This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008D0489
2008/489/EC: Commission Decision of 27 June 2008 concerning interim protective measures against the dissemination of Bursaphelenchus xylophilus (Steiner et Buhrer) Nickle et al. (the pine wood nematode) in Portugal (notified under document number C(2008) 3312)
2008/489/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 27 ta’ Ġunju 2008 li tikkonċerna miżuri interim ta’ ħarsien kontra t-tixrid tal- Bursaphelenchus xylophilus (Steiner et Buhrer) Nickle et al. (in-nematodu ta' l-injam ta' l-arżnu) fil-Portugall (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 3312)
2008/489/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 27 ta’ Ġunju 2008 li tikkonċerna miżuri interim ta’ ħarsien kontra t-tixrid tal- Bursaphelenchus xylophilus (Steiner et Buhrer) Nickle et al. (in-nematodu ta' l-injam ta' l-arżnu) fil-Portugall (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 3312)
ĠU L 168, 28.6.2008, p. 38–40
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 18/08/2008; Imħassar b' 32008D0684
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Repealed by | 32008D0684 |
28.6.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 168/38 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-27 ta’ Ġunju 2008
li tikkonċerna miżuri interim ta’ ħarsien kontra t-tixrid tal-Bursaphelenchus xylophilus (Steiner et Buhrer) Nickle et al. (in-nematodu ta' l-injam ta' l-arżnu) fil-Portugall
(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 3312)
(2008/489/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta’ Mejju 2000 dwar miżuri ta’ ħarsien kontra d-dħul fil-Komunità ta’ organiżmi li huma ta’ ħsara għall-pjanti jew għall-prodotti tal-pjanti, u kontra t-tixrid tagħhom fil-Komunità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 16(5) tagħha,
Billi:
(1) |
Skond id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/133/KE tat-13 ta’ Frar 2006 li teħtieġ li l-Istati Membri temporanjament jieħdu miżuri kontra t-tixrid tal-Bursaphelenchus xylophilus (Steiner et Buhrer) Nickle et al. (in-nematodu ta' l-injam ta' l-arżnu - PWN) f'dak li jikkonċerna żoni fil-Portugall, għajr dawk li fihom huwa magħruf li ma jeżistix (2), il-Portugall qed jimplimenta pjan ta’ qerda kontra t-tixrid tan-nematodu ta' l-injam ta' l-arżnu. |
(2) |
Il-Portugall adotta ordni ministerjali (Portaria Nru°358/2008 tat-12 ta’ Mejju 2008) li tipprojbixxi l-moviment ta’ injam u pjanti suxxettibbli barra l-Portugall kontinentali sakemm l-injam ma jkunx ġie ttrattat u l-pjanti spezzjonati kif xieraq. |
(3) |
Il-Portugall ressaq proposta lill-Kummissjoni għal pjan ta’ stħarriġ, kif stipulat fit-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 2006/133/KE, għat-territorju kollu Portugiż. Il-proposta ġiet diskussa fil-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti fis-26-27 ta’ Mejju 2008. Madankollu, il-Kummissjoni, msejsa fuq konklużjonijiet tal-Kumitat, m’approvatx il-pjan minħabba fin-nuqqas ta' intensità fis-sorveljanza. |
(4) |
Il-Portugall għarraf lill-Kummissjoni fil-5 ta’ Ġunju 2008 dwar is-sejba ta’ tifqigħat ġodda tal-PWN, wara investigazzjoni straordinarja mill-awtoritajiet Portugiżi flimkien ma' l-istħarriġ annwali, fil-parti tal-Portugall fejn s'issa kien magħruf li l-PWN ma jinstabx. |
(5) |
Il-missjoni ta’ spezzjoni mill-Uffiċċju Veterinarju u ta’ l-Ikel mit-2 sas-6 ta’ Ġunju 2008 wriet li d-dejta disponibbli mhijiex biżżejjed biex tikkonferma li hemm xi żoni fil-Portugall li huma ħielsa mill-PWN. Barra minn hekk, il-Komunità u l-miżuri nazzjonali mhumiex implimentati bis-sħiħ. |
(6) |
Għalhekk, il-miżuri li ttieħdu s’issa qed jitqiesu bħala inadegwati u r-riskju immedjat tat-tixrid tal-PWN barra l-Portugall minħabba fil-moviment ta' injam, tal-qoxra tas-siġar u ta’ pjanti suxxettibbli ma jistax jiġi eskluż aktar. Barra minn hekk, attwalment, l-Istati Membri għajr għall-Portugall għandhom mill-aktar fis jitħallew jikkontrollaw il-moviment fit-territorju tagħhom ta’ injam, qoxra tas-siġar u ta’ pjanti li joriġinaw mill-partijiet kollha tal-Portugall. |
(7) |
Minħabba fiż-żieda dan l-aħħar fit-tifqigħat tal-PWN fil-Portugall, għandhom jittieħdu miżuri malajr kemm jista’ jkun biex jissalvagwardjaw it-territorju ta’ Stati Membri oħra kontra l-PWN u għall-ħarsien ta' l-interessi kummerċjali tal-Komunità f'dak li għandu x'jaqsam mal-pajjiżi terzi. Il-movimenti ta' injam, qoxra tas-sigar u ta' pjanti suxxettibbli mill-Portugall lejn Stati Membri oħra u lejn pajjiżi terzi għandhom ikunu pprojbiti sakemm dan il-materjal ma jkunx għadda minn trattament xieraq, jew, għall-pjanti, spezzjoni adegwata. Għalhekk, ir-rekwiżiti għall-moviment ta’ injam, qoxra tas-siġar u pjanti suxxettibbli miż-żoni demarkati fil-Portugall, għajr għaż-żoni demarkati, jew lejn Stati Membri oħra għandhom jiġu estiżi għall-moviment kollu mill-Portugall lejn Stati Membri oħra u lejn pajjiżi terzi. It-traċċabilità għandha tkun żgurata billi jiġi mehmuż il-passaport tal-pjanti jew il-marka ta’ kull unità fi ħdan kunsinna. L-ambitu ta’ l-attivitajiet ta’ kontroll imwettqa mill-Istati Membri għandu jitwessa’ biex jippermetti l-kontroll ta’ injam, qoxra tas-siġar u pjanti suxxettibbli mill-Portugall lejn it-territorju tagħhom. |
(8) |
Sakemm issir il-laqgħa tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti, għandhom jittieħdu miżuri interim ta’ ħarsien biex iwaqqfu t-tixrid ta’ PWN mill-Portugall lejn Stati Membri oħra u lejn pajjiżi terzi. |
(9) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni għandhom jiġu revisti mill-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. Il-Portugall għandu jiżgura li jintlaħqu l-kundizzjonijiet stipulati fl-Anness f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-injam, il-qoxra tas-siġar u l-pjanti suxxettibbli li għandhom jiġu spostati mit-territorju tiegħu lejn Stati Membri oħra jew lejn pajjiżi terzi.
