EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008D0278

2008/278/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 26 ta’ Marzu 2008 li temenda d-Deċiżjoni 2006/589/KE fir-rigward ta’ l-aviglycine HCI (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 1071) Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 87, 29.3.2008, p. 15–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/278/oj

29.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 87/15


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-26 ta’ Marzu 2008

li temenda d-Deċiżjoni 2006/589/KE fir-rigward ta’ l-aviglycine HCI

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 1071)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2008/278/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju ta’ l-1991 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti (1), u partikolarment l-Artikolu 6 (3) tagħha,

Billi,

(1)

Bi qbil ma’ l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE, ir-Renju Unit irċieva applikazzjoni fis-27 ta’ Ottubru ta’ l-2004 mingħand Valent Bioscience, għall-inklużjoni tas-sustanza attiva aviglycine HCl fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/589/KE (2) ikkonfermat illi, wara eżami preliminari, id-dossier kien “komplet”, fis-sens li seta’ jitqies bħala li jissodisfa, fil-prinċipju, ir-rekwiżiti tad-data u t-tagħrif ta’ l-Anness II u l-Anness III tad-Direttiva 91/414/KEE.

(3)

L-Istati Membri kienu b’dan ingħataw il-possibilità li jagħtu awtorizzazzjonijiet provviżorji għall-prodotti tal-ħarsien tal-pjanti li jkun fihom l-aviglycine HCl, skond l-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 91/414/KEE. L-ebda Stat Membru ma uża din il-possibilità.

(4)

Ir-Renju Unit, bħala Stat Membru rapporteur, indika lill-Kummissjoni li eżami dettaljat tad-dossier wera li bosta elementi addizzjonali ta’ data meħtieġa fl-Annessi II u III tad-Direttiva 91/414/KEE ma kinux preżenti. B’hekk, id-dossier ma jistax jitqies aktar li huwa komplet.

(5)

In-notifikatur għall-aviglycine HCl informa lir-Renju Unit u lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tiegħu li ma jappoġġjax aktar l-evalwazzjoni li għaddejja u li mhux se jissottometti aktar informazzjoni. B’riżultat ta’ dan, huwa ċar li d-dossier mhux se jkun komplet u għalhekk se jkun impossibbli għall-Istat Membru rapporteur li jabbozza rapport ta’ evalwazzjoni rigward l-aviglycine HCl u li jgħaddih lill-Kummissjoni, lill-Awtorità Ewropea tas-Sigurtà ta’ l-Ikel u lill-Istati Membri l-oħra. Il-possibiltà li tingħata awtorizzazzjoni provviżorja għandha għalhekk tiġi rtirata.

(6)

Ebda perjodu transitorju għad-disponiment, ħażna, tqegħid fis-suq u użu tal-ħażniet eżistenti tal-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom l-aviglycine HCl ma huwa meħtieġ billi l-ebda Stat membru ma ta awtorizzazzjoni provviżorja għal din is-sustanza attiva.

(7)

Għalhekk id-Deċiżjoni 2006/589/KE għandha tiġi emendata skond dan.

(8)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness li jinsab mad-Deċiżjoni 2006/589/KE huwa sostitwit bl-Anness li jinsab ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 26 ta’ Marzu 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/76/KE (ĠU L 337, 21.12.2007, p. 100).

(2)  ĠU L 240, 2.9.2006, p. 9.


ANNESS

IS-SUSTANZI ATTIVI KKONĊERNATI MINN DIN ID-DEĊIŻJONI

Nru

Isem Komuni, Numru ta’ l-Identifikazzjoni CIPAC

Applikant

Data ta’ l-applikazzjoni

Stat Membru Rapporteur

1

Mandipropamid

In-Nru CIPAC. għadu ma ġiex allokat

Syngenta AG

13.12.2005

L-AWSTRIJA

2

Meptyldinocap

In-Nru CIPAC għadu ma ġiex allokat

Dow AgroSciences

12.8.2005

IR-RENJU UNIT


Top