulju 2008.
Għall-Kummissjoni
Jacques BARROT
Viċi President
(1) ĠU L 277, 20.10.2007, p. 29.
(2) ĠU C 14, 19.1.2008, p. 27.