This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32007R1313
Commission Regulation (EC) No 1313/2007 of 8 November 2007 amending Regulations (EC) No 2076/2002 as regards the extension of the time period referred to in Article 8(2) of Council Directive 91/414/EEC with respect to metalaxyl and (EC) No 2024/2006 as regards the deletion of the derogation concerning metalaxyl (Text with EEA relevance)
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1313/2007 tat- 8 ta’ Novembru 2007 li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2076/2002 rigward l-estensjoni tal-perjodu ta’ żmien imsemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE fir-rigward tal-metalaxyl u (KE) Nru 2024/2006 rigward it-tneħħija tad-deroga dwar il-metalaxyl (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1313/2007 tat- 8 ta’ Novembru 2007 li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2076/2002 rigward l-estensjoni tal-perjodu ta’ żmien imsemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE fir-rigward tal-metalaxyl u (KE) Nru 2024/2006 rigward it-tneħħija tad-deroga dwar il-metalaxyl (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 291, 9.11.2007, p. 11–12
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32002R2076 | Tlestija | artikolu 1 | 02/05/2003 | |
Modifies | 32006R2024 | abolizzjoni | artikolu 4 | 02/05/2003 |
9.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 291/11 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1313/2007
tat-8 ta’ Novembru 2007
li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2076/2002 rigward l-estensjoni tal-perjodu ta’ żmien imsemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE fir-rigward tal-metalaxyl u (KE) Nru 2024/2006 rigward it-tneħħija tad-deroga dwar il-metalaxyl
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat it-Trattat ta’ Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija,
Wara li kkunsidrat l-Att ta’ Adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija, u b’mod partikolari l-Artikolu 42 tiegħu,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti (1), u b’mod partikolari t-tielet sottoparagrafu ta’ l-Artikolu 8(2) tagħha,
Billi:
(1) |
Il-metalaxyl hija waħda mis-sustanzi attivi elenkati fl-Anness 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3600/92 tal-11 ta’ Diċembru 1992 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ l-ewwel stadju tal-programm ta’ xogħol li jissemma fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE rigward it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti (2). |
(2) |
Skond l-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2076/2002 ta’ l-20 ta’ Novembru 2002, li jestendi l-perjodu ta’ żmien imsemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u li jikkonċerna n-non-inklużjoni ta’ ċerti sustanzi attivi fl-Anness I ta’ din id-Direttiva u l-irtirar ta’ awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom dawn is-sustanzi (3), għas-sustanzi attivi li huma vvalutati fil-qafas tar-Regolament (KEE) Nru 3600/92 il-perjodu ta’ żmien imsemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE skada fil-31 ta’ Diċembru 2006. |
(3) |
Fit-2 ta’ Mejju 2003 il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni 2003/308/KE dwar in-non-inklużjoni ta’ metalaxyl fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar ta’ l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom din is-sustanza attiva (4). |
(4) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2024/2006 tat-22 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi miżuri transitorji li jidderogaw mir-Regolament (KE) Nru 2076/2002 u d-Deċiżjonijiet 98/270/KE, 2002/928/KE, 2003/308/KE, 2004/129/KE, 2004/141/KE, 2004/247/KE, 2004/248/KE, 2005/303/KE u 2005/864/KE rigward l-użu kontinwu ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom ċerti sustanzi mhux inklużi fl-Anness 1 tad-Direttiva 91/414/KEE minħabba l-adeżjoni tar-Rumanija (5) jistipula deroga mill-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2003/308/KE. |
(5) |
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej, fis-sentenza tagħha tat-18 ta’ Lulju 2007 fil-każ C-326/05 P (6), annullat id-Deċiżjoni 2003/308/KE. |
(6) |
L-Artikolu 233 tat-Trattat jobbliga lill-istituzzjoni li l-att tagħha ġie ddikjarat null biex tieħu l-miżuri neċessarji biex tikkonforma mas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja. |
(7) |
Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġi estiż għal metalaxyl il-perjodu ta’ żmien previst fir-Regolament (KE) Nru 2076/2002 biex din is-sustanza tkun tista’ tiġi vvalutata u l-Istati Membri jkunu jistgħu jawtorizzaw il-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom din is-sustanza attiva fl-istess waqt. Aktar dettalji dwar il-proċedura ta’ valutazzjoni għal metalaxyl għandha tiġi definita f’att speċifiku. Sabiex is-sentenza tiġi esegwita kemm jista’ jkun malajr, il-perjodu ta’ żmien għandu jiġi estiż mingħajr ma wieħed jistenna l-adozzjoni ta’ dan l-att. |
(8) |
Ir-Regolamenti (KE) Nru 2076/2002 u (KE) Nru 2024/2006 għandhom għalhekk jiġu emendati skond dan. |
(9) |
Il-miżura prevista f’dan ir-Regolament hija bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 2076/2002 is-sentenza li ġejja tiddaħħal wara l-ewwel sentenza:
“Madankollu, għal metalaxyl il-perjodu ta’ żmien ta’ 12-il sena msemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE għandu jiġi estiż sat-30 ta’ Ġunju 2010”.
Artikolu 2
L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 2024/2006 huwa mħassar.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan għandu japplika mit-2 ta’ Mejju 2003.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 8 ta’ Novembru 2007.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/52/KE (ĠU L 214, 17.8.2007, p. 3).
(2) ĠU L 366, 15.12.1992, p. 10. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2266/2000 (ĠU L 259, 13.10.2000, p. 27).
(3) ĠU L 319, 23.11.2002, p. 3. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1980/2006 (ĠU L 368, 23.12.2006, p. 96).
(5) ĠU L 384, 29.12.2006, p. 79.
(6) ĠU C 235, 6.10.2007, p. 5.