Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008D0545

    Deċiżjoni tal-Kumitat politiku u ta’ sigurtà EUPT/1/2008 tas- 6 ta’ Ġunju 2008 li temenda d-Deċiżjoni EUPT/2/2007 dwar il-ħatra tal-Kap tat-Tim ta’ l-Ippjanar ta’ l-Unjoni Ewropea (EUPT Kosovo)

    ĠU L 173, 3.7.2008, p. 30–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/545/oj

    3.7.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 173/30


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ EUPT/1/2008

    tas-6 ta’ Ġunju 2008

    li temenda d-Deċiżjoni EUPT/2/2007 dwar il-ħatra tal-Kap tat-Tim ta’ l-Ippjanar ta’ l-Unjoni Ewropea (EUPT Kosovo)

    (2008/545/PESK)

    IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u b’mod partikolari t-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 25 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2006/304/PESK ta’ l-10 ta’ April 2006 dwar it-twaqqif tat-Tim ta’ l-Ippjanar ta’ l-UE (EUPT Kosovo) fir-rigward ta’ operazzjoni eventwali ta’ l-UE ta’ l-immaniġġar ta’ kriżi fil-qasam ta’ l-istat ta’ dritt u possibbilment f’oqsma oħra fil-Kosovo (1), u b’ mod partikolari l-Artikolu 6 tagħha,

    Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/124/PESK ta’ l-4 ta’ Frar 2008 dwar il-Missjoni ta’ l-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo, EULEX KOSOVO, u b’mod partikolari l-Artikoli 4(3) u 5(2) tagħha (2),

    Billi:

    (1)

    Permezz tad-Deċiżjoni, EUPT/2/2007 (3), il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) ddeċieda, li jaħtar lis-Sur Roy REEVE bħala l-Kap tat-Tim ta’ l-Ippjanar ta’ l-UE (EUPT Kosovo) fir-rigward ta’ operazzjoni eventwali ta’ l-UE ta’ l-immaniġġar ta’ kriżi fil-qasam ta’ l-istat ta’ dritt u possibbilment f’oqsma oħra fil-Kosovo, b’effett mill-1 ta’ Jannar 2008.

    (2)

    L-Artikolu 6 ta’ l-Azzjoni Konġunta 2006/304/PESK jipprovdi li l-Kunsill jawtorizza lill-KPS biex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti skond l-Artikolu 25 tat-Trattat, inkluża d-deċiżjoni li jaħtar, fuq proposta mis-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli, bħala Kap tat-Tim ta’ l-Ippjanar ta’ l-UE (EUPT Kosovo).

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu Waħdieni

    It-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà EUPT/2/2007 għandu jitħassar.

    Magħmula fi Brussell, 6 ta’ Ġunju 2008

    Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà

    Il-President

    M. IPAVIC


    (1)  ĠU L 112, 26.4.2006, p. 19. L-Azzjoni Konġunta kif l-aħħar emendata bl-Azzjoni Konġunta 2008/228/PESK (ĠU L 75, 18.3.2008, p. 78).

    (2)  ĠU L 42, 16.2.2008, p. 92.

    (3)  ĠU L 346, 29.12.2007, p. 29.


    Top