2. L-Istati Membri ta’ destinazzjoni għajr il-Portugall jistgħu jissottomettu l-kunsinni ta' injam, tal-qoxra tas-siġar u ta’ pjanti suxxettibbli, li ġejjin mill-Portugall u li ġew spostati fit-territorju tagħhom, għat-test għall-preżenza tal-Bursaphelenchus xylophilus (Steiner et Buhrer) Nickle et al. (in-nematodu ta' l-injam ta' l-arżnu – PWN).
3. L-Anness għad-Deċiżjoni 2006/133/KE hu emendat skond l-Anness ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, 27 ta’ Ġunju 2008.
Għall-Kummissjoni
Androulla VASSILIOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/41/KE (ĠU L 169, 29.6.2007, p. 51).
(2) ĠU L 52, 23.2.2006, p. 34. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni 2008/378/KE (ĠU L 130, 20.5.2008, p. 22).
ANNESS
Fil-każ ta' movimenti mill-Portugall lejn Stati Membri oħra u lejn pajjiżi terzi, ta’:
(a) |
pjanti suxxettibbli, dawn il-pjanti għandu jkollhom mehmuż magħhom passaport għall-pjanti mħejji u maħruġ skond id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kummissjoni 92/105/KEE, (1) wara li:
|
(b) |
injam suxxetibbli u l-qoxra tas-siġar iżolata, għajr l-injam fl-għamla ta':
iżda li jinkludi dak li ma żammx il-wiċċ tond naturali tiegħu, dak l-injam u dik il-qoxra iżolata għandu jkollhom mehmuż magħhom il-passaport għall-pjanti msemmi fil-punt (a), wara li l-injam jew il-qoxra tas-siġar iżolata jkun/tkun għadda/għaddiet minn trattament xieraq ta' sħana biex jilħaq/tilħaq temperatura minima fil-qalba ta' l-injam ta' 56°C għal 30 minuta biex ikun assigurat il-ħelsien minn PWNs ħajjin; |
(ċ) |
injam suxxettibbli, fl-għamla ta' laqx, partiċelli, skart ta' l-injam jew skart miksub sħiħ jew f'parti minn dawn il-koniferi għandu jkollu l-imsemmi passaport għall-pjanti mehmuż miegħu imsemmi fil-punt (a) wara li jkun għadda minn trattament xieraq ta' tidħin biex ikun assigurat il-ħelsien minn PWNs ħajjin; |
(d) |
injam suxxettibbli, fil-forma ta’ serratura, spacers u rfid, inkluż dak li ma żammx il-wiċċ naturali tond tiegħu, kif ukoll fil-forma ta' kisi ta’ l-ippakkjar, kaxxi, kannestri, tankijiet u ppakkjar simili, pjattaformi għall-ħżin, pjattaformi għall-ħżin f’forma ta’ kaxex u twavel tat-tagħbija oħra, kullari tal-pjattaformi għall-ħżin, kemm jekk qed jintużaw attwalment u kemm jekk le fit-trasport ta’ l-oġġetti ta’ kull tip, għandhom ikunu suġġetti għall-waħda mill-miżuri approvati kif speċifikat fl-Anness I ta’ l-Istandard Internazzjonali tal-FAO għall-Miżuri Fitosanitarji Nru 15 dwar il-Linji ta’ Gwida għar-regolamentazzjoni ta’ materjal għall-ippakkjar magħmul mill-injam fil-kummerċ internazzjonali. Fuq l-injam għandu jkun hemm marka li tippermetti l-identifikazzjoni ta’ fejn u ta’ min ikun għamel it-trattament jew inkella jkollu miegħu il-passaport tal-pjanti msemmi fil-punt (a) li jiċċertifika l-miżuri li jkunu twettqu. |
Il-Portugall għandu jiżgura li l-passaport tal-pjanti msemmi fil-punt (a) jew il-marka skond l-Istandard Internazzjonali tal-FAO għall-Miżuri Fitosanitarji Nru 15 huwa mehmuż/hija mehmuża ma’ kull unità ta’ injam, qoxra tas-siġar u ta’ pjanti suxxettibbli li jiġu spostati.